<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><ORDER xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.ORDER><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑329/13</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62013CO0329</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:815">EU:C:2014:815</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>6</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>6</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.ORDER><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>DIGRIET TAT-<DATE ISO="20140508">8.5.2014</DATE> — KAWŻA C‑329/13</P><P>STEFAN</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Id-Disa’ Awla)</P><P><DATE ISO="20140508">8 ta’ Mejju 2014</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2003/4/KE</KEYWORD><KEYWORD>Validità</KEYWORD><KEYWORD>Aċċess pubbliku għat-tagħrif dwar l-ambjent</KEYWORD><KEYWORD>Eċċezzjoni għall-obbligu li jiġi żvelat tagħrif dwar l-ambjent meta l-iżvelar ikun jippreġudika l-possibbiltà ta’ kull persuna li tingħata smigħ xieraq</KEYWORD><KEYWORD>Natura fakultattiva ta’ din l-eċċezzjoni għall-Istati Membri</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 6 TUE</KEYWORD><KEYWORD>It-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta</KEYWORD></INDEX><ORDER.INIT><P>Fil-Kawża C‑329/13,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Unabhängiger Verwaltungssenat Wien (l-Awstrija), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20130612">12 ta’ Ġunju 2013</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20130617">17 ta’ Ġunju 2013</DATE>, fil-proċedura</P></ORDER.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Ferdinand Stefan</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Bundesministerium für Land- und Forstwirtschaft, Umwelt und Wasserwirtschaft,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE.GEN><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Id-Disa’ Awla),</P><P>komposta minn M. Safjan, President tal-Awla, A. Prechal (Relatur) u K. Jürimäe, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: N. Jääskinen,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal F. Stefan, minnu stess,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Awstrijak, minn C. Pesendorfer, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Grieg, minn G. Karipsiadis, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Franċiż, minn C. Diégo u S. Menez, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Svediż, minn C. Meyer‑Seitz u C. Hagerman, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Parlament Ewropew, minn L. Visaggio u P. Schonard, bħala aġenti,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, minn J. Herrmann u M. Moore, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn L. Pignataro‑Nolin u H. Krämer, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tiġi deċiża permezz ta’ digriet motivat, skont l-Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE.GEN><CONTENTS.ORDER><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Digriet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għad-deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-validità u l-interpretazzjoni tad- Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20030128">28 ta’ Jannar 2003</DATE>, dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Dire[t]tiva tal-Kun[s]ill 90/313/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 375).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn F. Stefan u l-Bundesministerium für Land- und Forstwirtschaft, Umwelt und Wasserwirtschaft (Ministeru Federali tal-Agrikoltura, tal-Foresti, tal-Ambjent u tal-Ġestjoni tal-Ilma, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Bundesministerium<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) dwar ir-rifjut ta’ dan tal-aħħar li jikkomunikalu tagħrif dwar l-ambjent.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/4, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Id-definizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Tagħrif dwar l-ambjent<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="2019" ID="QE0004"/> għandu jfisser kull tagħrif fil-għamla miktuba, li jidher, li jinsama’, bl-elettronika jew ta’ kull materjal ieħor dwar:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>l-istat ta’ l-elementi ta’ l-ambjent, bħalma huma [...] l-ilma [...]</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>L-aċċess għat-tagħrif dwar l-ambjent fuq talba<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, jipprovdi fil-paragrafu (1) tiegħu li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi, skond id-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, l-awtoritajiet pubbliċi huma meħtieġa li jagħmlu disponibbli t-tagħrif dwar l-ambjent li jkun għandhom jew miżmum għalihom lil kull applikant fuq it-talba tiegħu u mingħajr ma jkollu għalfejn jiddikjara l-interess tiegħu.