European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/1419

18.7.2025

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1419

tas-17 ta’ Lulju 2025

li jemenda r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/148, (UE) 2021/2094 u (UE) 2023/1172 fir-rigward tal-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni għall-addittivi tal-għalf

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-dekokinat (Deccox u Avi-Deccox 60G), il-kloridrat tar-robenidina (Robenz 66G) u preparat tal-lażaloċid A tas-sodju (Avatec 150 G) ġew awtorizzati bħala addittivi tal-għalf (“addittivi tal-għalf ikkonċernati”) bir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/148 (2), (UE) 2021/2094 (3) u (UE) 2023/1172 (4).

(2)

Id-detentur tal-awtorizzazzjonijiet għall-addittivi tal-għalf ikkonċernati, Zoetis Belgium S.A., ressaq applikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 bil-proposta li isem id-detentur tal-awtorizzazzjonijiet għall-addittivi tal-għalf ikkonċernati jinbidel għal Phibro Animal Health SA.

(3)

Il-bidla proposta tat-termini tal-awtorizzazzjonijiet hija ta’ natura purament amministrattiva u ma tirrikjedix valutazzjoni ġdida tal-addittivi tal-għalf ikkonċernati. L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel ġiet mgħarrfa bl-applikazzjoni.

(4)

Sabiex Phibro Animal Health SA ikun jista’ jisfrutta d-drittijiet tal-kummerċjalizzazzjoni tiegħu, huwa neċessarju li jinbidlu t-termini tal-awtorizzazzjonijiet ikkonċernati.

(5)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/148, (UE) 2021/2094 u (UE) 2023/1172 jiġu emendati kif xieraq.

(6)

Billi r-raġunijiet tas-sikurezza ma jeħtiġux l-applikazzjoni immedjata tal-emendi li jagħmel dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, jixraq li jingħata perjodu tranżizzjonali li matulu jkunu jistgħu jintużaw il-ħażniet eżistenti tal-addittivi tal-għalf ikkonċernati.

(7)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/148

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/148 huwa emendat kif ġej:

(1)

fit-titolu, l-isem “Zoetis SA” huwa sostitwit b’“Phibro Animal Health SA”;

(2)

fit-tieni kolonna tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/148, l-isem “Zoetis SA” huwa sostitwit b’“Phibro Animal Health SA”.

Artikolu 2

Emenda tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2094

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2094 huwa emendat kif ġej:

(1)

fit-titolu, l-isem “Zoetis Belgium SA” huwa sostitwit b’“Phibro Animal Health SA”;

(2)

fit-tieni kolonna tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2094, l-isem “Zoetis Belgium SA” huwa sostitwit b’“Phibro Animal Health SA”.

Artikolu 3

Emenda tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1172

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1172 huwa emendat kif ġej:

(1)

fit-titolu, l-isem “Zoetis Belgium SA” huwa sostitwit b’“Phibro Animal Health SA”;

(2)

fit-tieni kolonna tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1172, l-isem “Zoetis Belgium S.A.” huwa sostitwit b’“Phibro Animal Health SA”.

Artikolu 4

Miżura tranżizzjonali

L-addittivi tal-għalf ikkonċernati, prodotti u ttikkettati qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament f’konformità mar-regoli applikabbli qabel dik id-data, jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Lulju 2025.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1831/oj.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/148 tat-3 ta’ Frar 2020 dwar l-awtorizzazzjoni tal-kloridrat tar-robenidina (Robenz 66G) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ tas-simna u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1800/2004 (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Zoetis SA) (ĠU L 33, 5.2.2020, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/148/oj).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2094 tad-29 ta’ Novembru 2021 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tad-dekokinat (Deccox u Avi-Deccox 60G) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ tas-simna (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Zoetis Belgium SA) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1289/2004 (ĠU L 427, 30.11.2021, p. 173, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/2094/oj).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1172 tal-15 ta’ Ġunju 2023 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni tal-lażaloċid A tas-sodju (Avatec 150 G) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ tas-simna, iċ-ċaħda tal-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni tal-lażaloċid A tas-sodju (Avatec 150 G) bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ imrobbi għall-bajd, l-irtirar mis-suq ta’ preparazzjoni tal-lażaloċid A tas-sodju (Avatec 15 % cc) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ tas-simna u għat-tiġieġ imrobbi għall-bajd u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1455/2004 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/932 (detentur tal-awtorizzazzjoni: Zoetis Belgium S.A.) ( ĠU L 155, 16.6.2023, p. 22, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/1172/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1419/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)