2010D0145 — MT — 07.03.2011 — 001.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/145/PESK tat-8 ta' Marzu 2010 (ĠU L 058, 9.3.2010, p.8) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
L 61 |
21 |
8.3.2011 |
||
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/145/PESK
tat-8 ta' Marzu 2010
li ġġedded miżuri b'appoġġ għall-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għal dik li kienet il-Jugoslavja (ICTY)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Billi:|
(1) |
Fis-16 ta' April 2003, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2003/280/CFSP b'appoġġ għall-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tal-ICTY ( 1 ). |
|
(2) |
Fit-30 ta' Marzu 2004, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2004/293/PESK li ġġedded il-miżuri b'appoġġ għall-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għal dik li kienet il-Jugoslavja (ICTY) ( 2 ). |
|
(3) |
Il-Pożizzjoni Komuni 2004/293/PESK kienet estiża għall-aħħar darba bil-Pożizzjoni Komuni 2009/164/PESK tas-26 ta’ Frar 2009 li ġġedded miżuri b'appoġġ għall-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għal dik li kienet il-Jugoslavja (ICTY) ( 3 ) sas-16 ta' Marzu 2010. |
|
(4) |
Persuni indikati mill-ICTY għadhom liberi, u hemm provi li qed jiġu megħjuna fl-isforzi tagħhom biex ikomplu jaħarbu mill-ġustizzja. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti fil-Pożizzjoni Komuni 2004/293/PESK għandhom jiġġeddu għal 12-il xahar oħra, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprevjenu li jidħlu fit-territorji tagħhom jew li jgħaddu minnu l-persuni elenkati fl-Anness, li huma ingaġġati f'attivitajiet li jgħinu lil persuni li għadhom liberi biex jaħarbu mill-ġustizzja għall-krimini li l-ICTY wera li wettqu jew li qegħdin jaġixxu b’mod li jista’ jfixkel l-implimentazzjoni effettiva tal-ICTY tal-mandat tiegħu.
2. Il-paragrafu 1 ma jobbligax Stat Membru li jċaħħad liċ-ċittadini tiegħu li jidħlu fit-territorju tiegħu.
3. Il-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għal każi fejn Stat Membru jkun obbligat b'obbligu ta' liġi internazzjonali, jiġifieri:
(a) bħala pajjiż li jospita organizzazzjoni interogovernattiva internazzjonali;
(b) bħala pajjiż li jospita konferenza internazzjonali mlaqqgħa minn, jew taħt l-awspiċi ta', in-Nazzjonijiet Uniti;
(c) taħt xi ftehim multilaterali li jikkonferixxi privileġġi u immunitajiet; jew
(d) taħt it-Trattat ta' Konċiljazzjoni tal-1929 (il-Patt tal-Lateran) konkluż mis-Santa Sede (l-Istat tal-Belt tal-Vatikan) u l-Italja.
4. Il-paragrafu 3 għandu jiġi kkunsidrat bħala li japplika wkoll f'każi fejn Stat Membru jkun pajjiż li jospita l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE).
5. Il-Kunsill għandu jkun debitament informat fil-każijiet kollha fejn Stat Membru jagħti eżenzjoni skont il-paragrafu 3 jew 4.
6. L-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjonijiet mill-miżuri imposti fil-paragrafu 1 fejn l-ivvjaġġar huwa ġustifikat għar-raġunijiet ta' ħtieġa urġenti umanitarju, jew għar-raġunijiet ta’ attendenza f’laqgħat intergovernattivi, inklużi dawk promossi mill-Unjoni Ewropea, jew ospitati minn Stat Membru li jkollu l-Presidenza tal-kariga tal-OSKE, fejn jitmexxa djalogu politiku li jippromwovi direttament jassisti lill-ICTY fl-implimentazzjoni tal-mandat tiegħu.
