02003L0109 — MT — 12.06.2026 — 002.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL

2003/109/KE tal-25 ta' Novembru 2003

dwar l-istatus ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul

(ĠU L 016 23.1.2004, p. 44)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DIRETTIVA 2011/51/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL  tal-11 ta’ Mejju 2011

  L 132

1

19.5.2011

►M2

REGOLAMENT (UE) 2024/1347 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL  tal-14 ta’ Mejju 2024

  L 1347

1

22.5.2024


Ikkoreġuta bi:

 C1

Rettifika, ĠU L 90926, 25.11.2025, p.  1 (2024/1347)




▼B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL

2003/109/KE tal-25 ta' Novembru 2003

dwar l-istatus ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul



KAPITOLU I

DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Direttiva tistabbilixxi:

(a) 

it-termini għall-għoti u l-irtirar ta' l-istatus ta' residenti għat-tul mogħti minn Stat membru f'relazzjoni ma' ċittadini ta' pajjiżi terzi li legalment jirrisjedu fit-territorju tiegħu, u d-drittijiet marbuta miegħu; u

(b) 

it-termini ta' residenza fi Stati Membri oħra minbarra dak li kien ikkonferixxa l-istatus għat-tul fuqhom għal ċittadini ta' pajjiżi terzi li jgawdu dak l-istatus.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva:

(a) 

“ċittadin ta' pajjiż terz” tfisser xi persuna li ma tkunx ċittadin tal-l-Unjoni skond it-tifsira ta' l-Artikolu 17(1) tat-Trattat;

(b) 

“residenti għat-tul” tfisser xi ċittadin ta' pajjiż terz li ikollu status ta' residenti għat-tul kif hekk provdut taħt l-Artikoli 4 sa 7;

(ċ) 

“l-ewwel Stat Membru” tfisser l-Istat membru li għall-ewwel darba ta' l-istatus ta' rewsidenti għal perjodui twil ta' żmien lil ċittadin ta' pajjiż terz;

(d) 

“it-tieni Stat Membru” tfisser xi Stat Membru minbarra dak li jkun ta' għall-ewwel darba l-istatus ta' residenti għat-tul lil ċittadin ta' pajjiż terz u li fih ir-residenti għat-tul jeżerċita d-dritt ta' residenza;

(e) 

“membri tal-familja” tfisser iċ-ċittadini ta' pajjiż terz li jirrisjedu fl-Istat Membru konċernat skond id-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE tat-22 ta' Settembru 2003 dwar id-dritt tar-riunifikazzjoni tal-familja ( 1 );

▼M1

(f) 

“protezzjoni internazzjonali” tfisser protezzjoni internazzjonali kif definita fl-Artikolu 2(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE tad-29 ta’ April 2004 dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija ( 2 ).

▼B

(g) 

“permess KE ta' residenza għal residenti għat-tul” tfisser il-permess ta' residenza maħruġ mill-Istat Membru konċernat ma' l-kisba ta' l-istatus ta' residenti għat-tul.

Artikolu 3

Kamp ta' applikazzjoni

1.  
Din id-Direttiva tapplika għal ċittadini ta' pajjiżi terzi li jirrisjedu legalment fit-territorju ta' Stat membru.
2.  

Din id-Direttiva ma tapplikax għal ċittadini ta' pajjiżi terzi li:

(a) 

jirrisjedu sabiex isegwu studji jew taħriġ vokazzjonali;

(b) 

ikunu awtorizzati li jirrisjedu fi Stat Membru fuq il-bażi ta' rpotezzjoni temporanja jew li ikunu appkliaw għall-awtorizzazzjoni biex jirrisjedu fuq dak il-bażi u li ikunu qed jistennew deċiżjoni dwar l-istatus tagħhom;

▼M1

(ċ) 

huma awtorizzati jirrisjedu fi Stat Membru fuq il-bażi ta’ forma ta’ protezzjoni għajr protezzjoni internazzjonali jew ikunu applikaw għal awtorizzazzjoni għar-residenza fuq dik il-bażi u jkunu qed jistennew deċiżjoni dwar l-istatus tagħhom;

(d) 

applikaw għal protezzjoni internazzjonali u ma tkunx għadha ttieħdet deċiżjoni definittiva dwar l-applikazzjoni tagħhom;

