European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/1426

18.7.2025

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1426

tas-17 ta’ Lulju 2025

dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 bħala addittiv tal-għalf għar-ruminanti (għajr il-ħrief) u għall-kamelidi mrobbija għall-produzzjoni tal-ħalib jew imrobbija għar-riproduzzjoni, għar-ruminanti żgħar tas-simna għajr l-għoġġiela u l-ħrief, għall-għoġġiela kamelidi tas-simna, u għall-Equidae għajr iż-żwiemel (detentur tal-awtorizzazzjoni: Lallemand SAS) u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/149 fir-rigward tat-termini tal-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 bħala addittiv tal-għalf għall-ħrief

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) u l-Artikolu 13(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni.

(2)

Preparat ta’ Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 ġie awtorizzat għal perjodu ta’ 10 snin bħala addittiv tal-għalf għall-ħrief u ż-żwiemel bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/149 (2).

(3)

F’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077. Flimkien ma’dik l-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(4)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparat ta’ Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 bħala addittiv tal-għalf għar-ruminanti (għajr il-ħrief) u l-kamelidi mrobbija għall-produzzjoni tal-ħalib jew imrobbija għar-riproduzzjoni, ir-ruminanti żgħar tas-simna għajr l-għoġġiela u l-ħrief, l-għoġġiela kamelidi tas-simna, u l-Equidae għajr iż-żwiemel, bit-talba li l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija “addittivi żootekniċi” u fil-gruppi funzjonali “sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà” u “stabbilizzanti għall-batterji li jkun hemm fil-musrana”.

(5)

F’konformità mal-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-modifika tat-termini tal-awtorizzazzjoni tal-preparat ta’ Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 kif stabbilit fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/149 fir-rigward tal-użu għall-ħrief. Dik l-applikazzjoni kkonċernat talba biex il-livell minimu tal-inklużjoni fl-għalf jitbaxxa minn 3 × 109 għal 1 × 109 CFU/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %.

(6)

Fl-opinjoni tagħha tal-15 ta’ Ottubru 2024 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, fil-kundizzjonijiet proposti tal-użu, il-preparat ta’ Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 hu sikur għall-ispeċijiet fil-mira, għall-konsumaturi u għall-ambjent. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-preparat ta’ Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077, fiż-żewġ formulazzjonijiet, jenħtieġ li jitqies bħala sensitizzatur tal-ġilda u respiratorju u kwalunkwe esponiment mill-ġilda u mill-apparat respiratorju jitqies bħala riskju. Il-forma mhux miksija tal-addittiv mhijiex irritanti għall-ġilda jew għall-għajnejn. Ma tista’ tinsilet l-ebda konklużjoni dwar il-potenzjal ta’ irritazzjoni tal-għajnejn tal-forma miksija tal-addittiv minħabba n-nuqqas ta’ data. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-preparat ta’ Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 għandu l-potenzjal li jkun effikaċi fir-ruminanti u l-kamelidi kollha mrobbija għall-produzzjoni tal-ħalib jew għat-treddigħ jew għar-riproduzzjoni fil-livell minimu ta’ użu propost ta’ 5 × 108 CFU/kg ta’ għalf komplet, fl-ispeċijiet ta’ ruminanti minuri (żgħar) kollha u l-kamelidi għas-simna u l-ħrief fil-livell ta’ 1 × 109 CFU/kg ta’ għalf komplet, u fl-ispeċijiet kollha tal-Equidae għajr iż-żwiemel fil-livell ta’ 3 × 109 CFU/kg ta’ għalf komplet. Ma kinitx tal-fehma li hemm bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ ta’ wara l-introduzzjoni fis-suq.

(7)

F’konformità mal-Artikolu 5(4), il-punt (a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (4), il-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 qies li l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet milħuqa f’valutazzjoni preċedenti fir-rigward tal-istess addittiv huma validi u applikabbli għall-applikazzjoni attwali.

(8)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-preparat ta’ Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 jissodisfa l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-użu ta’ dak il-preparat jiġi awtorizzat għar-ruminanti (għajr il-ħrief) u għall-kamelidi mrobbija għall-produzzjoni tal-ħalib jew imrobbija għar-riproduzzjoni, għar-ruminanti żgħar tas-simna għajr l-għoġġiela u l-ħrief, għall-għoġġiela kamelidi tas-simna, u għall-Equidae għajr iż-żwiemel. Barra minn hekk, il-Kummissjoni jidhrilha li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa biex jiġu evitati l-effetti negattivi fuq is-saħħa tal-utenti tal-addittiv.

(9)

Barra minn hekk, fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-awtorizzazzjoni tal-preparat ta’ Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 tkun għadha tissodisfa l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jekk jiġu mmodifikati t-termini tagħha fir-rigward tal-użu għall-ħrief, billi jitnaqqas il-kontenut minimu tal-addittiv għal 1 × 109 CFU/kg ta’ għalf komplet. Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/149 jiġi emendat kif xieraq.

(10)

Billi r-raġunijiet ta’ sikurezza ma jirrikjedux li jiġu applikati minnufih il-modifiki tal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni tal-preparat ta’ Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 għall-ħrief, jixraq li jiġi previst perjodu ta’ tranżizzjoni biex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-modifika tal-awtorizzazzjoni kkonċernata.

