|
15.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 461/6 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10496 — CREMER / CLYDE INVESTMENTS / CREMER SUSTAINABLE FOODS JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 461/06)
1.
Fit-3 ta’ Novembru 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
CCC Hanseatische Beteiligungsgesellschaft mbH (“Cremer”, il-Ġermanja); |
|
— |
Clyde Investments Pte. Ltd (“Clyde Investments”, Singapore), ikkontrollata minn Temasek Holdings (“Temasek”, Singapore) |
|
— |
Cremer Sustainable Foods Pte. Ltd (“CSF JV”, Singapore); |
Cremer u Clyde Investments jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tas-CSF JV. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża bi sħab (joint venture, JV).
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Cremer: il-kummerċ, l-ipproċessar u t-trasport ta’ materja agrikola, prima u bażika, kif ukoll prodotti oleokimiċi. L-attivitajiet ta’ Cremer jinkludu kapaċitajiet ta’ produzzjoni tal-ikel ibbażati fuq il-pjanti fil-Ġermanja, il-Kanada u ċ-Ċina; |
|
— |
Clyde Investments: stabbilita biex topera taħt il-Pjattaforma tal-Ikel Sostenibbli tal-Asja, inkluż biex tinvolvi ruħha fil-manifattura b’kuntratt ta’ prodotti bbażati fuq il-pjanti. |
|
— |
CSF JV: se tkun attiva fil-manifattura b’kuntratt u l-bejgħ ta’ laħam ibbażat fuq il-pjanti u ikel tal-baħar u prodotti intermedji tal-ikel f’Singapore u sussegwentement fir-reġjun usa’ tal-Asja tax-Xlokk; |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10496 — CREMER / CLYDE INVESTMENTS / CREMER SUSTAINABLE FOODS JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz tal-posta:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).