32004D0483



Official Journal L 160 , 30/04/2004 P. 0139 - 0140


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-28 ta' April 2004

dwar il-konklużjoni ta' Ftehim f'forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Messikani Uniti li jikkonċerna emendi għall-Anness I tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Messikani Uniti dwar ir-rikonoxximent u l-protezzjoni reċiproċi tad-deskrizzjonijiet għal xorb spirituż, filwaqt li jitqies it-tkabbir

(notifikata taħt id-dokument numru K(2004) 1566)

(2004/483/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/361/KE tas-27 ta' Mejju 1997 li tikkonċerna l-konklużjoni ta' Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Messikani Uniti dwar ir-rikonoxximent u l-protezzjoni reċiproċi tad-deskrizzjonijiet għal xorb spirituż [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1) Meta jitqies it-tkabbir, huwa neċessarju li jkun emendat l-Anness I tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Messikani Uniti dwar ir-rikonoxximent u l-protezzjoni reċiproċi għal xorb spirituż sabiex ikunu mħarsa t-termini ta' l-ispirti ġodda ta' l-Istati Membri ġodda b'effett mill-1 ta' Mejju 2004.

(2) Għalhekk, il-Komunità u l-Istati Messikani Uniti nnegozjaw, skond l-Artikolu 18 tal-Ftehim imsemmi fuq, Ftehim f'forma ta' Skambju ta' Ittri sabiex ikun emendat l-Anness I tiegħu. Dan l-Iskambju ta' Ittri għandu għalhekk jiġi approvat.

(3) Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Implimentazzjoni għal Xorb Spirituż,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim f'forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Messikani Uniti li jemenda l-Anness I tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Messikani Uniti dwar ir-rikonoxximent u l-protezzjoni reċiproċi tad-deskrizzjonijiet għal xorb spirituż huwa b'dan approvat f'isem il-Komunità.

It-test tal-Ftehim hu miżjud ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-Kummissarju għall-Agrikoltura huwa b'dan mogħti s-setgħa li jiffirma l-Iskambju ta' Ittri bl-għan li jorbot lill-Komunità.

Magħmul fi Brussel, fit-28 ta' April 2004.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 152, tal-11.6.97, p. 15.

--------------------------------------------------