(11)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Awtorizzazzjoni

Il-preparat speċifikat fl-Anness, li huwa parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-gruppi funzjonali “sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà” u “stabbilizzanti għall-batterji li jkun hemm fil-musrana” huwa awtorizzat bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Emenda tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/149

Fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/149 fil-kolonna “kontenut minimu” fir-rigward tal-ħrief, il-valur huwa sostitwit b’ “1 × 109”.

Artikolu 3

Miżuri tranżizzjonali

1.   L-addittiv tal-għalf Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077, kif awtorizzat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/149, u l-premixxeli li fihom dak l-addittiv, li huma maħsuba għall-ħrief, u li jiġu prodotti u ttikkettati qabel is-7 ta’ Frar 2026 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel is-7 ta’ Awwissu 2025 jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet ikkonċernati.

2.   L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom l-addittiv tal-għalf imsemmi fil-paragrafu 1, li huma maħsuba għall-ħrief, u li jiġu prodotti u ttikkettati qabel is-7 ta’ Awwissu 2026 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel is-7 ta’ Awwissu 2025 jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet ikkonċernati.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Lulju 2025.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1831/oj.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/149 tal-4 ta’ Frar 2020 dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni ta’ Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 bħala addittiv tal-għalf għall-ħrief u ż-żwiemel u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1293/2008 u (KE) Nru 910/2009 (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Danstar Ferment AG irrappreżentat fl-Unjoni minn Lallemand SAS) (ĠU L 33, 5.2.2020, p. 5, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/149/oj).

(3)   EFSA Journal. 2024;22:e9075. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2024.9075.

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 tal-4 ta’ Marzu 2005 dwar regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dmirijiet u l-ħidmiet tal-Laboratorju ta’ Referenza Komunitarju fil-kuntest tal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għall-użu ta’ addittivi fl-għalf tal-annimali (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8; ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/378/oj).


ANNESS

Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

CFU/kg tal-għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

Kategorija: addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabbilizzanti għall-batterji li jkun hemm fil-musrana

4b1711

Lallemand SAS

Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparat ta’ Saccharomyces cerevisiae

CNCM I-1077

b’konċentrazzjoni minima ta’:

—

1 × 1010 CFU/g ta’ addittiv (forma miksija)

—

2 × 1010 CFU/g ta’ addittiv (forma mhux miksija).

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Ċelloli vijabbli ta’ Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077

Metodu analitiku  (1)

Enumerazzjoni fl-addittiv tal-għalf, fil-premixxeli u fl-għalf kompost: metodu tat-tferrigħ jew tat-tifrix bl-użu tal-agar bl-estratt tal-ħmira, id-destrożju u l-kloramfenikol (EN 15789)

Identifikazzjoni: metodu tar-reazzjoni katina bil-polimerażi (PCR) - (CEN/TS 15790)

Ruminanti (għajr il-ħrief) u kamelidi mrobbija għall-produzzjoni tal-ħalib jew imrobbija għar-riproduzzjoni

-

5 × 108

-

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tal-premixxeli, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u l-istabbiltà waqt it-trattament bis-sħana.

2.

Għall-utenti tal-addittiv u tal-premixxeli, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi sabiex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-użu tagħhom. Meta dawk ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati b’dawn il-proċeduri u l-miżuri, l-addittiv u l-premixxeli għandhom jintużaw b’tagħmir protettiv personali għan-nifs, għall-għajnejn (għall-formulazzjoni miksija biss) u għall-ġilda.

Is-7 ta’ Awwissu 2035

Ruminanti żgħar (2)

tas-simna għajr l-għoġġiela u l-ħrief

Għoġġiela kamelidi tas-simna

1 × 109

Kategorija: addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà

4b1711

Lallemand SAS

Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparat ta’ Saccharomyces cerevisiae

CNCM I-1077

b’konċentrazzjoni minima ta’:

—

1 × 1010 CFU/g ta’ addittiv (forma miksija)

—

2 × 1010 CFU/g ta’ addittiv (forma mhux miksija).

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Ċelloli vijabbli ta’ Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077

Metodu analitiku  (1)

Enumerazzjoni fl-addittiv tal-għalf, fil-premixxeli u fl-għalf kompost: metodu tat-tferrigħ jew tat-tifrix bl-użu tal-agar bl-estratt tal-ħmira, id-destrożju u l-kloramfenikol

(EN 15789)

Identifikazzjoni: metodu tar-reazzjoni katina bil-polimerażi (PCR) - (CEN/TS 15790)

Equidae għajr iż-żwiemel

-

3 × 109

-

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tal-premixxeli, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u l-istabbiltà waqt it-trattament bis-sħana.

2.

Għall-utenti tal-addittiv u tal-premixxeli, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi sabiex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-użu tagħhom. Meta dawk ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati b’dawn il-proċeduri u l-miżuri, l-addittiv u l-premixxeli għandhom jintużaw b’tagħmir protettiv personali għan-nifs, għall-għajnejn (għall-formulazzjoni miksija biss) u għall-ġilda.

Is-7 ta’ Awwissu 2035


(1)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en

(2)  Annimali fi stadju tal-iżvilupp simili għal dak tal-“għoġġiela”


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1426/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)