7. Stat Membru li jixtieq jagħti eżenzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 6 għandu jgħarraf il-Kunsill bil-miktub. L-eżenzjoni titqies li tkun ingħatat kemm-il darba wieħed jew aktar mill-Membri tal-Kunsill iqajjem oġġezzjoni bil-miktub fi żmien 48 siegħa minn meta jirċievi n-notifika tal-eżenzjoni proposta. Fil-każ li wieħed jew aktar mill-membri tal-Kunsill iqajjem oġġezzjoni, il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista' jiddeċiedi li jagħti l-eżenzjoni proposta.
8. Fil-każi fejn skont il-paragrafi 3, 4, 6 u 7, Stat Membru jawtorizza lill-persuni elenkati fl-Anness biex jidħlu fit-territorju tiegħu jew jgħaddu minnu, l-awtorizzazzjoni għandha tkun limitata għall-fini li għaliha tkun ingħatat u lill-persuni konċernati minnha.
Artikolu 2
Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà jew Stat Membru, għandu jadotta modifiki għal-lista li tinsab fl-Anness kif meħtieġ.
Artikolu 3
Sabiex timmassimizza kemm jista' jkun l-impatt tal-miżuri msemmija hawn fuq, l-Unjoni għandha tinkoraġġixxi lill-Istati terzi biex jadottaw miżuri restrittivi simili għal dawk li jinsabu f'din id-Deċiżjoni.
Artikolu 4
1. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha. Hija għandha tiskadi fis-16 ta’ Marzu 2012.
2. Din id-Deċiżjoni għandha tiġi riveduta kontinwament. Din għandha tiġġedded, jew tiġi emendata kif ikun opportun, jekk il-Kunsill iqis li l-finijiet tagħha ma jkunux intlaħqu.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
ANNESS
|
1. |
BILBIJA, Milorad Iben Svetko BILBIJA Data tat-twelid/Post tat-twelid: 13.8.1956, Sanski Most, Bosnja-Ħerzegovina Nru tal-Passaport: 3715730 Nru tal-Karta tal-Identità: 03GCD9986 Nru Personali tal-Identità: 1308956163305 Psewdonimi: Indirizz: Brace Pantica 7, Banja Luka, Bosnja-Ħerzegovina |
|
2. |
BJELICA, Milovan Data tat-twelid/Post tat-twelid: 19.10.1958, Rogatica, Bosnja-Ħerzegovina Nru tal-Passaport: 0000148, maħruġ fis-26.7.1998 f'Srpsko Sarajevo (annullat) Nru tal-Karta tal-Identità: 03ETA0150 Nru Personali tal-Identità: 1910958130007 Psewdonimi: Cicko Indirizz: Kumpannija CENTREK, Pale, Bosnja-Ħerzegovina |
|
3. |
ECIM (EĆIM), Ljuban Data tat-twelid/Post tat-twelid: 6.1.1964, Sviljanac, Bosnja-Ħerzegovina Nru tal-Passaport: 0144290, maħruġ fil-21.11.1998 f'Banja Luka (annullat) Nru tal-Karta tal-Identità: 03GCE3530 Nru Personali tal-Identità: 0601964100083 Psewdonimi: Indirizz: Ulica Stevana Mokranjca 26, Banja Luka, Bosnja-Ħerzegovina |
|
4. |