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Eċċezzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, jipprovdi fil-paragrafu (2) tiegħu li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li tiġi rrifjutata talba għal tagħrif dwar l-ambjent jekk l-iżvelar tat-tagħrif jaffettwa b’mod negattiv:</P><P>[...]</P><?PAGE NO="3"?><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>il-kors [l-iżvolġiment korrett] tal-ġus[t]izzja, l-abbiltà ta’ kull persuna li tirċievi proċess ġudizzjarju ġust [smigħ xieraq] [...]</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Awstrijak</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Il-Liġi Federali dwar l-aċċess għat-tagħrif dwar l-ambjent [Bundesgesetz über den Zugang zu Informationen über die Umwelt (Umweltinformationsgesetz), BGBl. 495/1993], fis-seħħ fid-data tal-fatti fil-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>UIG<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>), hija intiża li tittrasponi d-Direttiva 2003/4.</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 4(2) tal-UIG, it-tagħrif dwar, b’mod partikolari, l-istat tal-elementi tal-ambjent, bħall-ilma, huwa aċċessibbli liberament.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 6(2) tal-UIG:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>It-tagħrif dwar l-ambjent minbarra dak indikat fl-Artikolu 4(2) għandu jiġi kkomunikat sa fejn l-iżvelar tiegħu ma jippreġudikax:</P><P>[...]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>l-iżvolġiment korrett tal-ġustizzja, il-possibbiltà ta’ kull persuna li tingħata smigħ xieraq [...]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti tal-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Matul l-ewwel nofs tax-xahar ta’ Novembru 2012, il-parti Awstrijaka tax-xmara Drau faret minħabba xita qawwija. Għargħar serju kkawża ħsarat materjali kunsiderevoli, b’mod partikolari fiż-żoni residenzjali viċin ix-xtut ta’ din ix-xmara.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Wara stqarrijiet fl-istampa, skont liema operat ħażin tal-mekkaniżmi tad-diżlivelli fix-xmara kellu rwol sinjifikattiv fl-ikkawżar tal-għargħar, l-iStaatsanwaltschaft Klagenfurt (Prosekutur Pubbliku ta’ Klagenfurt) beda investigazzjoni kriminali b’mod partikolari kontra l-gwardjan tal-mekkaniżmi tad-diżlivelli fix-xmara kkonċernati.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Peress li xtaq jikseb tagħrif li jippermettilu jiċċara ċ-ċirkustanzi li fihom seħħ dan it-tifwir, F. Stefan ressaq, fis-<DATE ISO="20121126">26 ta’ Novembru 2012</DATE>, talba lill-Bundesministerium sabiex jikseb tagħrif dwar il-livelli u l-flussi tad-Drau sal-impjanti tal-elettriku ta’ Rosegg-St Jakob, ta’ Feistritz-Ludmannsdorf, ta’ Ferlach-Maria Rain u ta’ Annabrücke għall-perijodu mit-<DATE ISO="20121030">30 ta’ Ottubru 2012</DATE> sat-<DATE ISO="20121112">12 ta’ Novembru 2012</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Permezz tad-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20130308">8 ta’ Marzu 2013</DATE>, il-Bundesministerium irrifjuta li jikkomunika dan it-tagħrif. Dan ir-rifjut kien motivat b’mod partikolari mill-fatt li żvelar tat-tagħrif mitlub seta’ jkollu effett negattiv fuq il-proċeduri kriminali mibdija u jikkomprometti l-possibbiltà għall-persuni kkonċernati li jingħataw smigħ xieraq, b’tali mod li l-komunikazzjoni ta’ dan it-tagħrif dwar l-ambjent ma setax isir qabel l-għeluq ta’ dawn il-proċeduri kriminali.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju, li quddiemha tressqet kawża kontra l-imsemmija deċiżjoni ta’ rifjut, tesponi li d-dritt Awstrijak ma jippermettix li l-motiv ta’ rifjut previst fil-punt 7 tal-Artikolu 6(2) tal-UIG jiġi applikat għat-talba għall-komunikazzjoni tat-tagħrif mitlub minn F. Stefan għaliex, skont din id-dispożizzjoni, il-motiv ta’ rifjut inkwistjoni ma japplikax għat-tagħrif dwar l-ambjent li jaqa’ taħt l-Artikolu 4(2) tal-istess liġi, li għalih tirreferi t-talba mressqa minn F. Stefan fis-<?PAGE NO="4"?><DATE ISO="20121126">26 ta’ Novembru 2012</DATE>. Skont din il-qorti, il-leġiżlatur Awstrijak għalhekk għamel biss użu limitat tal-possibbiltà li l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2003/4 jagħti lill-Istati Membri sabiex jirregolaw ir-rifjut ta’ żvelar ta’ tagħrif dwar l-ambjent.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tqis madankollu li, għalkemm l-Artikolu 4(2) tal-UIG jimponi fuq l-awtorità nazzjonali l-obbligu li tilqa’ t-talba ta’ F. Stefan, jirriżulta b’mod ċar li l-komunikazzjoni tat-tagħrif mitlub ikollha effetti negattivi fuq il-possibbiltà tal-gwardjan tal-mekkaniżmi tad-diżlivelli fix-xmara kkonċernati li jingħata smigħ xieraq fis-sens tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, iffirmata f’Ruma fl-<DATE ISO="19501104">4 ta’ Novembru 1950</DATE>, jew tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Issa, skont din il-qorti, peress li d-Direttiva 2003/4 ma tobbligax lill-Istati Membri jiċħdu talba għal aċċess għal tagħrif dwar l-ambjent fil-każ fejn l-iżvelar ta’ dan it‑tagħrif jippreġudika l-possibbiltà ta’ kull persuna li tingħata smigħ xieraq, iżda