▼B

(e) 

jirrisjedu unikament fuq bażi temporanju bħal ħaddiema au pair jew staġjonali, jew bħala ħaddiema ppustjati minn provditur ta' servizzi għall-finijiet tal-provvista ta' servizzi bejn il-fruntieri, jew bħala provdituri ta' servizzi bejn il-fruntieri jew fil-każi fejn il-permess tar-residenza tagħhom ikun ġir formalment limitat;

(f) 

igawdu status legali regolat mill-Konvenzjoni ta' Vjenna dwar Relazzjonijiet Diplomatiċi ta' l-1961, il-Konvenzjoni ta' Vjenna dwar relazzjonijiet Konsulari ta' l-1963, il-Konvenzjoni ta' l-1969 dwar Missjonijiet Speċjali jew il-Konvenzjoni ta' Vjenna dwar ir-Rappresentazzjoni ta' Stati fir-Relazzjoni tagħhom ma' Organizzazzjonijioet Internazzjonali ta' Karattru Universali ta' l-1975.

3.  

Din id-Direttiva għandha tapplika mingħajr preġudizzju għal disposizzjonijiet aktar favorevoli ta':

(a) 

patti ta' ftehim bilaterali u multilaterali bejn il-Komunita jew il-Komunità u l-Istati membri tagħha, min-naħa l-waħda, u pajjiżi terzi min-naħa l-oħra;

(b) 

patti ta' ftehim diġà konklużi, bejn Stat membru u pajjiż terz qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva;

▼M1

(ċ) 

il-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Istabbiliment tat-13 ta’ Diċembru 1955, il-Karta Soċjali Ewropea tat-18 ta’ Ottubru 1961, il-Karta Soċjali Ewropea emendata tat-3 ta’ Mejju 1987 u l-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Istatus Ġuridiku tal-Ħaddiema Migranti tal-24 ta’ Novembru 1977, il-paragrafu 11 tal-Iskeda għall-Konvenzjoni dwar ir-Refuġjati tat-28 ta’ Lulju 1951, kif emendata mill-Protokoll iffirmat fi New York fil-31 ta’ Jannar 1967, u l-Ftehim Ewropew dwar it-Trasferiment tar-Responsabilità għar-Refuġjati tas-16 ta’ Ottubru 1980.

▼B

KAPITOLU II

STATUS TA' RESIDENTI GĦAL PERJODU TWIL TA' ŻMIEN FI STAT MEMBRU

Artikolu 4

Tul ta' żmien ta' residenza

1.  
L-Istati Membri għandhom jagħtu status ta' residenti għat-tul lil ċittadini ta' pajjiżi terzi li ikunu rrisjedew legalment u kontinwament fit-territorju tagħhom għal ħames snin li jiġu minnufih qabel is-sottomissjoni ta' l-applikazzjoni relevanti.

▼M1

1a.  
L-Istati Membri m’ għandhomx jagħtu status ta’ resident fit-tul fuq il-bażi ta’ protezzjoni internazzjonali fil-każ tar-revoka ta’ protezzjoni internazzjonali, jew it-terminazzjoni jew iċ-ċaħda tat-tiġdid tagħha, kif stabbilit fl-Artikolu 14(3) u fl-Artikolu 19(3) tad-Direttiva 2004/83/KE.

▼B

2.  
Il-perjodi ta' residenza għar-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 3(2)(e) u (f) ma għandux jingħata kont tagħhom gaħll-finijiet tal-kalkolazzjoni tal-perjodu msemmi fil-paragrafu 1.

Fir-rigward tal-każijiet koperti bl-Artikolu 3(2)(a), fejn iċ-ċittadin tal-pajjiż terz konċernat ikun kiseb titolu ta' residenza li għandu jippermettilu/ha li jingaħat status ta' residenti għat-tul, nofs biss tal-perjodi ta' residenza għall-finijiet ta' studju jew taħriġ vokazzjonali jista' jingħata kont tiegħu fil-kalkolazzjoni tal-perjodu msemmi fil-paragrafu 1.

