|
17.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 334/8 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 109/2009
tat-22 ta’ Ottubru 2009
li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 100/2009 tal-25 ta’ Settembru 2009 (1). |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (2), ir-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 Marzu 2004 dwar il-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru fl-ajru uniku Ewropew (3), ir-Regolament (KE) Nru 551/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar l-organizzazzjoni u l-użu tal-ispazju tal-arja fl-ajru uniku Ewropew (4), u Ir-Regolament (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar l-interoperabilità tax-Xibka Ewropea ta’ Amministrazzjoni ta’ Traffiku tal-Ajru (5) ġew inkorporati fil-Ftehim b’deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 67/2006 tat-2 ta’ Ġunju 2006 (6), b’addattamenti speċifiċi għal kull pajjiż, |
|
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 668/2008 tal-15 ta’ Lulju 2008 li jemenda mit-II sal-V Anness tar-Regolament (KE) Nru 2096/2005 li jistipula rekwiżiti komuni għall-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru, fir-rigward ta’ metodi ta’ ħidma u proċeduri tal-operat (7) ġie inkorporat fil-Ftehim, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 66x (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 2096/2005) tal-Anness XIII għall-Ftehim:
|
‘— |
32008 R 0668: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 668/2008 tal-15 ta’ Lulju 2008 (ĠU L 188, 16.7.2008, p. 5).’ |
Artikolu 2
It-testi għar-Regolament (KE) Nru 668/2008 fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li jiġu pubblikati fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-23 ta’ Ottubru 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Ottubru 2009.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Oda Helen SLETNES
(1) ĠU L 304, 19.11.2009, p. 16.
(4) ĠU L 96, 31.3.2004, p. 20.
(5) ĠU L 96, 31.3.2004, p. 26.
(6) ĠU L 245, 7.9.2006, p. 18.
(7) ĠU L 188, 16.7.2008, p. 5.
(*1) Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.