|
17.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 338/69 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
ta' l-4 ta' Diċembru 2008
dwar il-kriterji għall-esportazzjoni ta' skart radjoattiv u fjuwil użat lejn pajjiżi terzi
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 7570)
(2008/956/Euratom)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 33, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu 124, it-tieni inċiż, tiegħu,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2006/117/Euratom tal-20 ta’ Novembru 2006 dwar is-sorveljanza u l-kontroll tal-ġarr ta’ skart radjoattiv u fjuwil użat (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 16 (2) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Il-prinċipji tal-ħarsien mir-radjazzjoni maqbula fil-livell internazzjonali jiffurmaw il-bażi ta' miżuri ta' protezzjoni kontra l-periklu ta' radjazzjoni jonizzanti li joħroġ minn skart radjoattiv u fjuwil użat; |
|
(2) |
Biex prinċipji tali jkollhom effett, għandhom jagħmlu parti minn sistema regolatorja nazzjonali; |
|
(3) |
Skond il-kultura ta' sikurezza li teżisti fil-Komunità rigward l-attivitajiet li jinvolvu sustanzi radjoattivi jeħtieġ indipendenza effettiva tar-rwoli bejn l-awtoritajiet regolatorji u l-operaturi biex tiġi żgurata ġestjoni xierqa ta' skart radjoattiv jew fjuwil użat; |
|
(4) |
Id-deċiżjoni dwar l-awtorizzazzjoni ta' ġarr ta' skart radjoattiv jew fjuwil użat lejn pajjiżi terzi hi r-responsabiltà tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li qed jesporta; |
|
(5) |
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li qed jesportaw għandhom jiffurmaw opinjoni, f'konformità mal-kriterji msemmija fl-Artikolu 16(1)(c) tad-Direttiva 2006/117/Euratom, dwar il-kapaċità amministrattiva u teknika tal-pajjiżi terzi għas-sikurezza fil-ġestjoni ta' skart radjoattiv u fjuwil użat, kif ukoll l-adegwatezza tal-istrutturi regolatorji tagħhom; |
|
(6) |
Fl-implimetazzjoni ta' dawk il-kriterji, l-Istati Membri għandhom japplikaw prinċipju ta' ġerarkija fosthom; |
|
(7) |
Il-Konvenzjoni Konġunta dwar is-Sikurezza fil-Ġestjoni ta' Fjuwil Użat u dwar is-Sikurezza fil-Ġestjoni ta' Skart Radjoattiv hija l-istrument legali rilevanti internazzjonali u fundamentali li jindirizza s-sikurezza ta' fjuwil użat u l-ġestjoni ta' skart radjoattiv; |
|
(8) |
Barra mill-konformità mas-sett ta' kriterji, għall-awtorizzazzjoni ta' ġarr ta' skart radjoattiv jew fjuwil użat lejn pajjiżi terzi, jistgħu jiġu kkunsidrati kwistjonijiet oħra, bħalkwistjonijiet politiċi, ekonomiċi, soċjali, etiċi, xjentifiċi u kwistjonijiet ta' sikurezza pubblika; |
|
(9) |
L-Artikolu 2 tad-Direttiva 2006/117/Euratom jittratta d-dritt li għandu Stat Membru jew impriża fl-Istat Membru li se jaslilhom skart radjoattiv biex jiġi pproċċessat jew se jaslilhom materjal ieħor bl-iskop tal-irkupru ta’ materjal mill-iskart radjoattiv, biex wara t-trattament jintbagħat lura lejn il-pajjiż tal-oriġini. Jipprovdi wkoll li d-Direttiva 2006/117/Euratom ma taffettwax id-dritt ta' Stat Membru jew impriża f'dak l-Istat Membru li fih se jintbagħat fjuwil użat biex jiġi pproċessat mill-ġdid, li tibgħat skart radjoattiv irkuprat mill-operazzjoni tar-riproċessar lejn il-pajjiż tal-oriġini; |
|
(10) |
Il-kriterji stabbiliti minn din ir-rakkomandazzjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv stabbilit skondt l-Artikolu 21 tad-Direttiva 2006/117/Euratom; |
B'DAN TIRRAKKOMANDA:
|
(1) |
Ir-rekwiżiti ewlenin relatati mal-esportazzjoni ta' skart radjoattiv jew fjuwil użat f'pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 16(1)(c) tad-Direttiva 2006/117/Euratom għandhom ikunu kif ġej:
|
|
(2) |
Sabiex issir evalwazzjoni dwar jekk intlaħqux jew le r-rekwiżiti msemmijin hawn fuq għall-esportazzjonijiet ta' skart radjoattiv u fjuwil użat lejn pajjiżi terzi, l-Istati Membri għandhom jieħdu in konsiderazzjoni l-konformità tal-pajjiżi terzi ma' dawn il-kriterji li ġejjin:
|
|
(3) |
Mingħajr preġudizzju għal paragrafu 1, l-awtoritajiet tal-Istati Membri, meta jkunu qed jikkunsidraw jekk jawtorizzawx jew le konsenji ta' skart radjoattiv jew fjuwil użat lejn pajjiżi terzi, jistgħu jqisu punti oħra, bħalma huma kwistjonijiet politiċi, ekonomiċi, soċjali, etiċi, xjentifiċi u affarijiet ta' sigurtà pubblika. |
|
(4) |
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri se jikooperaw bil-għan li jsir skambju ta' informazzjoni dwar l-applikazzjoni ta' din ir-Rakkomandazzjoni. |
Din ir-Rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 4 ta’ Diċembru 2008.
Għall-Kummissjoni
Andris PIEBALGS
Membru tal-Kummissjoni