<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑677/11</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62011CJ0677</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:348">EU:C:2013:348</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>11</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>11</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20130530">30.5.2013</DATE> — KAWŻA C‑677/11</P><P>DOUX ÉLEVAGE U COOPÉRATIVE AGRICOLE UKL-ARREE</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Il-Ħames Awla)</P><P><DATE ISO="20130530">30 ta’ Mejju 2013</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Artikolu 107(1) TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Għajnuna mill-Istat</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>riżorsi tal-Istat<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>imputabbiltà lill-Istat<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="2019" ID="QE0002"/></KEYWORD><KEYWORD>Organizzazzjonijiet interprofessjonali fis-settur agrikolu</KEYWORD><KEYWORD>Organizzazzjonijiet rikonoxxuti</KEYWORD><KEYWORD>Azzjonijiet komuni deċiżi minn dawn l-organizzazzjonijiet fl-interess tal-professjoni</KEYWORD><KEYWORD>Finanzjament permezz tal-kontribuzzjonijiet stabbiliti b’mod volontarju mill-imsemmija organizzazzjonijiet</KEYWORD><KEYWORD>Att amministrattiv li jirrendi obbligatorji dawn il-kontribuzzjonijiet għall-professjonisti kollha fis-settur agrikolu kkonċernat</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑677/11,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Conseil d’État (Franza), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20111128">28 ta’ Novembru 2011</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fid-<DATE ISO="20111229">29 ta’ Diċembru 2011</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Doux Élevage SNC,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Coopérative agricole UKL-ARREE</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Ministère de l’Agriculture, de l’Alimentation, de la Pêche, de la Ruralité et de l’Aménagement du territoire,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Comité interprofessionnel de la dinde française (CIDEF),</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),</P><P>komposta minn T. von Danwitz, President tal-Awla, A. Rosas, E. Juhász (Relatur), D. Šváby u C. Vajda, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Wathelet,</P><P>Reġistratur: V. Tourrès, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20121115">15 ta’ Novembru 2012</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Doux Élevage SNC, minn P. Spinosi, M. Massart u D. Lechat, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għall-coopérative agricole UKL-ARREE, minn P. Spinosi, avukat,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Comité interprofessionnel de la dinde française (CIDEF), minn H. Calvet, Y. Trifounovitch, C. Rexha u M. Louvet, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Franċiż, minn E. Belliard kif ukoll minn G. de Bergues, J. Gstalter u J. Rossi, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn B. Stromsky u S. Thomas, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-<DATE ISO="20130131">31 ta’ Jannar 2013</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 107(1) TFUE dwar l-għajnuna mill-Istat u, b’mod iktar partikolari, tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>riżorsi tal-Istat<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> li jinsab f’din id-dispożizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn, minn naħa, Doux Élevage SNC u l-coopérative agricole UKL-ARREE, kumpanniji attivi fis-settur agrikolu tal-produzzjoni u tat-trobbija tad-dundjani, u, min-naħa l-oħra, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, rigward il-legalità ta’ deċiżjoni meħuda minn dawn tal-aħħar li testendi b’mod obbligatorju għall-professjonisti kollha f’dan is-settur ftehim, konkluż fi ħdan l-organizzazzjoni interprofessjonali li tirrappreżenta l-imsemmi settur, li jistabbilixxi kontribuzzjoni sabiex jiġu ffinanzjati azzjonijiet komuni deċiżi minn din l-organizzazzjoni.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt Franċiż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-Liġi Nru 75‑600, tal-<DATE ISO="19750710">10 ta’ Lulju 1975</DATE>, dwar l-organizzazzjoni interprofessjonali agrikola (JORF tal-<DATE ISO="19750711">11 ta’ Lulju 1975</DATE>, p. 7124), stabbiliet konsultazzjoni interprofessjonali f’dan is-settur, fis-sens li d-diversi organizzazzjonijiet professjonali, normalment imsejħa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>familji<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, l-iktar rappreżentattivi ta’ settur agrikolu jistgħu jingħaqdu fi grupp interprofessjonali. Id-dispożizzjonijiet ta’ din il-liġi ġew ikkodifikati fil-Kodiċi rurali u tas-sajd marittimu (iktar ’il quddiem, il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Kodiċi rurali<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>), li d-dispożizzjonijiet rilevanti tiegħu, fil-verżjoni tagħhom applikabbli għall-fatti tal-kawża prinċipali, jinsabu hawnhekk.