Trattat Li Jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa - ATT FINALI - A.Dikjarazzjonijiet dwar disposizzjonijiet tal-Kostituzzjoni - 25.Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu III-325 dwar in-negozjar u l-konkluzjoni ta' ftehim internazzjonali mill-Istati Membri dwar iż-żona ta' libertà, ta' sigurtà u ta' ġustizzja
Official Journal 310 , 16/12/2004 P. 0462 - 0462
25. Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu III-325 dwar in-negozjar u l-konkluzjoni ta' ftehim internazzjonali mill-Istati Membri dwar iż-żona ta' libertà, ta' sigurtà u ta' ġustizzja Il-Konferenza tikkonferma li l-Istati Membri jistgħu jinnegozjaw u jikkonkludu ftehim ma' pajjiżi terzi jew ma' organizzazzjonijiet internazzjonali fl-oqsma koperti mis-Sezzjonijiet 3, 4 u 5 tal-Kapitolu IV tat-Titolu III tal-Parti III safejn dawn l-akkordji jkunu konformi mad-dritt ta' l-Unjoni. --------------------------------------------------