Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Nuqqas li jadotta jew jikkomunika, fit-terminu previst, id‑dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħhu mad-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 2006, dwar il‑verifiki statutorji tal‑kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, li temenda d‑Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE (ĠU L 157, p. 87).

Dispożittiv

1)

Parti operattiva

Billi ma adottatx, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d‑dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji kollha sabiex tikkonforma ruħha mad‑Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas‑17 ta’ Mejju 2006, dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal‑kontijiet konsolidati, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE, ir-Repubblika tal-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.

2) Ir-Repubblika tal-Awstrija hija kkundannata għall-ispejjeż.