</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu L. 611‑1 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Conseil supérieur d’orientation et de coordination de l’économie agricole et alimentaire (Kunsill superjuri ta’ gwida u ta’ koordinazzjoni tal-ekonomija agrikola u tal-ikel), kompost minn rappreżentanti tal-ministri kkonċernati, tal-produzzjoni agrikola, tal-ipproċessar u tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli, tal-artiġjanat u tal-kummerċ indipendenti mill-prodotti tal-ikel, tal-konsumaturi u tal-assoċjazzjonijiet awtorizzati għall-protezzjoni tal-ambjent, tal-proprjetà agrikola, tas-sindakati rappreżentattivi tal-impjegati fis-setturi agrikoli u tal-ikel jipparteċipa fid-definizzjoni, il-koordinazzjoni, l-implementazzjoni u l-evalwazzjoni tal-politika ta’ gwida tal-produzzjonijiet u ta’ organizzazzjoni tas-swieq.</P><P>Huwa kompetenti għall-produzzjonijiet agrikoli, agro-alimentari, agro-industrijali u tal-foresti.</P><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></P></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="3"?><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu L. 632‑1 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>I. Il-gruppi kkostitwiti fuq l-inizjattiva tagħhom mill-organizzazzjonijiet professjonali li huma l-iktar rappreżentattivi tal-produzzjoni agrikola u, skont il-każijiet, tal-ipproċessar, tal-kummerċjalizzazzjoni u tad-distribuzzjoni jistgħu jiġu rikonoxxuti fil-kwalità tagħhom ta’ organizzazzjonijiet interprofessjonali mill-awtorità amministrattiva kompetenti wara li tinstema’ l-opinjoni tal-Conseil supérieur d’orientation et de coordination de l’économie agricole et alimentaire, fuq il-livell nazzjonali, jew fuq il-livell ta’ żona ta’ produzzjoni, għal prodott jew grupp ta’ prodotti speċifiċi jekk ikunu maħsuba, b’mod partikolari permezz tal-konklużjoni ta’ ftehim interprofessjonali, fl-istess waqt:</P><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>sabiex jiddefinixxu u jiffavorixxu ftehim kuntrattwali bejn il-membri tagħhom;</P></ITEM><ITEM><P>sabiex jikkontribwixxu fl-amministrazzjoni tas-swieq permezz ta’ sorveljanza li tħares ’il quddiem tas-swieq, permezz ta’ adattament aħjar tal-prodotti għal-livell kwantitattiv u għal dak kwalitattiv u permezz tal-promozzjoni tagħhom;</P></ITEM><ITEM><P>sabiex isaħħu s-sigurtà tal-ikel, b’mod partikolari permezz tat-traċċabbiltà tal-prodotti, fl-interess tal-utenti u tal-konsumaturi.</P></ITEM></LIST></P><P>L-organizzazzjonijiet interprofessjonali jistgħu wkoll isegwu għanijiet oħra, intiżi b’mod partikolari:</P><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>sabiex jiffavorixxu l-manutenzjoni u l-iżvilupp tal-potenzjal ekonomiku tas-settur,</P></ITEM><ITEM><P>sabiex jiffavorixxu l-iżvilupp tal-irkupru mhux tal-ikel tal-prodotti;</P></ITEM><ITEM><P>sabiex jipparteċipaw f’azzjonijiet internazzjonali ta’ żvilupp;</P></ITEM></LIST></P><P>[...]</P><P>II Tista’ tiġi rikonoxxuta biss organizzazzjoni interprofessjonali waħda għal kull prodott jew grupp ta’ prodotti. Meta organizzazzjoni interprofessjonali nazzjonali tiġi rikonoxxuta, l-organizzazzjonijiet interprofessjonali reġjonali jikkostitwixxu kumitati ta’ din l-organizzazzjoni interprofessjonali nazzjonali u huma rrappreżentati f’din tal-aħħar.</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu L. 632‑2‑I jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Jistgħu jiġu rikonoxxuti biss l-organizzazzjonijiet interprofessjonali li l-istatut ta’ assoċjazzjoni tagħhom jipprovdi għall-ħatra ta’ bord ta’ arbitraġġ għall-kwistjonijiet li jistgħu jqumu bejn organizzazzjonijiet professjonali membri meta jiġi applikat ftehim interprofessjonali [...]</P><P>L-organizzazzjonijiet interprofessjonali rikonoxxuti jistgħu jiġu kkonsultati fuq il-linji gwida u fuq il-politika ta’ settur li jikkonċernahom.</P><P>Huma jikkontribwixxu għall-implementazzjoni ta’ politika ekonomika nazzjonali u Komunitarja u jista’ jkollhom prijorità fl-għoti tal-għajnuna pubblika.</P><P>Għal eżerċizzju effettiv tal-kompiti tagħhom, jista’ jkollhom bħala membri organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw konsumaturi u impjegati ta’ impriżi fis-settur.</P><P>Il-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent u għall-irtirar tar-rikonoxximent tal-organizzazzjonijiet interprofessjonali huma stabbiliti b’digriet tal-Conseil d’État.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Wara li ġiet adottata l-Liġi Nru 2010‑874 dwar l-immodernizzar tal-agrikoltura u tas-sajd, tas-<DATE ISO="20100727">27 ta’ Lulju 2010</DATE> (JORF tat-<DATE ISO="20100728">28 ta’ Lulju 2010</DATE>, p. 13925), liġi li ġiet wara l-fatti fil-kawża prinċipali, it-tielet paragrafu tal-Artikolu L. 632‑2‑I tħassar.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu L. 632‑2‑II:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Il-ftehim konkluż fi ħdan waħda mill-organizzazzjonijiet interprofessjonali rikonoxxuti għal prodott speċifiku [...] u intiż sabiex l-offerta tiġi adattata għad-domanda ma jistax jinkludi restrizzjonijiet għall-kompetizzjoni [...]</P><P>Dan il-ftehim jiġi adottat b’unanimità tal-professjonijiet membri fl-organizzazzjoni interprofessjonali b’mod konformi mad-dispożizzjonijiet tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu L. 632‑4 […]</P><P>Dan il-ftehim għandu jiġi nnotifikat, malli jiġi konkluż u qabel ma jiġi applikat, lill-Ministru tal-Agrikoltura, lill-Ministru għall-Ekonomija u lill-Awtorità għall-kompetizzjoni. Avviż li jsemmi l-konklużjoni tiegħu għandu jiġi ppubblikat fil-Bulletin uffiċjali tal-kompetizzjoni, tal-konsum u tal-ġlieda kontra l-frodi.