▼M2

Fir-rigward ta’ persuni li ngħatalhom protezzjoni internazzjonali, il-perjodu bejn id-data tat-tressiq tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali li fuq il-bażi tagħha tkun ingħatat dik il-protezzjoni internazzjonali u d-data tal-għoti tal-permess ta’ residenza msemmi fl-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2024/1347 ( 3 ) għandu jitqies fil-kalkolu tal-perjodu msemmi fil-paragrafu 1.

▼B

3.  
Il-perjodi ta' assenza mit-territorju ta' l-Istat Membru konċernat ma għandhomx jinterrompu l-perjodu msemmi fil-paragrafu 1 u għandu jingħata kont għall-kalkolazzjoni tagħhom meta ikunu iqsar minn sitt xhur konsekuttivi u ma jeċċedux fit-total 10 xhur fil-perjodu msemmi fil-paragrafu 1.

Fil-każi ta' raġunijiet speċifiċi jew eċċezzjonali ta' natura temporanja u skond il-liġi nazzjonali tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jaċċettaw li perjodu itwal ta' assenza minn dak li huwa msemmi fl-ewwel subparagrafu ma għandux jinterrompi l-perjodu msemmi fil-paragrafu 1. F'dawk il-każi, l-Istati Membri ma għandhomx jagħtu kont tal-perjodu relevanti ta' assenza fil-kalkolazzjoni tal-perjodu msemmi fil-paragrafu 1.

B'deroga mit-tieni subparagrafu, l-Istati Membri jisgħu jagħtu kont fil-kalkolazzjoni tal-perjodu totali msemmi fil-paragrafu 1 ta' assenzi li jirrelataw ma' sekondar għall-finijiet ta' impieg, inkluża l-provvista ta' servizzi bejn il-fruntieri.

▼M2

3a.  
Meta benefiċjarju ta’ protezzjoni internazzjonali jinstab fi Stat Membru ieħor għajr dak li ta l-protezzjoni internazzjonali, mingħajr id-dritt ta’ permanenza jew ta’ residenza f’konformità mal-liġi rilevanti nazzjonali, tal-Unjoni jew internazzjonali, il-perjodu ta’ permanenza legali fl-Istat Membru li ta l-protezzjoni internazzjonali li jippreċedi din is-sitwazzjoni ma għandux jitqies fil-kalkolu tal-perjodu msemmi fil-paragrafu 1.

B’deroga mill-ewwel subparagrafu, b’mod partikolari meta l-benefiċjarju ta’ protezzjoni internazzjonali juri li r-raġuni għas-soġġorn jew ir-residenza mingħajr dritt kienet minħabba ċirkostanzi lil hinn mill-kontroll ta’ dak il-benefiċċjarju, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu, skont il-liġi nazzjonali tagħhom, li l-kalkolu tal-perjodu msemmi fil-paragrafu 1 ma għandux jiġi interrott.

▼B

Artikolu 5

Kondizzjonijiet għall-kisba ta' status ta' residenti għat-tul

1.  

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu liċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li jagħtu evidenza li jkollhom, għalihom u għall-membri dipendenti tal-familja:

(a) 

riżorsi stabbli u regolari li ikunu suffiċjenti biex imantni lilu/ha nnifsu/ha u l-membri tal-familja tiegħu/tagħha, mingħajr rikors għas-sistema ta' l-assietnza soċjali ta' l-Istat Membru konċernat. L-Istati Membri għandhom jevalwaw dawn ir-riżorsi b'referenza għan-natura u r-regolarità tagħhom u jistgħu jagħtu kont tal-livell tal-paga minima u l-pensjoniijiet qabel l-applikazzjoni għall-istatus ta' resident għat-tul;

(b) 

l-assigurazzjoni tal-mard fir-rigward tar-riskji kollha normalment koperti għaċ-ċittadini proprji tiegħu/tagħha fl-Istat membru konċernat;

2.  
L-Istati membri jistgħu jeħtieġu li ċittadini ta' pajjiżi terzi jikkonformaw ma' kondizzjonijiet ta' integrazzjoni, skond il-liġi nazzjonali.

Artikolu 6

Poltika pubblika u sigurtà pubblika

1.  
L-Istati Membri jistgħu jirrifjutaw li jagħtu status ta' residenti għat-tul fuq il-bażi ta' politika pubblika jew sigurtà pubblika.

