|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/487 |
12.3.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2025/487
tal-11 ta’ Marzu 2025
li jimplimenta r-Regolament (UE) 2019/1890 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet ta’ tħaffir mhux awtorizzat tat-Turkija fil-Lvant tal-Mediterran
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/1890 tal-11 ta’ Novembru 2019 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet ta’ tħaffir mhux awtorizzat tat-Turkija fil-Lvant tal-Mediterran (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(4) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fil-11 ta’ Novembru 2019, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2019/1890. |
|
(2) |
Abbażi ta’ rieżami mill-Kunsill, jenħtieġ li titħassar l-entrata għal persuna waħda soġġetta għal miżuri restrittivi. |
|
(3) |
Jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2019/1890 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1890 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Marzu 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
A. DOMAŃSKI
(1) ĠU L 291, 12.11.2019, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/1890/oj.
ANNESS
Fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1890, titħassar l-entrata għall-persuna li ġejja:
|
1. |
Mehmet Ferruh AKALIN. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/487/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)