</P><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu L. 632‑3 huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Il-ftehim konkluż fil-kuntest ta’ organizzazzjoni interprofessjonali rikonoxxuta jista’ jiġi estiż, għal tul ta’ żmien determinat, totalment jew parzjalment, mill-awtorità amministrattiva kompetenti meta jkun maħsub, permezz ta’ kuntratti tip, ta’ konvenzjonijiet ta’ kampanja u ta’ azzjonijiet komuni jew li huma intiżi għal interess komuni li huma konformi mal-interess ġenerali u li huma kompatibbli mar-regoli tal-politika agrikola komuni, sabiex jiffavorixxu b’mod partikolari:</P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>1°</NO.P><TXT>L-għarfien tal-offerta u tad-domanda;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2°</NO.P><TXT>L-adattament u r-regolarizzazzjoni tal-offerta;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3°</NO.P><TXT>L-implementazzjoni, taħt il-kontroll tal-Istat, ta’ regoli ta’ tqegħid fis-suq, ta’ prezzijiet u ta’ kundizzjonijiet għal ħlas. Din id-dispożizzjoni ma tapplikax għall-prodotti mill-foresti;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4°</NO.P><TXT>Il-kwalità tal-prodotti: għal dan il-għan, il-ftehim jista’ jipprovdi, b’mod partikolari, għat-tfassil u għall-implementazzjoni ta’ kontrolli ta’ kwalità u ta’ regoli għad-definizzjoni, għall-ippakkjar, għat-trasport u għall-preżentazzjoni, jekk meħtieġ sal-istadju tal-bejgħ bl-imnut tal-prodotti; għad-denominazzjonijiet ta’ oriġini kontrollata, dan il-ftehim jista’ jipprovdi, b’mod partikolari, għall-implementazzjoni ta’ proċeduri ta’ kontroll tal-kwalità;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>5°</NO.P><TXT>Ir-relazzjonijiet interprofessjonali fis-settur ikkonċernat, b’mod partikolari billi jiġu stabbiliti standards tekniċi, programmi għal riċerka applikata, għal esperimentazzjoni u għal żvilupp u billi jsir investiment f’dawn il-programmi;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>6°</NO.P><TXT>L-informazzjoni rigward is-setturi u l-prodotti kif ukoll il-promozzjoni tagħhom fis-suq intern u f’dawk esterni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>7°</NO.P><TXT>L-azzjonijiet kollettivi intiżi għall-ġlieda kontra r-riskji u l-kontinġenzi marbuta mal-produzzjoni, mal-ipproċessar, mal-kummerċjalizzazzjoni u mad-distribuzzjoni tal-prodotti agrikoli u tal-ikel;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>8°</NO.P><TXT>Il-ġlieda kontra l-organiżmi li jagħmlu ħsara fis-sens tal-Artikolu L. 251‑3;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>9°</NO.P><TXT>L-iżvilupp tal-irkupru mhux tal-ikel tal-prodotti;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="5"?><ITEM><NP><NO.P>10°</NO.P><TXT>Il-parteċipazzjoni f’azzjonijiet internazzjonali ta’ żvilupp;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>11°</NO.P><TXT>L-iżvilupp tar-relazzjonijiet kuntrattwali bejn il-membri tal-professjonijiet irrappreżentati fl-organizzazzjoni interprofessjonali, b’mod partikolari bl-inklużjoni fil-kuntratti tip ta’ klawżoli standard relatati mal-impenji, mar-regoli sabiex jiġu stabbiliti l-prezzijiet, mal-iskedi tal-kunsinni, mat-tul ta’ żmien ta’ kuntratt, mal-prinċipju ta’ prezz minimu, mar-regoli għar-reviżjoni tal-kundizzjonijiet tal-bejgħ f’sitwazzjoni ta’ bdil sinjifikattiv fil-prezz ta’ materja prima agrikola, kif ukoll ma’ miżuri ta’ kontroll tal-volum sabiex l-offerta tiġi adattata għad-domanda.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Wara li ġiet adottata l-Liġi Nru 2010‑874, tas-<DATE ISO="20100727">27 ta’ Lulju 2010</DATE>, dan l-Artikolu L. 632‑3 issa huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Il-ftehim konkluż fil-kuntest ta’ organizzazzjoni interprofessjonali rikonoxxuta jista’ jiġi estiż, għal tul ta’ żmien determinat, totalment jew parzjalment, mill-awtorità amministrattiva kompetenti meta huwa jipprovdi għal azzjonijiet komuni jew li huma intiżi għal interess komuni li huma konformi mal-interess ġenerali u li huma kompatibbli mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P><P>Il-bqija tal-kliem li kien jinsab f’dan l-artikolu tħassar.</P></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu L. 632‑4 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>L-estensjoni ta’ tali ftehim hija suġġetta għall-adozzjoni tad-dispożizzjonijiet tiegħu mill-professjonijiet irrappreżentati fl-organizzazzjoni interprofessjonali, b’deċiżjoni unanima. Madankollu, għall-ftehim li jirrigwarda biss parti mill-professjonijiet irrappreżentati fl-imsemmija organizzazzjoni, huwa biżżejjed li jiġi adottat b’unanimità biss minn dawn il-professjonijiet, sakemm l-ebda professjoni oħra ma topponi ruħha għal dan.</ALINEA><ALINEA>[...]</ALINEA><ALINEA>Meta l-estensjoni tiġi deċiża, il-miżuri previsti b’dan il-mod huma mandatorji, fiż-żona ta’ produzzjoni kkonċernata, għall-membri kollha tal-professjonijiet li jikkostitwixxu din l-organizzazzjoni interprofessjonali.</ALINEA><ALINEA>L-awtorità kompetenti għandha xahrejn li jibdew jgħoddu mir-riċezzjoni tat-talba ppreżentata mill-organizzazzjoni interprofessjonali sabiex tiddeċiedi dwar l-estensjoni mitluba. Jekk, fi tmiem dan it-terminu ta’ xahrejn, hija ma tkunx innotifikat id-deċiżjoni tagħha, it-talba titqies li ntlaqgħet.</ALINEA><ALINEA>Id-deċiżjonijiet li jirrifjutaw it-talba għal estensjoni għandhom ikun immotivati.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu L. 632‑6 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>L-organizzazzjonijiet interprofessjonali rikonoxxuti, imsemmija fl-Artikoli L. 632‑1 u L. 632‑2, huma awtorizzati jiġbru, mill-membri kollha tal-professjonijiet li jikkostitwixxuhom, kontribuzzjonijiet li jirriżultaw mill-ftehim estiż skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli L. 632-3 u L. 632-4 u li, minkejja n-natura obbligatorja tagħhom, jibqgħu krediti tad-dritt ċivili.