|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/1494 |
27.5.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2024/1494
tat-23 ta’ Mejju 2024
dwar il-ħatra tal-Kap taċ-ċellola militari ta’ kmand u appoġġ tal-Inizjattiva tal-Unjoni Ewropea għas-Sigurtà u d-Difiża b’appoġġ għall-pajjiżi tal-Afrika tal-Punent tal-Golf tal-Guinea (EUSDI/1/2024)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1599 tat-3 ta’ Awwissu 2023 dwar Inizjattiva tal-Unjoni Ewropea għas-Sigurtà u d-Difiża b’appoġġ għall-pajjiżi tal-Afrika tal-Punent tal-Golf tal-Guinea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2023/1599, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS), f’konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għall-fini li jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Inizjattiva tal-Unjoni Ewropea għas-Sigurtà u d-Difiża b’appoġġ għall-pajjiżi tal-Afrika tal-Punent tal-Golf tal-Guinea (l-“Inizjattiva”), inkluż deċiżjonijiet dwar il-ħatra tal-kap taċ-ċellola militari ta’ kmand u appoġġ. |
|
(2) |
Fid-19 ta’ April 2024, l-awtoritajiet Spanjoli rrakkomandaw pproponew il-ħatra tal-Kurunell Sergio PUEBLA GARCIA bħala Kap taċ-ċellola ta’ kmand u appoġġ militari tal-Inizjattiva mill-15 ta’ Jannar 2024 sal-14 ta’ Lulju 2024. |
|
(3) |
Fid-19 ta’ April 2024, il-Kmandant Militari għall-pilastru militari tal-Inizjattiva appoġġa dik il-ħatra proposta. |
|
(4) |
Fit-23 ta’ April 2024, il-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea qabel li jirrakkomanda li l-PSC jaħtarlill-Kurunell Sergio PUEBLA GARCIA bħala Kap taċ-ċellola militari ta’ kmand u appoġġ tal-Inizjattiva. |
|
(5) |
Jenħtieġ li tittieħed deċiżjoni dwar il-ħatra tal-Kurunell Sergio PUEBLA GARCIA, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kurunell Sergio PUEBLA GARCIA huwa b’dan maħtur bħala Kap taċ-ċellola militari ta’ kmand u appoġġ tal-Inizjattiva tal-Unjoni Ewropea għas-Sigurtà u d-Difiża b’appoġġ għall-pajjiżi tal-Afrika tal-Punent tal-Golf tal-Guinea mill-15 ta’ Jannar 2024 sal-14 ta’ Lulju 2024.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Għandha tapplika mill-15 ta’ Jannar 2024.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Mejju 2024.
Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà
Il-President
D. PRONK
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1494/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)