HADZIC (HADŽIĆ), Goranka Bint Branko u Milena HADZIC (HADŽIĆ) Data tat-twelid/Post tat-twelid: 18.6.1962, Muniċipalità ta' Vinkovci, Kroazja Nru tal-Passaport: Nru tal-Karta tal-Identità: 1806962308218 (JMBG), Numru tal-Karta tal-Identità: 569934/03 Psewdonimi: Indirizz: Nru 9, Triq Aranj Janosa, Novi Sad, Serbja Relazzjoni ma' persuni akkużati b'reati tal-gwerra: oħt Goran HADZIC (HADŽIĆ) |
|
5. |
HADZIC (HADŽIĆ), Ivana Bint Goran u Zivka HADZIC (HADŽIĆ) Data tat-twelid/Post tat-twelid: 25.2.1983, Vukovar, Kroazja Nru tal-Passaport: Nru tal-Karta tal-Identità: Psewdonimi: Indirizz: Nru 9, Triq Aranj Janosa, Novi Sad, Serbja Relazzjoni ma' persuni akkużati b'reati tal-gwerra: bint Goran HADZIC (HADŽIĆ) |
|
6. |
HADZIC (HADŽIĆ), Srecko (Srećko) Iben Goran u Zivka HADZIC (HADŽIĆ) Data tat-twelid/Post tat-twelid: 8.10.1987, Vukovar, Kroazja Nru tal-Passaport: Nru tal-Karta tal-Identità: Psewdonimi: Indirizz: Nru 9, Triq Aranj Janosa, Novi Sad, Serbja Relazzjoni ma' persuni akkużati b'reati tal-gwerra: iben Goran HADZIC (HADŽIĆ) |
|
7. |
HADZIC (HADŽIĆ), Zivka (Živka) Bint Branislav NUDIC (NUDIĆ) Data tat-twelid/Post tat-twelid: 9.6.1957, Vinkovci, Kroazja Nru tal-Passaport: Nru tal-Karta tal-Identità: Psewdonimi: Indirizz: Nru 9, Triq Aranj Janosa, Novi Sad, Serbja Relazzjoni ma' persuni akkużati b'reati tal-gwerra: mart Goran HADZIC (HADŽIĆ) |
|
8. |
JOVICIC (JOVIČIĆ), Predrag Iben Desmir JOVICIC (JOVIČIĆ) Data tat-twelid/Post tat-twelid: 1.3.1963, Pale, Bosnja-Ħerzegovina Nru tal-Passaport: 4363551 Nru tal-Karta tal-Identità: 03DYA0852 Nru Personali tal-Identità: 0103963173133 Psewdonimi: Indirizz: Milana Simovica 23, Pale, Bosnja-Ħerzegovina |
|
9. |
KESEROVIC (KESEROVIĆ), Dragomir Iben Slavko Data tat-twelid/Post tat-twelid: 8.6.1957, Piskavica/Banja Luka, Bosnja-Ħerzegovina Nru tal-Passaport: 4191306 Nru tal-Karta tal-Identità: 04GCH5156 Nru Personali tal-Identità: 0806957100028 Psewdonimi: Indirizz: |
|
10. |
KIJAC, Dragan Data tat-twelid/Post tat-twelid: 6.10.1955, Sarajevo, Bosnja-Ħerzegovina Nru tal-Passaport: Nru tal-Karta tal-Identità: Nru Personali tal-Identità: Psewdonimi: Indirizz: |
|
11. |
KOJIC (KOJIĆ), Radomir Iben Milanko u Zlatana Data tat-twelid/Post tat-twelid: 23.11.1950, Bijela Voda, Sokolac, Bosnja-Ħerzegovina Nru tal-Passaport: 4742002, maħruġ fl-2002 f'Sarajevo (skada fl-2007) Nru tal-Karta tal-Identità: 03DYA1935, maħruġ fis-7.7.2003 f'Sarajevo Nru Personali tal-Identità: 2311950173133 Psewdonimi: Mineur jew Ratko Indirizz: Trifka Grabeza 115, Pale jew Hotel KRISTAL, Jahorina, Bosnja-Ħerzegovina |
|
12. |