</ALINEA><ALINEA>[...]</ALINEA><ALINEA>Jistgħu jinġabru wkoll kontribuzzjonijiet fuq il-prodotti importati taħt kundizzjonijiet iddefiniti permezz ta’ digriet. Fuq talba tal-organizzazzjonijiet interprofessjonali benefiċjarji, dawn il-kontribuzzjonijiet jinġabru fid-dwana, bl-ispejjeż għalihom.</ALINEA><ALINEA>Dawn il-kontribuzzjonijiet ma jeskludux l-applikabbiltà ta’ taxxi parafiskali.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu L. 632‑8‑I:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>L-organizzazzjonijiet interprofessjonali rikonoxxuti jagħtu rendikont tal-attività tagħhom kull sena lill-awtoritajiet amministrattivi kompetenti u jipprovdu:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>il-kontijiet finanzjarji;</P></ITEM><ITEM><P>rapport ta’ attività u r-rendikont tal-laqgħat ġenerali;</P></ITEM><ITEM><P>bilanċ ta’ evalwazzjoni ta’ kull ftehim estiż.</P></ITEM></LIST><P>Huma jipprovdu lill-awtoritajiet amministrattivi kompetenti d-dokumenti kollha li dawn tal-aħħar jitolbu li jiġu mibgħuta għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ kontroll tagħhom.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>B’digriet tal-<DATE ISO="19670624">24 ta’ Ġunju 1967</DATE> (JORF tas-<DATE ISO="19760826">26 ta’ Awwissu 1976</DATE>, p. 5143), l-awtorità amministrattiva kompetenti rrikonoxxiet lill-Comité interprofessionnel de la dinde française [il-Kumitat interprofessjonali tad-dundjan Franċiż] (CIDEF), bħala organizzazzjoni interprofessjonali agrikola skont il-Liġi Nru 75‑600. Iċ-CIDEF jgħaqqad erba’ familji professjonali, jiġifieri dawk tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>produzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, tat-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>tfaqqis u importazzjoni ta’ bajd għat-tfaqqis u tar-razza<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, tat-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>tbiċċir u pproċessar<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> u tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>ikel għall-annimali<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2 tal-istatut ta’ assoċjazzjoni tiegħu, iċ-CIDEF:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>għandu bħala għan:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>li jiġu mgħaqqda l-inizjattivi professjonali kollha sabiex jiġi organizzat u rregolarizzat is-suq tad-dundjani;</P></ITEM><ITEM><P>li tiġi stabbilita għal dan il-għan sistema ta’ informazzjoni statistika intiża sabiex il-professjonisti jiġu mgħarrfa b’mod permanenti bl-istabbiliment ta’ merħliet, bil-biċċeriji, bil-ħażniet, bil-kummerċ estern, bil-konsum mill-familji u mill-entitajiet territorjali;</P></ITEM><ITEM><P>li jiġu rregolarizzati l-produzzjoni u s-suq tad-dundjani permezz ta’ azzjonijiet fuq il-volum tal-offerta u fuq dak tad-domanda;</P></ITEM><ITEM><P>li jkollu l-mezzi finanzjarji neċessarji;</P></ITEM><ITEM><P>li jitlob ir-rattifikazzjoni ta’ standards iddefiniti minn kull familja professjonali għall-prodotti li hija tipproduċi u tbigħ;</P></ITEM><ITEM><P>li jirrendi obbligatorju l-għoti ta’ kuntratti bil-miktub għall-provvista, bejn il-professjonisti, tal-prodotti u tas-servizzi. (Il-Kumitat għandu jipproponi mudelli ta’ kuntratt qafas);</P></ITEM><ITEM><P>ikun l-interlokutur tal-awtoritajiet nazzjonali u Komunitarji għall-problemi kollha komuni għall-familji professjonali li jqumu fis-settur tad-dundjani;</P></ITEM><ITEM><P>fil-kuntest tal-KEE, li tiġi stabbilita kooperazzjoni l-iktar stretta mal-professjonisti tas-settur tad-dundjan tal-pajjiżi msieħba;</P></ITEM><ITEM><P>li jittieħdu l-inizjattivi utli kollha sabiex jiġu solvuti problemi tekniċi u b’mod partikolari li jsiru t-testijiet meħtieġa;</P></ITEM><?PAGE NO="7"?><ITEM><P>li l-familji professjonali tas-settur ta’ produzzjoni tal-laħam tat-tjur jiġu ggarantiti, għall-prodotti kollha, provvisti ta’ servizzi fl-oqsma li huma ta’ interess komuni. Dawn il-provvisti għandhom jiġu fdati lill-Kumitat permezz ta’ ftehim bil-miktub. Il-finanzjament tagħhom isir permezz ta’ kont separat u ma jistax jagħti lok għall-ġbir miċ-CIDEF ta’ kwalunkwe kontribuzzjoni li saret obbligatorja taħt l-Artikolu L. 632‑6 tal-Kodiċi rurali.<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></P></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali, il-fatti li wasslu għaliha u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Permezz ta’ ftehim interprofessjonali adottat fit-<DATE ISO="20071018">18 ta’ Ottubru 2007</DATE>, iċ-CIDEF stabbilixxa kontribuzzjoni interprofessjonali, miġbura minn kull membru tal-professjonijiet irrappreżentati fi ħdanu. Dan il-ftehim ġie konkluż għal perijodu ta’ tliet snin. Bi klawżola addizzjonali konkluża fl-istess jum, l-ammont ta’ din il-kontribuzzjoni ġie stabbilit għal EUR 14 għal <FT TYPE="NUMBER">1000</FT> dundjan għas-sena 2008. B’żewġ digrieti adottati fit-<DATE ISO="20080313">13 ta’ Marzu 2008</DATE> (JORF tas-<DATE ISO="20080327">27 ta’ Marzu 2008</DATE>, p. 5229 u tal-<DATE ISO="20080401">1 ta’ April 2008</DATE>, p. 5412), il-ministri kompetenti estendew, skont l-Artikolu L. 632‑3 tal-Kodiċi rurali, il-ftehim interprofessjonali għal perijodu ta’ tliet snin u l-klawżola għal perijodu ta’ sena. Permezz ta’ klawżola oħra mal-ftehim interprofessjonali msemmi hawn fuq, konkluża fil-<DATE ISO="20081105">5 ta’ Novembru 2008</DATE>, iċ-CIDEF iddeċieda li jżomm il-kontribuzzjoni interprofessjonali għas-sena 2009 bl-istess ammont. Skont ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu L. 632‑4 tal-Kodiċi rurali, din il-klawżola ġiet estiża permezz ta’ deċiżjoni impliċita ta’ aċċettazzjoni tal-awtorità kompetenti fid-<DATE ISO="20090829">29 ta’ Awwissu 2009</DATE>, li ġiet ippubblikata b’avviż tal-ministru kompetenti fit-<DATE ISO="20090930">30 ta’ Settembru 2009</DATE> (JORF tat-<DATE ISO="20090930">30 ta’ Settembru 2009</DATE>, p. 15881).