Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) ta’ l-14 ta’ Ġunju 2007 –
Il-Kummissjoni vs L-Italja

(Kawża C‑82/06)

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ambjent – Skart – Skart perikoluż – Direttivi 75/443/KEE u 91/689/KEE – Obbligu li jitħejjew u li jiġu kkomunikati pjani għall-immaniġġjar ta’ l-iskart”

1.                     Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Suġġett tal-kawża – Determinazzjoni matul il-proċedura prekontenzjuża (l-Artikolu 226 KE) (ara l-punt 14)

2.                     Atti ta’ l-istituzzjonijiet – Direttivi – Implementazzjoni mill-Istati Membri (l-Artikolu 249 KE; Direttivi tal-Kunsill 75/442, kif emendata mid-Direttiva 91/156, u 91/689) (ara l-punti 19, 34-35, 37-39)

3.                     Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja – Sitwazzjoni li għandha tittieħed in kunsiderazzjoni – Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (l-Artikolu 226 KE) (ara l-punt 25)

4.                     Stati Membri – Obbligi – Implementazzjoni tad-direttivi – Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Ġustifikazzjoni bbażata fuq is-sistema interna – Inammissibbiltà (l-Artikolu 226 CE) (ara l-punt 26)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ksur ta’ l-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE, tal-15 ta’ Lulju 1975, dwar l-iskart (ĠU L 194, p. 39), kif emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 91/156/KEE, tat-18 ta’ Marzu 1991 (ĠU L 78, p. 32), u ta’ l-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE, tat-12 ta’ Diċembru 1991, fuq skart perikoluż (ĠU L 377, p. 20) – Obbligu ta’ komunikazzjoni tal-pjani għall-immaniġġjar ta’ l-iskart

Dispożittiv

1)      Billi ma ħejjietx:

–       il-pjan għall-immaniġġjar ta’ l-iskart għall-provinċja ta’ Rimini, skond l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE, tal-15 ta’ Lulju 1975, dwar l-iskart, kif emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 91/156/KEE, tat-18 ta’ Marzu 1991,

–      il-pjani għall-immaniġġjar ta’ l-iskart dwar il-postijiet jew l-istallazzjonijiet xierqa għar-rimi ta’ l-skart għar-reġjun ta’ Lazio, skond ir-raba’ inċiż ta’ l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 75/442, kif emendata mid-Direttiva 91/156,

–      il-pjani għall-immaniġġjar ta’ l-iskart għar-reġjuni ta’ Friuli-Venezia-Giulia u tal-Puglia, kif ukoll għall-provinċja awtonoma ta’ Bolzano-Alto Adige u għall-provinċja ta’ Rimini, skond l-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE, tat-12 ta’ Diċembru 1991, fuq skart perikoluż,

1)

ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skond dawn id-direttivi.

2)

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata tbati l-ispejjeż.