Meta jieħu d-deċiżjoni relevanti, l-Istat Membru għandu jikkonsidra is-severità jew it-tip ta' offiża kontra l-politika pubblika jew is-sigurtà pubblika, jew il-perikolu li joħroġ mill-persuna konċernata, waqt li jingħata kont proprju tat-tul ta' residenza u l-eżistenza ta' rabtiet mal-pajjiż ta' residenza.

2.  
Ir-rifjut imsemmi fil-paragrafu 1 ma għandux ikun imsejjes fuq konsiderazzjonijiet ekonomiċi.

Artikolu 7

Kisba ta' status ta' residenti għat-tul

1.  
Biex jinkiseb status ta' residenti għat-tul, iċ-ċittadin tal-pajjiż terz konċernat għandu jibgħat applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li fih ikun/tkun tirrisjedi. L-applikazzjoni għandha tkun akkumpnajata b'evidenza dokuemntata li għandha tiġi stabbilita bil-liġi nazzjonali li hu/i jissodisfa l-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 4 u 5 kif ukoll, jekk meħtieġ, b'dokument validu ta' l-ivvjaġġar jew kopja tiegħu ċertifikata.

L-evidenza msemmija fl-ewwel subparagrafu tista' ukoll tinkludi dokumentazzjoni fir-rigward ta' l-akkommodazzjoni xierqa.

2.  
L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jagħtu lill-applikant notifikazzjoni bil-miktub tad-deċiżjoni malajr kemm jista' ikun u f'kull każ mhux aktar tard minn sitt xhur mid-data li fiha tkun intbagħtet l-applikazzjoni. Kull deċiżjoni bħal dik għandha tiġi notifikata liċ-ċittadin tal-pajjiż terz konċernat skond il-proċeduri ta' notifikazzjoni taħt il-leġislazzjoni relevanti nazzjonali.

F'ċirkostanzi eċċezzjonali marbuta mal-komplessità ta' l-eżami ta' l-applikazzjoni, il-limiti ta' żmien imsemmi fl-ewwel subparagrafu jista' jiġi estiż.

B'żieda, l-persuna konċernata għandha tkun infurmata bid-drittijiet tagħha u l-obbligi taħt din id-Direttiva.

Kull konsegwenzi minħabba li ma tittieħidx deċiżjoni sat-tmiem tal-perjodu li hemm provdut dwaru f'din id-disposizzjoni għandhom ikunu stabbiliti bil-leġislazzjoni nazzjonali ta' l-Istat Membru relevanti.

3.  
Jekk il-kondizzjonijiet li hemm provdut dwarhom fl-Artikoli 4 u 5 jitħarsu, u l-persuna ma tkunx tippresenta theddida skond it-tifsira ta' l-Artikolu 6, l-Istat Membru konċernat għandu jagħti liċ-ċittadin tal-pajjiż terz konċernat status ta' residenti għat-tul.

Artikolu 8

Permess KE ta' residenza għal residenti għat-tul

1.  
L-istatus ta' residenti għat-tul għandu jkun permanenti, bla ħsara għall-Artikolu 9.
2.  
L-Istati Membri għandhom joħorġu Permess KE ta' residenza għal residenza għat-tul lir-residenti għat-tul. Il-permess għandu ikun validu għal ta' l-anqas ħames snin; dan għandu ma' l-applikazzjoni jekk meħtieġa, jiġġedded awtomatikament malli jiskadi.
3.  
Permess tar-residenza KE għal residenza għat-tul jista' jinħareġ fil-forma ta' stiker jew ta' dokument separat. Dan għandu jinħareġ skond ir-regoli u l-mudell standard kif stipulat fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002 li jippreskrivi l-format uniformi għall-permessi ta' residenza għal ċittadini ta' pajjiżi terzi ( 4 ). Taħt l-intestatura “tip ta' permess”, l-Istat membru għandu jdaħħal “residenti għat-tul - KE”.