</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Doux Élevage SNC, sussidjarja tal-grupp Doux li huwa l-produttur ewlieni Ewropew tal-laħam tat-tjur, u l-kooperattiva agrikola UKL‑ARREE talbu, quddiem il-Conseil d’État, l-annullament tad-deċiżjoni taċita ta’ estensjoni tal-klawżola tal-<DATE ISO="20081105">5 ta’ Novembru 2008</DATE>, li tnisslet fid-<DATE ISO="20090829">29 ta’ Awwissu 2009</DATE> minħabba s-silenzju miżmum mill-amministrazzjoni wara talba għal estensjoni ta’ din il-klawżola, kif ukoll tal-avviż li jirrendi pubblika din id-deċiżjoni. Huma sostnew li l-kontribuzzjoni interprofessjonali stabbilita permezz tal-klawżola tal-<DATE ISO="20081105">5 ta’ Novembru 2008</DATE>, estiża u magħmula obbligatorja għall-professjonisti kollha tal-organizzazzjoni interprofessjonali permezz tal-imsemmija deċiżjoni, kienet tirrigwarda għajnuna mill-Istat u li, għaldaqstant, din id-deċiżjoni kellha tiġi nnotifikata minn qabel lill-Kummissjoni Ewropea b’mod konformi mal-Artikolu 108(3) TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>B’mod konformi mas-sentenza tal-<DATE ISO="20040715">15 ta’ Lulju 2004</DATE>, Pearle <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-345/02" PAGE.ECR="I-7139" YEAR="2004">C-345/02, Ġabra p. I-7139</REF.DOC.ECR>), il-qorti nazzjonali li għandha l-kawża quddiemha qieset, skont ġurisprudenza stabbilita, li l-kontribuzzjonijiet stabbiliti mill-organizzazzjonijiet interprofessjonali rikonoxxuti, normalment imsejħa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>kontribuzzjonijiet volontarji obbligatorji<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> (iktar ’il quddiem, iċ-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>CVO<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>), sabiex jiffinanzjaw azzjonijiet komuni deċiżi minn dawn l-organizzazzjonijiet, kif ukoll l-atti amministrattivi li permezz tagħhom dawn il-kontribuzzjonijiet saru obbligatorji għall-professjonisti kollha fis-settur ikkonċernat, ma kinux jaqgħu taħt il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Madankollu, wara ċerti osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri, il-Gvern Franċiż innotifika lill-Kummissjoni, għal raġunijiet ta’ ċertezza legali, programm-qafas ta’ azzjonijiet li jistgħu jitwettqu mill-organizzazzjonijiet interprofessjonali u hemeż ma’ dan il-programm-qafas għaxar ftehim konklużi mill-organizzazzjonijiet interprofessjonali l-iktar importanti. Bid-deċiżjoni tagħha Għajnuna mill-Istat N 561/2008 (C(2008) 7846 finali), tal-<DATE ISO="20081210">10 ta’ Diċembru 2008</DATE>, il-Kummissjoni qieset, filwaqt li rreferiet għas-sentenza Pearle <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, li l-miżuri inkwistjoni kienu jaqgħu taħt il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat. Madankollu hija kkonstatat li l-finanzjament ta’ dawn il-miżuri ma kienx iqajjem oġġezzjonijiet rigward is-sistema tal-organizzazzjoni komuni tas-suq u li dawn il-miżuri ma kellhomx mnejn jaffettwaw il-kundizzjonijiet tal-kummerċ b’mod li jmur kontra l-interess komuni u minn dan ikkonkludiet li huma setgħu jibbenefikaw mid-deroga prevista fl-Artikolu 107(3)(ċ) TFUE (4). Il-Kummissjoni ħadet pożizzjoni simili f’żewġ deċiżjonijiet ulterjuri. Dawn id-deċiżjonijiet kollha kienu s-suġġett ta’ rikorsi għal annullament ippreżentati kemm mir-Repubblika Franċiża kif ukoll mill-organizzazzjonijiet interprofessjonali kkonċernati, li huma attwalment pendenti quddiem il-Qorti Ġenerali.</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Il-Conseil d’État josserva, qabel kollox, li l-ftehim interprofessjonali tat-<DATE ISO="20071018">18 ta’ Ottubru 2007</DATE> ġie adottat b’deċiżjoni unanima tal-erba’ familji professjonali rrappreżentati fi ħdan l-organizzazzjoni interprofessjonali u li d-deċiżjoni li l-kontribuzzjoni interprofessjonali titkompla b’rata mhux mibdula għas-sena 2009 ittieħdet ukoll b’mod unanimu minn dawn l-erba’ familji professjonali. Imbagħad huwa jikkonstata li l-klawżola tal-<DATE ISO="20081105">5 ta’ Novembru 2008</DATE> telenka b’mod eżawrjenti l-azzjonijiet li jistgħu jiġu ffinanzjati permezz tal-kontribuzzjoni interprofessjonali miġbura miċ-CIDEF għas-sena 2009, li huma azzjonijiet ta’ komunikazzjoni speċifiċi għal-laħam tad-dundjan <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>intiżi sabiex itejbu l-immaġni u jippromwovu l-bejgħ<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, azzjonijiet ta’ promozzjoni komuni għal-laħam tat-tjur, azzjonijiet ta’ relazzjonijiet esterni, rappreżentazzjoni mal-awtoritajiet amministrattivi Franċiżi u Ewropej, parteċipazzjoni fl-assoċjazzjoni Ewropea tat-tjur, ksib ta’ studji u ta’ opinjonijiet ta’ kumitati tal-konsumaturi sabiex jitkejlu l-livelli tax-xiri, azzjonijiet ta’ sostenn għar-riċerka u ta’ garanzija ta’ kwalità u azzjonijiet ta’ difiża tal-interessi tas-settur.