|
9.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 363/3 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10363 — NPM Capital/Infinitas)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 363/03)
1.
Fil-31 ta’ Awwissu 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
NPM Capital N.V. (“NPM Capital”, in-Netherlands), u |
|
— |
Infinitas Learning Holding B.V. (“Infinitas”, in-Netherlands). |
NPM Capital takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Infinitas.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
NPM Capital: tinvesti f’kumpaniji ta’ portafoll attivi f’varjetà ta’ setturi, inklużi s-servizzi tal-karozzi, tal-ikel, tal-kura tas-saħħa u dawk industrijali; kif ukoll |
|
— |
Infinitas: bejgħ ta’ soluzzjonijiet u materjali edukattivi li jipprovdu kontenut f’konformità mal-kurrikulu tal-iskola obbligatorju (edukazzjoni primarja, sekondarja, vokazzjonali u edukazzjoni għolja) jew akkreditazzjoni (professjonali / tal-kura tas-saħħa). Ix-xerrejja huma istituzzjonijiet (skejjel u għalliema) li huma akkreditati biex jilħqu standards ta’ kwalità edukattiva. Infinitas hija attiva fin-Netherlands (bil-marka tagħha “Noordhoff”), fil-Belġju (bil-marka tagħha “Plantyn”) u fl-Isvezja (bil-marka tagħha “Liber”). |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jitqies għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja trid tiġi dejjem indikata:
M.10363 — NPM Capital/Infinitas
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).