▼M1

4.  
Fejn Stat Membru joħroġ il-permess ta’ residenza UE tar-residenti fit-tul lil ċittadin ta’ pajjiż terz li tkun ingħatatlu l-protezzjoni internazzjonali, għandu jdaħħal ir-rimarka li ġejja fil-permess ta’ residenza tal-UE ta’ dak ir-residenti fit-tul, taħt it-titlu “Rimarki”: “Protezzjoni internazzjonali mogħtija minn [isem l-Istat Membru] fi [data]”.
5.  
Fejn il-permess ta’ residenza fl-UE ta’ residenti fit-tul jinħareġ minn Stat Membru ieħor lil ċittadin ta’ pajjiż terz li għandu diġà permess ta’ residenza fit-tul fl-UE li jkun inħareġ minn Stat Membru ieħor li jkun fih ir-rimarka li hemm referenza għaliha fil- paragrafu 4, it-tieni Stat Membru għandu jniżżel l-istess rimarka fil-permess ta’ residenza fit-tul fl-UE.

Qabel mat-tieni Stat Membru jniżżel ir-rimarka li hemm referenza għaliha fil- paragrafu 4, huwa għandu jitlob lill-Istat Membru msemmi f’dik ir-rimarka biex jipprovdi informazzjoni dwar jekk ir-resident fit-tul ikunx għadu benefiċjarju tal-protezzjoni internazzjonali. L-Istat Membru msemmi fir-rimarka għandu jirrispondi fi żmien xahar minn meta jirċievi r-rikjesta għall-informazzjoni. Fejn il-protezzjoni internazzjonali tkun ġiet irtirata b’deċiżjoni finali, it-tieni Stat Membru m’għandux idaħħal dik ir-rimarka.

6.  
Fejn, f’konformità mal-istrumenti internazzjonali rilevanti jew il-liġi nazzjonali, ir-responsabbilità għall-protezzjoni internazzjonali tar-resident fit-tul tkun ġiet ittrasferita għat-tieni Stat Membru wara li jkun inħareġ il-permess ta’ residenza UE tar-residenti fit-tul imsemmi fil-paragrafu 5, it-tieni Stat Membru għandu mhux aktar tard minn tliet xhur mit-trasferiment tar-responsabilità, jemenda r-rimarka msemmija fil-paragrafu 4.

▼B

Artikolu 9

Irtirar jew telf ta' status

1.  

Ir-residenti għat-tul ma għandux ikollhom id-dritt li jżommu status ta' residenti għat-tul fil-każi li ġejjin:

(a) 

il-kxif ta' kisba b'mod għarrieqi ta' status ta' residenti għat-tul;

(b) 

l-adozzjoni ta' miżura ta' tkeċċija taħt il-kondizzjonijiet li hemm provdut dwarhom fl-Artikolu 12;

(ċ) 

fil-każ ta' assenza mit-territorju tal-Komunità għal perjodu ta' 12-il xahar konsekuttivi.

2.  
B'deroga mill-paragrafu 1(ċ), l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li assenzi li jeċċedu t-12-il xahar konsekuttivi jew għal raġunijiet speċifiċi jew eċċezzjonali ma għandhomx jinvolvu l-irtirar jew it-telf ta' l-istatus.
3.  
L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li resident għat-tul ma għandux ikollu aktar id-dritt li jżomm l-istatus ta' resident għat-tul fil-każi fejn hu/i jikkostitwixxi theddida għall-politika pubblika, minħabba s-serjetà tar-reati li hu/i ikun għamel, iżda dik it-theddida mhix raġuni għat-tkeċċija skond it-tifsira ta' l-Artikolu 12.

▼M1

3a.  
L-Istati Membri jistgħu jirtiraw l-istatus ta’ residenti fit-tul ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz fil-każ tar-revoka tal-protezzjoni internazzjonali jew tat-terminazzjoni jew caħda tat-tiġdid tagħha stabbilit fl-Artikolu 14(3) jew l-Artikolu 19(3) tad-Direttiva 2004/83/KE, jekk dak l-istatus ta’ residenza fit-tul kien inkiseb fuq il-bażi ta’ protezzjoni internazzjonali.

▼B

4.  
Ir-resident għat-tul li ikun irrisjeda fi Stat Membru ieħor skond il-Kapitolu III ma għandux aktar ikollu d-dritt li jżomm l-istatus tiegħu/tagħha ta' resident għat-tul miksub fl-ewwel Stat Membru fejn dak l-istatus jingħata fi Stat Membru ieħor skond l-Artikolu 23.