KOVAC (KOVAČ), Tomislav Iben Vaso Data tat-twelid/Post tat-twelid: 4.12.1959, Sarajevo, Bosnja-Ħerzegovina Nru tal-Passaport: Nru tal-Karta tal-Identità: Nru Personali tal-Identità: 0412959171315 Psewdonimi: Tomo Indirizz: Bijela, Montenegro; u Pale, Bosnja-Ħerzegovina |
|
13. |
KUJUNDZIC (KUJUNDŽIĆ), Predrag Iben Vasilija Data tat-twelid/Post tat-twelid: 30.1.1961, Suho Pole, Doboj, Bosnja-Ħerzegovina Nru tal-Passaport: Nru tal-Karta tal-Identità: 03GFB1318 Nru Personali tal-Identità: 3001961120044 Psewdonimi: Predo Indirizz: Doboj, Bosnja-Ħerzegovina |
|
14. |
LUKOVIC (LUKOVIĆ), Milorad Ulemek Data tat-twelid/Post tat-twelid: 15.5.1968, Belgrad, Serbja Nru tal-Passaport: Nru tal-Karta tal-Identità: Nru Personali tal-Identità: Psewdonimi: Legija (karta tal-identità falsifikata bħal IVANIC, Zeljko (IVANIĆ, Željko)) Indirizz: il-ħabs (Il-ħabs tad-distrett ta' Belgrad, Bacvanska 14, Belgrad) |
|
15. |
MALIS (MALIŠ), Milomir Iben Dejan Malis (MALIŠ) Data tat-twelid/Post tat-twelid: 3.8.1966, Bjelice Nru tal-Passaport: Nru tal-Karta tal-Identità: Nru Personali tal-Identità: 0308966131572 Psewdonimi: Indirizz: Vojvode Putnika, Foca, Bosnja-Ħerzegovina |
|
16. |
MANDIC (MANDIĆ), Momcilo (Momčilo) Data tat-twelid/Post tat-twelid: 1.5.1954, Kalinovik, Bosnja-Ħerzegovina Nru tal-Passaport: 0121391, maħruġ fit-12.5.1999 f'Srpsko Sarajevo, Bosnja-Ħerzegovina (annullat) Nru tal-Karta tal-Identità: Nru Personali tal-Identità: 0105954171511 Psewdonimi: Momo Indirizz: il-ħabs |
|
17. |
MARIC (MARIĆ), Milorad Iben Vinko MARIC (MARIĆ) Data tat-twelid/Post tat-twelid: 9.9.1957, Visoko, Bosnja-Ħerzegovina Nru tal-Passaport: 4587936 Nru tal-Karta tal-Identità: 04GKB5268 Nru Personali tal-Identità: 0909957171778 Psewdonimi: Indirizz: Vuka Karadzica 148, Zvornik, Bosnja-Ħerzegovina |
|
18. |
MICEVIC (MIČEVIĆ), Jelenko Iben Luka u Desanka, kunjom ta' xebba: SIMIC (SIMIĆ) Data tat-twelid/Post tat-twelid: 8.8.1947, Borci ħdejn Konjic, Bosnja-Ħerzegovina Nru tal-Passaport: 4166874 Nru tal-Karta tal-Identità: 03BIA3452 Nru Personali tal-Identità: 0808947710266 Psewdonimi: Filaret Indirizz: Monasteru ta' Milesevo, Serbja |
|
19. |
MLADIC (MLADIĆ), Biljana (kunjom ta' xebba: STOJCEVSKA (STOJČEVSKA)) Bint Strahilo STOJCEVSKI (STOJČEVSKI) u Svetlinka STOJCEVSKA (STOJČEVSKA) Data tat-twelid/Post tat-twelid: 30.5.1972, Skopje, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja Nru tal-Passaport: Nru tal-Karta tal-Identità: 3005972455086 (JMBG) Psewdonimi: Indirizz: irreġistrata f'Blagoja Parovica 117a, Belgrad, iżda toqgħod f'Vidikovacki venac 83, Belgrad, Serbja Relazzjoni ma' persuni akkużati b'reati tal-gwerra: ħtint Ratko MLADIC (MLADIĆ) |
|
20. |
