|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2519 |
16.12.2025 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2519
tal-15 ta’ Diċembru 2025
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/740 fir-rigward tal-istandards armonizzati għal-logħob fuq bord relatat max-xamm, għall-kits kożmetiċi u għal-logħob tat-tegħim kif ukoll għall-migrazzjoni ta’ ċerti elementi mill-ġugarelli
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), il-ġugarelli li jkunu konformi ma’ standards armonizzati jew ma’ partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, iridu jkunu preżunti konformi mar-rekwiżiti koperti minn dawk l-istandards jew minn partijiet minnhom stabbiliti fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 2009/48/KE u fl-Anness II ta’ dik id-Direttiva. |
|
(2) |
Id-Direttiva 2009/48/KE, fl-Anness II, il-Parti III, tagħha, tistabbilixxi rekwiżiti speċifiċi sabiex jiġi żgurat li ma jkun hemm l-ebda riskju ta’ effetti avversi fuq is-saħħa tal-bniedem minħabba esponiment għas-sustanzi jew għat-taħlitiet kimiċi li jkunu magħmula minnhom il-ġugarelli jew li jkunu jinsabu fihom. Barra minn hekk, l-Artikolu 10(2) jistabbilixxi r-rekwiżit tas-sikurezza ġenerali. |
|
(3) |
Permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2022)7410 (3), il-Kummissjoni ressqet talba quddiem il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN, Comité européen de normalisation) u l-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (Cenelec, Comité européen de normalisation électrotechnique) għall-abbozzar ta’ standards armonizzati ġodda u għar-reviżjoni tal-istandards armonizzati eżistenti b’appoġġ għad-Direttiva 2009/48/KE. |
|
(4) |
Abbażi tat-talba stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2022)7410, is-CEN irreveda l-istandards armonizzati EN 71-13:2021+A1:2022 “Is-sikurezza tal-ġugarelli — Parti 13: Logħob li jintlagħab fuq bord u li hu bbażat fuq ix-xamm, kits kosmetiċi u kits tat-togħma” u EN 71-3:2019+A1:2021 “Is-sikurezza tal-ġugarelli — Parti 3 Migrazzjoni ta’ ċerti elementi”, li r-referenzi tagħhom huma ppubblikati bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/740 (4) . Dan irriżulta fl-adozzjoni tal-istandards armonizzati EN 71-13:2021+A2:2024 u EN 71-3:2019+A2:2024. |
|
(5) |
Il-Kummissjoni, flimkien mas-CEN, ivvalutat jekk dawk l-istandards jikkonformawx mat-talba stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2022) 7410. |
|
(6) |
L-istandards armonizzati EN 71-13:2021+A2:2024 u EN 71-3:2019+A2:2024 jissodisfaw ir-rekwiżiti li għandhom l-għan li jkopru u li huma stabbiliti fid-Direttiva 2009/48/KE. Għalhekk jixraq li r-referenzi ta’ dawk l-istandards jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(7) |
L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/740 jelenka r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2009/48/KE. Sabiex jiġi żgurat li r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2009/48/KE jiġu elenkati f’att wieħed, jenħtieġ li r-referenzi ta’ EN 71-13:2021+A2:2024 u EN 71-3:2019+A2:2024 jiġu inklużi fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/740. |
|
(8) |
L-istandards armonizzati EN 71-13:2021+A2:2024 u EN 71-3:2019+A2:2024 jissostitwixxu l-istandards armonizzati EN 71-13:2021+A1:2022 u 71-3:2019+A1:2021 rispettivament. Għalhekk, jeħtieġ li r-referenzi ta’ dawk l-istandards jiġu rtirati minn Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Sabiex il-manifatturi tal-ġugarelli jkollhom biżżejjed żmien biex jadattaw il-prodotti tagħhom għall-ispeċifikazzjonijiet riveduti fl-istandards EN 71-13:2021+A2:2024 u EN 71-3:2019+A2:2024, jeħtieġ li l-irtirar tar-referenzi tal-istandards armonizzati EN 71-13:2021+A1:2022 u 71-3:2019+A1:2021 jiġi differit. |
|
(9) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/740 tiġi emendata kif xieraq. |
|
(10) |
Il-konformità ma’ standard armonizzat tikkonferixxi preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza ta’ tali standard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/740 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-punt (1) tal-Anness għandu japplika mis-16 ta’ Ġunju 2027.
Il-punt (2) tal-Anness għandu japplika mill-jum tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Diċembru 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/1025/oj.
(2) Id-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar is-sikurezza tal-ġugarelli (ĠU L 170, 30.6.2009, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2009/48/oj).
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2022) 7410 final tal-24 ta’ Ottubru 2022 dwar talba għal standardizzazzjoni lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni u l-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika fir-rigward tal-ġugarelli b’appoġġ għad-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
(4) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/740 tal-4 ta’ April 2023 dwar l-istandards armonizzati għall-ġugarelli abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 96, 5.4.2023, p. 85, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/740/oj).
ANNESS
L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/740 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
jitħassru r-ringieli 3 u 9; |
|
(2) |
ir-ringieli li ġejjin jiddaħħlu f’ordni sekwenzjali:
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/2519/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)