European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/2058

31.3.2026

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

(C/2026/2058)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni ta' Ali Reza KHANCHI (individwu nru 7), Cement Investment and Development Company (entità 5(h)), Good Luck shipping company (entità 43), EMKA company (entità 46), Uranium Processing Nuclear Fuel Production Company of Iran (FATSA, entità 82), Bank Tejarat (entità 105), North Drilling Company (entità 118) u Hafiz Darya Shipping Lines (entità 158), persuna u entitajiet elenkati fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK (1) kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2026/774 (2) u fl-Anness IX tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 (3) kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2026/775 (4) dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddetermina li jenħtieġ li l-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2010/413/PESK u fir-Regolament (UE) Nru 267/2012 japplikaw għal dik il-persuna u l-entitajiet.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuna u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni quddiem l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti web fl-Anness X tar-Regolament (UE) Nru 267/2012, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex jintużaw fondi ffriżati għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 26 tar-Regolament).

Il-persuna u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jressqu talba quddiem il-Kunsill qabel l-1 ta' Jannar 2027, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' sostenn, li d-deċiżjoni li tinkludihom fil-lista msemmija hawn fuq jenħtieġ terġa' tiġi kkunsidrata, fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

RELEX.1

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

Belgique/België

Email: sanctions@consilium.europa.eu

L-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati qed tinġibed ukoll għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-raba' u s-sitt paragrafi, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)   ĠU L 195, 27.7.2010, p. 39.

(2)   ĠU L, 2026/774, 31.3.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/774/oj.

(3)   ĠU L 88, 24.3.2012, p. 1.

(4)   ĠU L, 2026/775, 31.3.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/775/oj.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/2058/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)