MLADIC (MLADIĆ), Bosiljka (kunjom ta' xebba: JEGDIC (JEGDIĆ)) Bint Petar JEGDIC (JEGDIĆ) Data tat-twelid/Post tat-twelid: 20.7.1947, Okrugljaca, Muniċipalità ta' Virovitica, Kroazja Nru tal-Karta tal-Identità: 2007947455100 (JMBG) Karta tal-identità personali: T77619, maħruġa fil-31.5.1992 minn SUP Belgrad Indirizz: Blagoja Parovica 117a, Belgrad, Serbja Relazzjoni ma' persuni akkużati b'reati tal-gwerra: mart Ratko MLADIC (MLADIĆ) |
|
21. |
MLADIC (MLADIĆ), Darko Iben Ratko u Bosiljka MLADIC (MLADIĆ) Data tat-twelid/Post tat-twelid: 19.8.1969, Skopje, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal- Maċedonja Nru tal-Passaport: passaport SCG Nru 003220335, maħruġ fis-26.2.2002 Nru tal-Karta tal-Identità: 1908969450106 (JMBG); Karta tal-identità personali B112059, maħruġa fit-8.4.1994 minn SUP Belgrad Psewdonimi: Indirizz: Vidikovacki venac Belgrade 83, Belgrad, Serbja Relazzjoni ma' persuni akkużati b'reati tal-gwerra: iben Ratko MLADIC (MLADIĆ) |
|
22. |
NINKOVIC (NINKOVIĆ), Milan Iben Simo Data tat-twelid/Post tat-twelid: 15.6.1943, Doboj, Bosnja-Ħerzegovina Nru tal-Passaport: 3944452 Nru tal-Karta tal-Identità: 04GFE3783 Nru Personali tal-Identità: 1506943120018 Psewdonimi: Indirizz: |
|
23. |
OSTOJIC (OSTOJIĆ), Velibor Iben Jozo Data tat-twelid/Post tat-twelid: 8.8.1945, Celebici, Foca, Bosnja-Ħerzegovina Nru tal-Passaport: Nru tal-Karta tal-Identità: Nru Personali tal-Identità: Psewdonimi: Indirizz: |
|
24. |
OSTOJIC (OSTOJIĆ), Zoran Iben Mico OSTOJIC (OSTOJIĆ) Data tat-twelid/Post tat-twelid: 29.3.1961, Sarajevo, Bosnja-Ħerzegovina Nru tal-Passaport: Nru tal-Karta tal-Identità: 04BSF6085 Nru Personali tal-Identità: 2903961172656 Psewdonimi: Indirizz: Malta 25, Sarajevo, Bosnja-Ħerzegovina |
|
25. |
PAVLOVIC (PAVLOVIĆ), Petko Iben Milovan PAVLOVIC (PAVLOVIĆ) Data tat-twelid/Post tat-twelid: 6.6.1957, Ratkovici, Bosnja-Ħerzegovina Nru tal-Passaport: 4588517 Nru tal-Karta tal-Identità: 03GKA9274 Nru Personali tal-Identità: 0606957183137 Psewdonimi: Indirizz: Vuka Karadzica 148, Zvornik, Bosnja-Ħerzegovina |
|
26. |
POPOVIC (POPOVIĆ), Cedomir (Čedomir) Iben Radomir POPOVIC (POPOVIĆ) Data tat-twelid/Post tat-twelid: 24.3.1950, Petrovici Nru tal-Passaport: Nru tal-Karta tal-Identità: 04FAA3580 Nru Personali tal-Identità: 2403950151018 Psewdonimi: Indirizz: Crnogorska 36, Bileca, Bosnja-Ħerzegovina |
|
27. |
PUHALO, Branislav Iben Djuro Data tat-twelid/Post tat-twelid: 30.8.1963, Foca, Bosnja-Ħerzegovina Nru tal-Passaport: Nru tal-Karta tal-Identità: Nru Personali tal-Identità: 3008963171929 Psewdonimi: Indirizz: |
|
28. |
