1.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/27


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10970 — FORTRESS INVESTMENT GROUP / AIR INVESTMENT VALENCIA / JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 39/12)

1.   

Fil-25 ta’ Jannar 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Fortress Investment Group LLC (“Fortress Investment Group”, l-Istati Uniti tal-Amerika), ikkontrollata minn SoftBank Group Corp. (il-Ġappun)

—

Air Investment Valencia S.L. (“Air Investment Valencia”, Spanja), ikkontrollata minn Carlos Bertomeu.

Fortress Investment Group u Air Investment Valencia se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ impriża bi sħab (joint venture, JV) li għadha kif ġiet iffurmata li lilha se jiġu ttrasferiti n-negozji rispettivi ta’ CityJet u Air Nostrum.

Il-konċentrazzjoni qed issir permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża bi sħab.

L-istess konċentrazzjoni kienet diġà ġiet innotifikata lill-Kummissjoni fid-19 ta’ Ġunju 2019, iżda ma ġietx implimentata.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

Fortress Investment Group hija kumpanija globali ta’ ġestjoni tal-investiment ibbażata fi New York, l-Istati Uniti tal-Amerka. Fortress timmaniġġa assi f’isem aktar minn 1 900 klijent istituzzjonali u investitur privat madwar id-dinja f’firxa ta’ kreditu u proprjetà immobbli, ekwità privata u strateġiji ta’ investiment kapitali permanenti. Fortress Investment Group huwa sussidjarju ta’ SoftBank Group Corp., kumpanija azzjonista Ġappuniża kkwotata fil-Borża. SoftBank Group għandu l-kwartieri ġenerali tiegħu f’Tokjo, il-Ġappun u huwa l-kumpanija prinċipali ta’ portafoll globali ta’ sussidjarji u affiljati involuti f’telekomunikazzjonijiet avvanzati, servizzi tal-internet, Internet tal-Oġġetti, robotika u fornituri tat-teknoloġija tal-enerġija nadifa,

—

Air Investment Valencia hija sempliċi kumpanija azzjonista bbażata f’Valenzja, Spanja, ikkontrollata minn Carlos Bertomeu. Barra minn Air Nostrum u negozji oħra li se jkunu qed jikkontribwixxu għall-JV, Air Investment Valencia tikkontrolla (i) Inversiones Líneas Aéreas Internacionales (kumpanija azzjonista/ta’ konsulenza ddedikata għad-disinn, il-ġestjoni u l-kontroll ta’ proġetti u investimenti), Air Investment Valencia tikkontrolla wkoll bi sħab (ii) (permezz ta Maltair Holding, S.L.) Mediterranean Aviation Operations Company, Ltd (Melair) (linja tal-ajru attiva fit-tħaddim ta’ rotot bl-ajru bejn l-Ewropa u l-Afrika, b’enfasi fuq li tipprovdi servizzi ta’ trasport bl-ajru lil kumpaniji tal-gass u taż-żejt, lil klijenti korporattivi u lil organizzazzjonijiet umanitarji, prinċipalment permezz ta’ servizzi ta’ titjiriet charter u kiri ta’ ajruplani bl-ekwipaġġ).

3.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-JV li għadha kif twaqqfet se jkunu dawn li ġejjin: it-tħaddim ta’ flotta ta’ inġenji tal-ajru li jipprovdu servizzi ta’ kiri bl-ekwipaġġ jew mingħajr ekwipaġġ, servizzi ta’ franchising u ta’ titjiriet charter lil linji tal-ajru oħra madwar l-Ewropa.

4.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

5.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10970 — FORTRESS INVESTMENT GROUP / AIR INVESTMENT VALENCIA / JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwarl-Għaqdiet”).