tippermetti biss tali ċaħda fil-punt (ċ) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tagħha, din id-direttiva tawtorizza lill-Istati Membri jadottaw miżuri li huma inkompatibbli mad-drittijiet fundamentali protetti fl-Unjoni Ewropea, liema fatt jirrendi tali direttiva inkompatibbli mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Unabhängiger Verwaltungssenat Wien iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiema u tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>1)</NO.P><TXT>Fuq il-validità tad-Direttiva [2003/4]: [din id-direttiva] hija kompletament kompatibbli mar-rekwiżiti tal-Artikolu 47(2) [it-tieni paragrafu tal-Artikolu 47] tal-[Karta]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fuq l-interpretazzjoni tad-Direttiva [2003/4]: Fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tikkonferma l-validità tad-Direttiva [2003/4] kollha kemm hi jew ta’ ċerti partijiet minnha, sa fejn u taħt liema premessi d-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva huma kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tal-[Karta] u mal-Artikolu 6 TUE?<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, meta domanda preliminari magħmula tkun identika għal domanda li dwarha l-Qorti tal-Ġustizzja tkun diġà ddeċidiet, meta r-risposta għal tali domanda tkun tista’ tiġi dedotta b’mod ċar mill-ġurisprudenza jew meta r-risposta għad-domanda preliminari ma tħalli lok għal ebda dubju raġonevoli, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, f’kull ħin, fuq proposta tal-Imħallef Relatur u wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, tiddeċiedi permezz ta’ digriet motivat.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>F’din il-kawża hemm lok li tiġi applikata l-imsemmija dispożizzjoni.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Il-Gvern Franċiż jesprimi dubji dwar l-ammissibbiltà tat-talba għal deċiżjoni preliminari, peress li, skontu, id-domandi magħmula mill-qorti tar-rinviju ma humiex utli għas-soluzzjoni tat-tilwima quddiem din tal-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Skont l-imsemmi Gvern, l-eżitu tat-tilwima fil-kawża prinċipali ma kienx ikun differenti li kieku il-leġiżlazzjoni Awstrijaka kienet tipprevedi li l-motiv ibbażat fuq il-possibbiltà ta’ kull persuna li tingħata smigħ xieraq huwa applikabbli għall-komunikazzjoni ta’ tagħrif ta’ natura ambjentali, bħal dak dwar il-livelli u l-flussi tax-xmara Drau, li dwaru tittratta l-kawża prinċipali.</TXT></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Fil-fatt, fil-kuntest tal-kawża prinċipali, ma hijiex il-komunikazzjoni fiha nnifisha ta’ dan it-tagħrif li tista’ tippreġudika l-possibbiltà tal-persuna inkwistjoni li tingħata smigħ xieraq, iżda l-użu ħażin ta’ dan it-tagħrif mill-mezzi tax-xandir.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Issa, skont dan l-istess Gvern, li f’dan ir-rigward jirreferi għal-punti 110 sa 112 tas-sentenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem Ressiot <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs France (Nri 15054/07 u 15066/07, <DATE ISO="20120928">28 ta’ Settembru 2012</DATE>), il-fatt li l-mezzi tax-xandir jistgħu jxerrdu informazzjoni affidabbli u preċiża, kif ukoll ibbażata fuq fatti eżatti, li hija relatata ma’ proċeduri kriminali pendenti, ma jmurx kontra l-prinċipju tad-dritt għal smigħ xieraq, bil-kundizzjoni li, fl-istqarrijiet tagħhom, dan il-prinċipju jittieħed inkunsiderazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Issa, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, ir-riskju li jiġi ppreġudikat id-dritt għal smigħ xieraq mill-iżvelar tat-tagħrif dwar l-ambjent inkwistjoni huwa iktar u iktar improbabbli peress li ma huwiex tagħrif, fih innifsu, li jippermetti l-inkriminazzjoni tal-persuna inkwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn qorti nazzjonali tista’ tiġi ddikjarata inammissibli biss jekk jidher b’mod ċar li l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni mitluba ma għandha l-ebda rabta mal-fatti jew mas-suġġett tal-kawża prinċipali, meta l-problema tkun ta’ natura ipotetika jew meta l-Qorti tal-Ġustizzja ma jkollhiex il-punti ta’ fatt u ta’ liġi neċessarji sabiex tirrispondi b’mod utli għad-domandi li jsirulha (ara, b’mod partikolari, is-sentenza Belvedere Costruzioni, C‑500/10, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:186">EU:C:2012:186</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 16 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Issa, l-argument tal-Gvern Franċiż dwar l-ammissibbiltà tat-talba għal deċiżjoni preliminari huwa bbażat fuq il-premessa li l-iżvelar ta’ tagħrif dwar l-ambjent, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, ma jikkostitwixxix ksur tad-dritt għal smigħ xieraq fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Madankollu, tali evalwazzjoni taqa’ taħt il-ġurisdizzjoni tal-qorti tar-rinviju. Barra minn hekk, l-istess evalwazzjoni tirrikjedi interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni tal-Karta, li dwarha din il-qorti ma għamlet l-ebda domanda lill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest ta’ din it-talba għal deċiżjoni preliminari.