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Conseil d’État jenfasizza, minn naħa, li din il-klawżola ma tippermettix il-finanzjament ta’ azzjonijiet ta’ intervent fis-suq tad-dundjan u, min-naħa l-oħra, li l-azzjonijiet ta’ komunikazzjoni msemmija minn din il-klawżola ma jinvolvu l-ebda distinzjoni rigward l-oriġini tal-prodotti, u li ma jirriżulta mill-ebda att tal-proċess li parti mill-kontribuzzjonijiet miġbura fl-2009 kienet intiża esklużivament għal azzjonijiet ta’ promozzjoni tad-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>dundjan Franċiż<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, kemm fi Franza kif ukoll barra mill-pajjiż.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn iċ-ċirkustanzi u konstatazzjonijiet, kif ukoll fid-dawl tal-pożizzjoni tal-Kummissjoni esposta hawn fuq, il-Conseil d’État iddeċieda li jissospendi l-proċeduri u li jagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>L-Artikolu 107 [TFUE], moqri fid-dawl tas-sentenza Pearle BV <HT TYPE="ITALIC">et</HT> [iċċitata iktar ’il fuq,] għandu jiġi interpretat fis-sens li d-deċiżjoni ta’ awtorità nazzjonali li testendi lill-professjonisti kollha ta’ settur ftehim li, bħall-ftehim konkluż fi ħdan is-[CIDEF], jistabbilixxi kontribuzzjoni fil-kuntest ta’ organizzazzjoni interprofessjonali rikonoxxuta mill-imsemmija awtorità u li għalhekk jagħmilha obbligatorja, sabiex tippermetti l-implementazzjoni ta’ azzjonijiet ta’ komunikazzjoni, ta’ promozzjoni, ta’ relazzjonijiet esterni, ta’ garanzija ta’ kwalità, ta’ riċerka, ta’ difiża tal-interessi tas-settur kif ukoll il-ksib ta’ studji u ta’ opinjonijiet ta’ kumitati tal-konsumaturi, hija, fid-dawl tan-natura tal-azzjonijiet inkwistjoni, tal-metodi ta’ kif jiġu ffinanzjati u tal-kundizzjonijiet tal-implementazzjoni tagħhom, relatata ma’ [tirrigwarda] għajnuna mill-Istat?<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Bid-domanda preliminari tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi essenzjalment jekk deċiżjoni ta’ awtorità nazzjonali li testendi għall-professjonisti kollha ta’ settur agrikolu ftehim interprofessjonali li jikkostitwixxi kontribuzzjoni obbligatorja, sabiex jippermetti l-implementazzjoni ta’ azzjonijiet ta’ komunikazzjoni, ta’ promozzjoni, ta’ relazzjonijiet esterni, ta’ garanzija ta’ kwalità, ta’ riċerka, u ta’ difiża tal-interessi tas-settur, tikkostitwixxix element ta’ għajnuna mill-Istat.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>B’mod preliminari, għandu jitfakkar li l-Artikolu 107(1) TFUE jiddikjara inkompatibbli mas-suq intern, sa fejn taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri, l-għajnuna mogħtija mill-Istati jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat taħt kwalunkwe forma li twassal għal distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produzzjonijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>L-Artikolu 107(1) TFUE jissuġġetta din il-kompatibbiltà għall-verifika li jeżistu erba’ kundizzjonijiet. L-ewwel nett, għandu jkun intervent tal Istat jew permezz tar-riżorsi tal Istat. It tieni nett, dan l-intervent għandu jkun kapaċi jaffettwa l kummerċ bejn l Istati Membri. It tielet nett, għandu jagħti vantaġġ lill-benefiċjarju tiegħu. Ir raba’ nett, għandu jwassal għal distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni tal kompetizzjoni (sentenza tal-<DATE ISO="20040715">15 ta’ Lulju 2004</DATE>, Pearle <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, punt 33 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><?PAGE NO="9"?><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ewwel kundizzjoni, mill-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li huma biss il-vantaġġi mogħtija direttament jew indirettament permezz ta’ riżorsi tal-Istat li jitqiesu bħala għajnuna fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE. Fil-fatt, id-distinzjoni stabbilita f’din id-dispożizzjoni bejn <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>l-għajnuna mogħtija mill-Istati<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> u l-għajnuna mogħtija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>permezz ta’ riżorsi ta’ l-Istat<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> ma tfissirx li l-vantaġġi kollha mogħtija minn Stat jikkostitwixxu għajnuna, indipendentament minn jekk humiex jew le ffinanzjati permezz ta’ riżorsi li ġejjin mill-Istat, imma hija intiża biss sabiex tinkludi f’dan il-kunċett il-vantaġġi mogħtija direttament mill-Istat, kif ukoll dawk mogħtija permezz ta’ korp pubbliku jew privat, stabbilit jew maħtur minn dan l-Istat (sentenza tat-<DATE ISO="20010313">13 ta’ Marzu 2001</DATE>, PreussenElektra, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-379/98" PAGE.ECR="I-2099" YEAR="2001">C-379/98, Ġabra p. I-2099</REF.DOC.ECR>, punt 58 u l-ġurisprudenza ċċitata). Għaldaqstant, il-projbizzjoni tal-Artikolu 107(1) TFUE tista’, bħala regola ġenerali, tinkludi wkoll l-għajnuna mogħtija permezz ta’ korpi pubbliċi jew privati, stabbiliti jew maħtura mill-Istat sabiex tiġi amministrata l-għajnuna (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Pearle <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, punt 34 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Madankollu, sabiex vantaġġi jkunu jistgħu jiġu kklassifikati bħala għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, dawn għandhom, minn naħa, jingħataw direttament jew indirettament permezz ta’ riżorsi tal-Istat u, min-naħa l-oħra, ikunu imputabbli lill-Istat (sentenza Pearle <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, punt 35 