Official Journal L 266 , 15/10/1994 P. 0010 - 0010
Finnish special edition: Chapter 18 Volume 1 P. 0006
Swedish special edition: Chapter 18 Volume 1 P. 0006
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l-10 ta’ Ottubru 1994 dwar il-pożizzjoni komuni ddefinita fuq il-bażi ta’ l-Artikolu J.2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u li tirrigwarda t-tnaqqis tar-relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji għal dawk il-partijiet tat-territorju tar-Repubblika tal-Bosnija-Herzegovina taħt il-kontroll tal-forzi Bosnijaċi-Serbi (94/672/CFSP) IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu J.2 tiegħu, Wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 942 (1994) adottata mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti fit-23 ta’ Settembru 1994, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Ir-relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji ma’ dawk il-partijiet tat-territorju tar-Repubblika tal-Bosnija-Herzegovina taħt il-kontroll tal-forzi Bosnijaċi Serbi ser jitnaqqsu skond id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Riżoluzzjoni 942 (1994) adottata mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti fit-23 ta’ Settembru 1994. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali. Magħmula fil-Lussemburgu, fl-10 ta’ Ottubru 1994. Għall-Kunsill Il-President Th. Waigel --------------------------------------------------