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma jistax jitqies li jirriżulta b’mod ċar li d-domandi ma għandhom l-ebda rabta mal-fatti jew mas-suġġett tal-kawża prinċipali jew li l-problema hija ta’ natura ipotetika.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Għaldaqstant, it-talba għal deċiżjoni preliminari hija ammissibbli.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Permezz tad-domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk id-Direttiva 2003/4 hijiex valida fid-dawl tal-Artikolu 6 TUE u tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 51(1) tal-Karta, id-drittijiet fundamentali żgurati minnha għandhom jiġu rrispettati meta leġiżlazzjoni nazzjonali taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Åkerberg Fransson, C‑617/10, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:105">EU:C:2013:105</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 21).</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li l-Istati Membri huma obbligati josservaw, b’mod partikolari, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta meta jimplementaw id-Direttiva 2003/4.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda l-kwistjoni dwar jekk din id-direttiva u, b’mod partikolari, il-punt (ċ) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tagħha, tawtorizzax lill-Istati Membri ma josservawx dan l-obbligu li jirriżulta mid-dritt primarju tal-Unjoni, għandu jiġi mfakkar li test tad-dritt sekondarju tal-Unjoni<?PAGE NO="6"?> għandu jiġi interpretat, sa fejn huwa possibbli, fis-sens tal-konformità tiegħu mad-dispożizzjonijiet tat-trattati u mal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni (ara, b’mod partikolari, is-sentenza Lietuvos geležinkeliai, C‑250/11, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:496">EU:C:2012:496</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 40 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Issa, billi jirreferi għall-possibbiltà ta’ kull persuna li tgawdi mid-dritt għal smigħ xieraq, il-punt (ċ) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2003/4 jawtorizza lill-Istati Membri jipprevedu eċċezzjoni għall-obbligu ta’ żvelar ta’ tagħrif dwar l-ambjent preċiżament sabiex ikunu jistgħu, jekk iċ-ċirkustanzi hekk jirrikjedu, jirrispettaw id-dritt għal smigħ xieraq, stabbilit fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Barra minn hekk, anki fil-każ fejn Stat Membru ma jipprevedix tali eċċezzjoni fil-leġiżlazzjoni tiegħu intiża li tittrasponi d-Direttiva 2003/4, minkejja l-fatt li ċ-ċirkustanzi jkunu jirrikjedu tali eċċezzjoni sabiex jiġi osservat it-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta, għandu jitfakkar li l-Istati Membri huma obbligati, f’kull każ, jużaw il-marġni ta’ diskrezzjoni mogħti lilhom mill-punt (ċ) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(2) ta’ din id-direttiva b’mod konformi mar-rekwiżiti li jirriżultaw mill-imsemmi artikolu tal-Karta (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Il‑Parlament vs Il‑Kunsill, C‑540/03, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:429">EU:C:2006:429</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 104).</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Issa, peress li huma l-awtoritajiet kollha tal-Istati Membri, inklużi l-organi amministrattivi u ġudizzjarji, li għandhom jiżguraw l-osservanza tar-regoli tad-dritt tal-Unjoni fil-kuntest tal-kompetenzi tagħhom, dawn tal-aħħar għandhom l-obbligu, f’tilwima bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali u jekk il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta huma ssodisfatti, jiżguraw ir-rispett tad-dritt fundamentali ggarantit mill-imsemmi artikolu (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Byankov, C‑249/11, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:608">EU:C:2012:608</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 64).</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, interpretazzjoni li tgħid li d-Direttiva 2003/4 tawtorizza lill-Istati Membri jadottaw miżuri li huma inkompatibbli mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta jew mal-Artikolu 6 TUE ma tistax tintlaqa’. Għaldaqstant, din id-direttiva ma hijiex, fuq din l-istess bażi, invalida fid-dawl ta’ dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għad-domandi magħmula għandha tkun li l-eżami tagħhom ma kixef ebda element li jista’ jaffettwa l-validità tad-Direttiva 2003/4.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-eżami tad-domandi magħmula ma kixef ebda element li jista’ jaffettwa l-validità tad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20030128">28 ta’ Jannar 2003</DATE>, dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Dire[t]tiva tal-Kun[s]ill 90/313/KEE.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.ORDER><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></ORDER>