IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 16.9.2025
COM(2025) 491 final
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL
dwar l-eżerċizzju tad-delega tas-setgħat lill-Kummissjoni li tadotta atti delegati, skont l-Artikoli 6(6), 7(6) u 27 tad-Direttiva (UE) 2016/798
1.Introduzzjoni
L-Artikoli 6(6) u 7(6) tad-Direttiva (UE) 2016/798 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar is-sikurezza ferrovjarja () jikkonferixxu setgħat lill-Kummissjoni li tadotta atti delegati f’konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 27 ta’ dik id-Direttiva, għal perjodu ta’ ħames snin, mill-15 ta’ Ġunju 2016, u estiż b’mod taċitu għal perjodi tal-istess durata.
Dan ir-rapport jikkonċerna s-setgħa tal-Kummissjoni li tadotta atti delegati u jelenka l-atti adottati mill-Kummissjoni fl-eżerċizzju tagħha għall-perjodu mis-17 ta’ Jannar 2022, id-data tar-rapport preċedenti (), sas-16 ta’ Settembru 2025.
2.Bażi legali għar-rapport
Skont l-Artikolu 27(2) tad-Direttiva 2016/798/UE, il-Kummissjoni hija meħtieġa tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa sa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel tmiem il-perjodu ta’ ħames snin.
3.Eżerċizzju tas-setgħa li tadotta atti delegati
It-tabella li ġejja turi s-setgħat rilevanti:
|
Id-Direttiva (UE) 2016/798
|
Setgħa għall-adozzjoni ta’ atti delegati
|
|
L-Artikolu 6(6) flimkien mal-Artikolu 6(1)
|
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 27 dwar il-kontenut tal-Metodi Komuni tas-Sikurezza fil-:
(a)metodi tal-evalwazzjoni u l-valutazzjoni tar-riskju;
(b)metodi biex tiġi vvalutata l-konformità mar-rekwiżiti taċ-ċertifikati tas-sikurezza u l-awtorizzazzjonijiet tas-sikurezza maħruġa f’konformità mal-Artikoli 10 u 12;
(c)metodi għas-superviżjoni li għandhom jiġu applikati mill-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza u l-metodi għall-monitoraġġ li għandhom jiġu applikati mill-impriżi ferrovjarji, l-amministraturi tal-infrastruttura u l-entitajiet inkarigati mill-manutenzjoni;
(d)metodi għall-valutazzjoni tal-livell tas-sikurezza u l-prestazzjoni tas-sikurezza tal-operaturi ferrovjarji fil-livell nazzjonali u dak tal-Unjoni;
(e)metodi għall-valutazzjoni tal-kisba ta’ miri tas-sikurezza fil-livell nazzjonali u dak tal-Unjoni; kif ukoll
(f)kwalunkwe metodu ieħor li jkopri proċess tas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza li jeħtieġ ikun armonizzat fil-livell tal-Unjoni.
|
|
L-Artikolu 7(6) flimkien mal-Artikolu 7(1)
|
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 27 dwar il-kontenut tal-Miri Komuni tas-Sikurezza, b’mod partikolari:
(a)riskji individwali relatati mal-passiġġieri, mal-persunal inklużi l-impjegati jew il-kuntratturi, mal-utenti tal-passaġġ invell u oħrajn, u mingħajr preġudizzju għar-regoli nazzjonali u internazzjonali eżistenti dwar ir-responsabbiltà, ir-riskji individwali relatati mal-persuni li jidħlu bla permess;
(b)riskji lis-soċjetà.
|
Fil-perjodu kopert minn dan ir-rapport, il-Kummissjoni ma eżerċitatx is-setgħat tagħha skont l-Artikolu 6(6) u l-Artikolu 7(6) tad-Direttiva (UE) 2016/798. Il-Kummissjoni tqis li l-qafas regolatorju eżistenti huwa biżżejjed biex jiżgura l-istabbiltà u l-effiċjenza tas-sistema ferrovjarja Ewropea.
Fil-perjodu preċedenti u li għadu fis-seħħ, il-Kummissjoni eżerċitat is-setgħa tagħha skont l-Artikolu 6(6) tad-Direttiva (UE) 2016/798 li tadotta:
(1)Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/761 tas-16 ta’ Frar 2018 li jistabbilixxi metodi komuni tas-sikurezza għas-superviżjoni minn awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza wara l-ħruġ ta’ ċertifikat tas-sikurezza uniku jew ta’ awtorizzazzjoni tas-sikurezza skont id-Direttiva (UE) 2016/798 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1077/2012 ();
(2)Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/762 tat-8 ta’ Marzu 2018 li jistabbilixxi metodi komuni ta’ sikurezza dwar ir-rekwiżiti tas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza skont id-Direttiva (UE) 2016/798 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 1158/2010 u (UE) Nru 1169/2010 ().
Dawn ir-Regolamenti Delegati jistabbilixxu metodi koerenti biex jiggarantixxu u jtejbu s-sikurezza permezz tas-superviżjoni eżerċitata mill-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza u l-istabbiliment ta’ rekwiżiti tas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza.
4.Konklużjonijiet
B’dan ir-rapport, il-Kummissjoni tikkonforma mal-obbligu ta’ rapportar stabbilit fl-Artikolu 27(2) tad-Direttiva (UE) 2016/798.
Il-Kummissjoni tistieden lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jieħdu nota ta’ dan ir-rapport.