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Għandu jiġi osservat, kif ifakkar l-Avukat Ġenerali fil-punt 37 tal-konklużjonijiet tiegħu, li l-finanzjament permezz ta’ riżorsi tal-Istat huwa element li jagħmel parti mill-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>għajnuna mill-Istat<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kkonstatat fil-punti 59 u 61 tas-sentenza PreussenElektra, iċċitata iktar ’il fuq, li leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li, bl-istabbiliment ta’ obbligu ta’ xiri ta’ ċerti prodotti bi prezzijiet minimi, tagħti vantaġġi lil ċerti impriżi u tinvolvi żvantaġġi għal oħrajn, ma twassal għall-ebda trasferiment dirett jew indirett ta’ riżorsi tal-Istat lill-impriżi li jipproduċu dawn il-prodotti u li tali obbligu ma huwiex tali li jagħti n-natura ta’ għajnuna mill-Istat lil din il-leġiżlazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Fil-punt 36 tas-sentenza Pearle <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, il-Qorti tal-Ġustizzja, fl-eżami tagħha tal-oneri imposti minn korp professjonali fuq il-membri tiegħu sabiex tiġi ffinanzjata kampanja pubbliċitarja, waslet għall-istess konklużjoni, billi kkonstatat b’mod partikolari li, peress li l-ispejjeż sostnuti minn dan il-korp pubbliku għall-imsemmija kampanja kienu kompletament ikkumpensati permezz tal-oneri miġbura mill-impriżi li bbenefikaw minnha, l-intervent tiegħu ma kienx tali li joħloq vantaġġ li jikkostitwixxi oneru addizzjonali għall-Istat jew għal dan il-korp.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat ukoll, fil-punt 37 ta’ din is-sentenza, li l-inizjattiva biex tiġi organizzata u mwettqa l-kampanja pubbliċitarja kkonċernata fil-kawża prinċipali oriġinat minn assoċjazzjoni privata ta’ ottiċi, u mhux mill-korp pubbliku li serva biss bħala strument biex jinġabru u jiġu allokati riżorsi ġġenerati favur għan purament kummerċjali stabbilit minn qabel miċ-ċirku professjonali kkonċernat u li ma kellu xejn x’jaqsam fil-kuntest ta’ politika stabbilita mill-awtoritajiet pubbliċi.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet fil-kawża prinċipali, mill-proċess ippreżentat quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li dawn isiru minn operaturi ekonomiċi privati, membri jew mhux membri fl-organizzazzjoni interprofessjonali involuta, iżda li jeżerċitaw attività ekonomika fis-swieq ikkonċernati. Dan il-mekkaniżmu ma jimplika l-ebda trasferiment dirett jew indirett ta’ riżorsi tal-Istat, il-fondi kkostitwiti permezz tal-ħlas ta’ dawn il-kontribuzzjonijiet ma jgħaddux mill-baġit tal-Istat jew minn entità pubblika oħra u l-Istat ma jirrinunzja għal ebda riżorsa, taħt kwalunkwe titolu, bħal dak tat-taxxi, tad-dazji, tal-kontribuzzjonijiet jew oħrajn, li, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, kellha titħallas fil-baġit tal-Istat. Dawn il-kontribuzzjonijiet iżommu n-natura privata tagħhom tul il-kors tagħhom u, f’każ ta’ nuqqas ta’ ħlas, l-organizzazzjoni professjonali għandha ssegwi, sabiex dan il-ħlas jinġabar, il-proċedura ġudizzjarja normali ċivili jew kummerċjali, peress li ma għandha l-ebda prerogattiva ta’ natura Statali.</TXT></NP><?PAGE NO="10"?><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Ma hemmx dubju li l-organizzazzjonijiet interprofessjonali huma assoċjazzjonijiet irregolati mid-dritt privat u ma humiex parti mill-amministrazzjoni pubblika.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Madankollu, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta wkoll li ma huwiex meħtieġ li jiġi stabbilit, fil-każijiet kollha, li kien hemm trasferiment ta’ riżorsi tal-Istat biex il-vantaġġ mogħti lil impriża waħda jew iktar ikun jista’ jitqies bħala għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE (ara s-sentenza tas-<DATE ISO="20020516">16 ta’ Mejju 2002</DATE>, Franza vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-482/99" PAGE.ECR="I-4397" YEAR="2002">C-482/99, Ġabra p. I-4397</REF.DOC.ECR>, punt 36 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li l-Artikolu 107(1) TFUE jkopri l-mezzi pekunjarji kollha li l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu effettivament jużaw sabiex isostnu impriżi, mingħajr ma huwa rilevanti li dawn il-mezzi huma jew ma humiex parti b’mod permanenti mill-patrimonju tal-Istat. Għalhekk, anki jekk is-somom li jikkorrispondu għall-miżura inkwistjoni ma humiex fil-pussess tat-Teżor pubbliku b’mod permanenti, il-fatt li jibqgħu b’mod kostanti taħt il-kontroll pubbliku, u għaldaqstant fid-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, huwa suffiċjenti sabiex jiġu kklassifikati bħala riżorsi tal-Istat (ara s-sentenza Franza vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 37 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Issa, fil-kawża prinċipali, il-kriterji stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-punt 37 tas-sentenza Franza vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, ma humiex issodisfatti. Huwa minnu li l-awtoritajiet nazzjonali ma jistgħux effettivament jużaw ir-riżorsi li ġejjin mill-kontribuzzjonijiet inkwistjoni fil-kawża prinċipali sabiex isostnu ċerti impriżi. Hija l-organizzazzjoni professjonali kkonċernata li tiddeċiedi dwar l-użu ta’ dawn ir-riżorsi, li huma intiżi totalment għal għanijiet stabbiliti minnha. Bl-istess mod, dawn ir-riżorsi ma humiex taħt il-kontroll pubbliku b’mod kostanti u ma humiex fid-dispożizzjoni tal-awtoritajiet Statali.