Official Journal 032 , 11/05/1960 P. 0776 - 0776
Finnish special edition: Chapter 12 Volume 1 P. 0017
Swedish special edition: Chapter 12 Volume 1 P. 0017
Danish special edition: Series I Chapter 1959-1962 P. 0043
English special edition: Series I Chapter 1959-1962 P. 0045
Id-deċiżjoni li tiffissa d-data meta l-Aġenzija għall-Forniment tal-Euratom għandha tibda taqdi d-dmirijiet tagħha u li tapprova r-Regoli ta' l-Aġenzija tal-5 ta' Mejju 1960 li jistabbilixxu l-manjiera li fiha d-domanda għandha tiġi bilanċjata kontra l-provvista ta' minerali, materjali primi u materjali speċjali fissili IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITÀ EWROPEA DWAR L-ENERĠIJA ATOMIKA, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, u partikolarment l-Artikoli 52, 53, 60 u 222 tiegħu; Billi ħhija l-Kummissjoni li tiffissa d-data li fiha l-Aġenzija għall-Forniment għandha tidħol għad-dmirijiet li jgħaddu għandha taħt it-Trattat; Billi l-introduzzjoni tal-proċeduri stabbiliti mill-Aġenzija sabiex jimplimentaw is-sitt paragrafu ta' l-Artikolu 60 tat-Trattat teħtieġ li dawk il-miżuri transitorji li jiffaċilitaw l-applikazzjoni progressiva tagħhom; ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Id-data li fiha l-Aġenzija għall-Forniment għandha tidħol għad-dmirijiet li jgħaddu għandha taħt it-Trattat għandha tkun l-1 ta' Ġunju 1960. Artikolu 2 Approvazzjoni qiegħda tingħata għar-Regoli ta' l-Aġenzja tal-5 ta' Mejju 1960 li jistabbilixxu l-manjiera li fiha d-domanda trid tiġi bilanċjata kontra l-provvista ta' minerali, materjali primi u materjali speċjali fissili. Artikolu 3 Ir-Regoli msemmija fl-Artikolu 2 għandhom jidħlu fis-seħħ fl-intier tagħhom fl-1 ta' Ġunju 1960 għal kuntratti li jkopru l-provvista ta' materjali speċjali fissili. Rigward il-kuntratti għall-provvista ta'minerali u materjali primi, l-implimentazzjoni ta' l-Artikoli 5 u 6 ta' dawn ir-Regoli għandhom jiġu differiti b'sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ tagħhom kif stabbilit fl-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu. Artikolu 4 Il-kuntratti rigward il-provvista ta' minerali jew materjali prima għandhom, matul dan il-perjodu, jiġu sottomessi lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni tagħha bil-quddiem. Matul dan il-perjodu ta' sitt xhur, l-istħarriġ tas-suq għandu jsir u jiġi komplut skond il-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 1 sa 4 tar-Regoli. Artikolu 5 Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għall-Aġenzija għall-Forniment tal-Euratom u wkoll għall-utenti u l-produtturi ta' minerali, materjali prima u materjali speċjali fissili. Magħmula fi Brussell, fil-5 ta' Mejju 1960. Għall-Kummissjoni E. M. J. A. Sassen --------------------------------------------------