|
7.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 31/25 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/190
tal-5 ta' Frar 2015
li taħtar il-membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 300(3) u l-Artikolu 305 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/930/UE tas-16 ta' Diċembru 2014 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),
Wara li kkunsidra l-proposti li saru minn kull Stat Membru,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 300(3) tat-Trattat jeħtieġ li membri jew membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni, minbarra li jkunu rappreżentanti ta' korpi reġjonali jew lokali, jew ikollhom mandat elettorali ta' awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta. |
|
(2) |
L-Artikolu 305 tat-Trattat jipprevedi li l-membri tal-Kumitat tar-Reġjuni u numru ugwali ta' membri supplenti jinħatru mill-Kunsill għal ħames snin skont il-proposti magħmula minn kull Stat Membru. |
|
(3) |
Ladarba l-mandat tal-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni skada fil-25 ta' Jannar 2015, kien jeħtieġ li jinħatru membri u membri supplenti ġodda. |
|
(4) |
Fis-26 ta' Jannar 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) Nru 2015/116 (2) biex ħatar il-membri u l-membri supplenti proposti mill-Gvernijiet tal-Belġju, tal-Bulgarija, tar-Repubblika Ċeka, tad-Danimarka, tal-Estonja, tal-Irlanda, tal-Greċja, ta' Spanja, ta' Franza, tal-Kroazja, tal-Italja, ta' Ċipru, tal-Latvja, tal-Litwanja, tal-Lussemburgu, tal-Ungerija, ta' Malta, tal-Pajjiżi l-Baxxi, tal-Awstrija, tal-Portugall, tar-Rumanija, tas-Slovenja, tas-Slovakkja, tal-Finlandja, u tal-Isvezja, 23 membru u 23 membru supplenti proposti mill-Gvern Ġermaniż u 18-il membru u 16-il membru supplenti proposti mill-Gvern Pollakk għall-perjodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020. Il-membri u l-membri s upplenti li n-nomini tagħhom ma ġewx ikkomunikati lill-Kunsill sat-22 ta' Jannar 2015 ma setgħux jiġu inklużi fid-Deċiżjoni (UE) Nru 2015/116. |
|
(5) |
Fit-2 ta' Frar 2015 u fit-3 ta' Frar 2015, il-lista tal-membri u l-membri supplenti proposta mill-Gvern tar-Renju Unit kif ukoll il-lista li fiha membru wieħed u membru supplenti wieħed proposti mill-Gvern Ġermaniż ġew ippreżentati lill-Kunsill. Dawk il-membri u l-membri supplenti għandhom jinħatru għall-istess perjodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 bħala l-membri u s-supplenti maħtura mid-Deċiżjoni (UE) Nru 2015/116. Din id-Deċiżjoni għandha għalhekk tapplika retroattivament mis-26 ta' Jannar 2015. It-tielet Deċiżjoni li taħtar il-membri u l-membri supplenti li jifdal tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 ser tkun adottata aktar tard, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Dawn li ġejjin huma b'dan maħtura membri tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020:
|
— |
bħala membri, il-persuni elenkati minn kull Stat Membru fl-Anness I; |
|
— |
bħala membri supplenti, il-persuni elenkati minn kull Stat Membru fl-Anness II. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Hija għandha ssir effettiva fis-26 ta' Jannar 2015.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Frar 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
E. RINKĒVIČS
(1) ĠU L 365, 19.12.2014, p. 143.
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) Nru 2015/116 tas-26 ta' Jannar 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42).