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>L-eventwali influwenza li l-Istat Membru jista’ jeżerċita fuq il-funzjonament tal-organizzazzjoni interprofessjonali permezz tad-deċiżjoni li jiġi estiż għall-professjonisti kollha ta’ settur ftehim interprofessjonali ma tistax tkun tali li tibdel il-konstatazzjonijiet magħmula fil-punt 36 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Fil-fatt, mill-proċess ippreżentat quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma tagħtix lill-awtorità kompetenti s-setgħa li tamministra jew tinfluwenza l-amministrazzjoni tal-fondi. Barra minn hekk, kif osserva l-Avukat Ġenerali fil-punt 71 tal-konklużjonijiet tiegħu, skont il-ġurisprudenza tal-qrati nazzjonali kompetenti, id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi rurali li jirregolaw l-estensjoni ta’ ftehim li jistabbilixxi kontribuzzjonijiet fil-kuntest ta’ organizzazzjoni interprofessjonali ma jawtorizzaw lill-awtoritajiet pubbliċi jissuġġettaw iċ-CVO għal kontroll ieħor għajr dak ta’ regolarità u ta’ konformità mal-liġi.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>F’dak li jikkonċerna l-imsemmi kontroll, għandu jiġi osservat li l-Artikolu L. 632‑3 tal-Kodiċi rurali ma jippermettix li l-estensjoni ta’ ftehim tiġi suġġetta għall-fatti li jiġu segwiti għanijiet politiċi konkreti, stabbiliti u ddefiniti mill-awtoritajiet pubbliċi, peress li dan l-artikolu jindika, b’mod mhux eżawrjenti, għanijiet ġenerali u varji ħafna li ftehim interprofessjonali għandu jiffavorixxi sabiex ikun jista’ jiġi estiż mill-awtorità amministrattiva kompetenti. Din il-konklużjoni ma tistax titqiegħed f’dubju bl-obbligu previst fl-Artikolu L. 632-8-I ta’ dan il-kodiċi li dawn l-awtoritajiet jiġu informati <HT TYPE="ITALIC">ex post</HT> bl-użu li jsir miċ-CVO.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ma hemm l-ebda indikazzjoni fil-proċess ippreżentat quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja li tippermetti l-kunsiderazzjoni li l-inizjattiva tal-impożizzjoni taċ-CVO tiġi mhux mill-organizzazzjoni interprofessjonali nfisha iżda mill-awtoritajiet pubbliċi. Għandu jiġi enfasizzat, kif osserva l-Avukat Ġenerali fil-punt 90 tal-konklużjonijiet tiegħu, li l-awtoritajiet pubbliċi jaġixxu biss bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>strument<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> sabiex jiġu magħmula obbligatorji l-kontribuzzjonijiet stabbiliti mill-organizzazzjonijiet interprofessjonali biex jintlaħqu għanijiet iddeterminati minnhom stess.</TXT></NP><?PAGE NO="11"?><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Għalhekk, la s-setgħa tal-Istat li jirrikonoxxi organizzazzjoni interprofessjonali skont l-Artikolu L. 632-1 tal-Kodiċi rurali, u lanqas is-setgħa ta’ dan l-Istat li jestendi għall-professjonisti kollha ta’ settur ftehim interprofessjonali skont l-Artikoli L. 632-3 u L. 632‑4 ta’ dan il-kodiċi ma jippermettu li jiġi konkluż li l-azzjonijiet imwettqa mill-organizzazzjoni interprofessjonali huma imputabbli lill-Istat.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni ssostni li l-azzjonijiet tal-organizzazzjonijiet interprofessjonali huma, parzjalment, iffinanzjati mill-fondi pubbliċi u li, fid-dawl tal-assenza ta’ kontijiet separati fir-rigward tal-fondi pubbliċi u privati, il-mezzi kollha tal-organizzazzjonijiet interprofessjonali jikkostitwixxu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>riżorsi tal-Istat<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li d-domanda preliminari tirreferi biss għall-kontribuzzjonijiet imħallsa fil-kuntest ta’ organizzazzjoni interprofessjonali u mhux eventwali riżorsi oħra li ġejjin mill-baġit pubbliku.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif enfasizza l-Avukat Ġenerali fil-punt 57 tal-konklużjonijiet tiegħu, fondi privati użati mill-organizzazzjonijiet interprofessjonali ma jsirux <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>riżorsi pubbliċi<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> sempliċement għaliex jintużaw b’mod konġunt ma’ somom li jistgħu jiġu mill-baġit pubbliku.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li l-Artikolu 107(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li d-deċiżjoni ta’ awtorità nazzjonali li testendi għall-professjonisti kollha ta’ settur agrikolu ftehim li, bħall-ftehim interprofessjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jistabbilixxi kontribuzzjoni fil-kuntest ta’ organizzazzjoni interprofessjonali rikonoxxuta mill-awtorità nazzjonali u li għalhekk jagħmilha obbligatorja sabiex tippermetti l-implementazzjoni ta’ azzjonijiet ta’ komunikazzjoni, ta’ promozzjoni, ta’ relazzjonijiet esterni, ta’ garanzija ta’ kwalità, ta’ riċerka u ta’ difiża tal-interessi tas-settur ikkonċernat ma tikkostitwixxix element ta’ għajnuna mill-Istat.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 107(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li d-deċiżjoni ta’ awtorità nazzjonali li testendi għall-professjonisti kollha ta’ settur agrikolu ftehim li, bħall-ftehim interprofessjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jistabbilixxi kontribuzzjoni fil-kuntest ta’ organizzazzjoni interprofessjonali rikonoxxuta mill-awtorità nazzjonali u li għalhekk jagħmilha obbligatorja sabiex tippermetti l-implementazzjoni ta’ azzjonijiet ta’ komunikazzjoni, ta’ promozzjoni, ta’ relazzjonijiet esterni, ta’ garanzija ta’ kwalità, ta’ riċerka u ta’ difiża tal-interessi tas-settur ikkonċernat ma tikkostitwixxix element ta’ għajnuna mill-Istat.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>