RADOVIC (RADOVIĆ), Nade Iben Milorad RADOVIC (RADOVIĆ) Data tat-twelid/Post tat-twelid: 26.1.1951, Foca, Bosnja-Ħerzegovina Nru tal-Passaport: passaport qadim Nru 0123256 (annullat) Nru tal-Karta tal-Identità: 03GJA2918 Nru Personali tal-Identità: 2601951131548 Psewdonimi: Indirizz: Stepe Stepanovica 12, Foca/Srbinje, Bosnja-Ħerzegovina |
|
29. |
RATIC (RATIĆ), Branko Data tat-twelid/Post tat-twelid: 26.11.1957, MIHALJEVCI SLAVONSKA POZEGA, Bosnja-Ħerzegovina Nru tal-Passaport: 0442022, maħruġ fis-17.9.1999 f'Banja Luka. Nru tal-Karta tal-Identità: 03GCA8959 Nru Personali tal-Identità: 2611957173132 Psewdonimi: Indirizz: Ulica Krfska 42, Banja Luka, Bosnja-Ħerzegovina |
|
30. |
ROGULJIC (ROGULJIĆ), Slavko Data tat-twelid/Post tat-twelid: 15.5.1952, SRPSKA CRNJA HETIN, Serbja Passaport mhux validu Nru 3747158, maħruġ fit-12.4.2002 f'Banja Luka, skada fit-12.4.2007, u Nru 0020222, maħruġ fil-25.8.1988 f'Banja Luka, skada fil-25.8.2003 Nru tal-Karta tal-Identità: 04EFA1053 Nru Personali tal-Identità: 1505952103022 Psewdonimi: Indirizz: 21 Vojvode Misica, Laktasi, Bosnja-Ħerzegovina |
|
31. |
SAROVIC (ŠAROVIĆ), Mirko Data tat-twelid/Post tat-twelid: 16.9.1956, Rusanovici-Rogatica, Bosnja-Ħerzegovina Nru tal-Passaport: 4363471, maħruġ f'Istocno Sarajevo, bid-data ta' skadenza 8.10.2008 Nru tal-Karta tal-Identità: 04PEA4585 Nru Personali tal-Identità: 1609956172657 Psewdonimi: Indirizz: Bjelopoljska 42, 71216 Srpsko Sarajevo, Bosnja-Ħerzegovina |
|
32. |
SKOCAJIC (SKOČAJIĆ), Mrksa (Mrkša) Iben Dejan SKOCAJIC (SKOČAJIĆ) Data tat-twelid/Post tat-twelid: 5.8.1953, Blagaj, Bosnja-Ħerzegovina Nru tal-Passaport: 3681597 Nru tal-Karta tal-Identità: 04GDB9950 Nru Personali tal-Identità: 0508953150038 Psewdonimi: Indirizz: Trebinjskih Brigade, Trebinje, Bosnja-Ħerzegovina |
|
33. |
VRACAR (VRAČAR), Milenko Data tat-twelid/Post tat-twelid: 15.5.1956, Nisavici, Prijedor, Bosnja-Ħerzegovina Passaporti mhux validi Nru 3865548, maħruġ fid-29.8.2002 f'Banja Luka, skada fid-29.8.2007, u Nru 0280280, maħruġ fl-4.12.1999 f'Banja Luka, skada fl-4.12.2004, u Nru 0062130, maħruġ fis-16.9.1998 f' Banja Luka, Bosnja-Ħerzegovina Nru tal-Karta tal-Identità: 03GCE6934 Nru Personali tal-Identità: 1505956160012 Psewdonimi: Indirizz: 14 Save Ljuboje, Banja Luka, Bosnja-Ħerzegovina |
|
34. |
ZOGOVIC (ZOGOVIĆ), Milan Iben Jovan Data tat-twelid/Post tat-twelid: Dobrusa, 7 ta' Ottubru 1939 Nru tal-Passaport: Nru tal-Karta tal-Identità: Nru Personali tal-Identità: Psewdonimi: Indirizz: |
( 1 ) ĠU L 101, 23.4.2003, p. 22.
( 2 ) ĠU L 94, 31.3.2004, p. 65.
( 3 ) ĠU L 55, 27.2.2009, p. 44.