ANNESS I
ПРИЛОЖЕНИЕ I — ANEXO I — PŘÍLOHA I — BILAG I — ANHANG I — I LISA — ΠΑΡΑΡΤΗΜΑ Ι — ANNEX I — ANNEXE I — PRILOG I — ALLEGATO I — I PIELIKUMS — I PRIEDAS — I. MELLÉKLET — ANNESS I — BIJLAGE I — ZAŁĄCZNIK I — ANEXO I — ANEXA I — PRÍLOHA I — PRILOGA I — LIITE I — BILAGA I
Членове/Miembros/Členové/Medlemmer/Mitglieder/Liikmed/Μέλη/Members/Membres/Članovi/Membri/Locekļi/Nariai/Tagok/Membri/Leden/Członkowie/Membros/Membri/Členovia/Člani/Jäsenet/Ledamöter
DEUTSCHLAND
Frau Marion WALSMANN
Mitglied des Thüringer Landtags
UNITED KINGDOM
|
|
Cllr Stephen ALAMBRITIS Leader of London Borough of Merton |
|
|
Mr Michael ANTONIW Assembly Member for Pontypridd |
|
|
Cllr Sir Albert BORE Member of Birmingham City Council |
|
|
Cllr Robert Charles BRIGHT Leader of Newport City Council |
|
|
Cllr Anthony Gerard BUCHANAN Councillor East Renfrewshire Council |
|
|
Cllr Joseph COONEY Leader of Pendle Council |
|
|
Cllr Andrew Varah COOPER Member of Kirklees Council |
|
|
Cllr Trevor CUMMINGS Member of Ards Borough Council |
|
|
Jeremy Roger EVANS Assembly Member Greater London Authority |
|
|
Ms Megan FEARON Member of the Northern Ireland Assembly |
|
|
Ms Patricia Josephine FERGUSON Constituency member for Glasgow Maryhill & Springburn |
|
|
Cllr Robert Ian Neilson GORDON Member of Hertfordshire Council |
|
|
Cllr Judith HUGHES Member of Kirklees Council |
|
|
Cllr Gordon Charles KEYMER Leader of Tandridge District Council |
|
|
Cllr Margaret Ann LISHMAN Member of Burnley Council |
|
|
Cllr Cormack MCCHORD Councillor for Stirling |
|
|
Mr William Stewart MAXWELL MSP for West of Scotland |
|
|
Cllr Kevin PEEL Member of Manchester City Council |
|
|
Cllr Dorothy SHARPE Member of East Riding of Yorkshire Council |
|
|
Cllr Jill SHORTLAND Member of Somerset Council |
|
|
Cllr Harvey SIGGS Member of Mendip Council |
|
|
Cllr Judith Anne WALLACE Member of North Tyneside Council |
|
|
Cllr Paul WATSON Leader, Sunderland Council |
|
|
Cllr Emily WESTLEY Member of Hastings Council |
ANNESS II
ПРИЛОЖЕНИЕ II — ANEXO II — PŘÍLOHA II — BILAG II — ANHANG II — II LISA — ΠΑΡΑΡΤΗΜΑ IΙ — ANNEX II — ANNEXE II — PRILOG II — ALLEGATO II — II PIELIKUMS — II PRIEDAS — II. MELLÉKLET — ANNESS II — BIJLAGE II — ZAŁĄCZNIK II — ANEXO II — ANEXA II — PRÍLOHA II — PRILOGA II — LIITE II — BILAGA II
Заместник-членове/Suplentes/Náhradníci/Suppleanter/Stellvertreter/Asendusliikmed/Αναπληρωτές/Alternate members/Suppléants/Zamjenici članova/Supplenti/Aizstājēji/Pakaitiniai nariai/Póttagok/Membri Supplenti/Plaatsvervangers/Zastępcy członków/Suplentes/Supleanți/Náhradníci/Nadomestni člani/Varajäsenet/Suppleanter
DEUTSCHLAND
Frau Dorothea MARX
Mitglied des Thüringer Landtags
UNITED KINGDOM
|
|
Cllr Sanchia ALASIA Member of London Borough of Barking & Dagenham |
|
|
Jennette ARNOLD Assembly Member Greater London Authority |
|
|
Cllr Shurma BATSON Member of Stevenage Council |
|
|
Cllr Zahid Mehmood CHAUHAN Member of Oldham Council |
|
|
Cllr John Paul FINDLOW Member of Cheshire East Council |
|
|
Cllr Gillian FORD Member of London Borough of Havering |
|
|
Cllr Barbara GRANT East Renfrewshire Council |
|
|
Cllr Suzanne Ellen GROCOTT Member of London Borough of Merton |
|
|
Cllr Arnold HATCH Member of Craigavon Borough Council |
|
|
Cllr Doreen HUDDART Member of Newcastle City Council |
|
|
Cllr Ronald Arvon HUGHES Member of Conwy County Borough Council |
|
|
Mr James Robert HUME Regional List member for South of Scotland |
|
|
Cllr Imran HUSSAIN Member of Bradford Council |
|
|
Cllr Geoffrey KNIGHT Member of Lancaster Council |
|
|
Sir James Angus Rhoderick MCGRIGOR Regional List Member for the Highlands and Islands |
|
|
Mr Fearghal MCKINNEY Member of the Northern Ireland Assembly |
|
|
Cllr Robert John PRICE Leader of Oxford Council |
|
|
Cllr Gary ROBINSON Leader Shetland Islands Council |
|
|
Cllr Linda ROBINSON Member of Wychavon Council |
|
|
Cllr Sarah Elizabeth RUSSELL Member of Derby Council |
|
|
Cllr David SHAKESPEARE Member of Wycombe Council |
|
|
Rhodri Glyn THOMAS Assembly Member for Carmarthen East and Dinefwr |
|
|
Cllr Kay TWITCHEN Member of Essex County Council |
|
|
Cllr Martin John Beresford VEAL Chairman, Bath & North East Somerset Council |