22.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 429/8


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8175 — Exertis/Hammer)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 429/07)

1.

Fis-16 ta’ Novembru 2016, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) u wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet li permezz tagħha l-impriża Exertis (UK) Limited (ir-Renju Unit), li tappartjeni lil DCC plc Group (l-Irlanda), takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll tal-impriża Hammer Consolidated Holdings Limited (ir-Renju Unit) kollha kemm hi, permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

DCC plc hija grupp internazzjonali li jbigħ, jikkummerċjalizza, jiddistribwixxi u joffri servizzi ta appoġġ lin-negozji u li għandu erba’ diviżjonijiet separati: DCC Energy, DCC Healthcare, DCC Technology u DCC Environmental. Exertis hija parti mill-grupp ta’ kumpaniji ta’ DCC Technology,

—

Hammer Consolidated Holdings Limited hija l-kumpanija prinċipali tal-grupp ta’ kumpaniji ta’ Hammer li huma attivi bħala distributuri bl-ingrossa ta’ firxa ta’ prodotti tal-IT madwar iż-ŻEE, b’enfasi partikolari fuq prodotti ta’ ħżin u ta’ servers.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8175 — Exertis/Hammer, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).