F'kull każ wara sitt snin ta' nuqqas mit-territorju ta' l-Istat Membru li ikun ta l-istatus ta' residenti għat-tul il-persuna konċernata ma għandhiex ikollha aktar id-dritt li żżomm l-istatus tagħha ta' resident għat-tul fl-imsemmi Stat Membru.

B'deroga mit-tieni subparagrafu l-Istat Membru konċernat jista' jipprovdi li għal raġunijiet speċifiċi ir-residenti għat-tul jista' jżmomm l-istatus tiegħu/tagħha ta' residenti għat-tul fl-imsemmi Stat membru fil-każ ta' assenzi għal perjodu li jeċċedi s-sitt snin.

5.  
Fir-rigward tal-każi msemmija fil-paragrafu 1(ċ) u fil-paragrafu 4, l-Istati Membri li ikunu taw l-istatus għandhom jipprovdu għal proċedura faċilitata għall-kisba mill-ġdid ta' l-istatus ta' residenti għat-tul.

L-imsemmija proċedura għandha tapplika b'mod partikolari fil-każi ta' persuni li ikunu rrisjedew fit-tieni Stat Membru minħabba raġunijiet ta' studju.

Il-kondizzjonijiet u l-proċedura għall-kisba mill-ġdid ta' status ta' residenti għat-tul għandhom ikunu stabbiliti bil-liġi nazzjonali.

6.  
L-iskadenza tal-Permess KE ta' residenza għal residenti għat-tul ma għandha bl-ebda mod tinvolvi l-irtirar jew it-telf ta' l-istatus ta' residenti għat-tul.
7.  
Fejn l-irtirar jew it-telf ta' status ta' residenti għat-tul ma jwassalx għat-tneħħija, l-Istat Membru għandu jawtorizza lill-persuna konċernata li tibqa' fit-territorju tiegħu jekk hi tħares il-kondizzjonijiet li hemm provdut dwarhom fil-leġislazzjoni nazzjonali tiegħu u/jew jekk hi ma tikkostitwixxix theddida għall-politika pubblika jew għas-sigurtà pubblika.

Artikolu 10

Garanziji proċedurali

1.  
Għandhom jingħataw raġunijiet għal kull deċiżjoni li tiċħad applikazzjoni għal status ta' residenti għat-tul jew l-irtirar ta' dak l-istatus. Kull deċiżjoni bħal dik għandha tiġi notifikata liċ-ċittadin tal-pajjiż terz konċernat skond il-proċeduri ta' notifikazzjoni taħt il-leġislazzjoni relevanti nazzjonali. In-notifikazzjoni għandha tispeċifika l-proċeduri ta' rimedju disponibbli u żmien li fih hu/i jista' jaġixxi.
2.  
Fejn applikazzjoni għal status ta' residenti għat-tul tiġi miċħuda jew dak l-istatus jiġi rtirat jew mitluf jew il-permess tar-residenza ma jiġġeddidx, il-persuna konċernata għandu ikollha d-dritt li tagħmel kontestazzjoni legali fl-Istat Membru konċernat.

Artikolu 11

Trattament ugwali

1.  

Ir-residenti għat-tul għandhom igawdu trattament ugwali ma' dak taċ-ċittadini fir-rigward ta':

(a) 

aċċess għall-impieg jew attivtà ta' impieg għal rasu, kemm-il darba dawk l-attivitajiet ma jinvolvux ukoll involviment ta' kull tant fl-eżerċizzju ta' awtorità pubblika, u kondizzjonijiet ta' l-impieg u kondizzjonijiet tax-xogħol, inklużi kondizzjonijiet li jirrigwardaw it-tkeċċija u l-ħlas;

(b) 

edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali, inklużi għotjiet ta' studju skond il-liġi nazzjonali;

(ċ) 

rikonoxximent ta' diplomi professjonali, ċertifikati u kawlifiki oħra, skond il-proċeduri relevanti nazzjonali;

(d) 

sigurtà soċjali, assistenza soċjali u protezzjoni soċjali kif definiti bil-liġi nazzjonali;

(e) 

benefiċċji tat-taxxa;

(f) 

aċċess għal oġġetti u servizzi u l-provvista ta' oġġetti u servizzi magħmula disponibbli lill-pubbliku u l-proċeduri għal ksib ta' akkommodazzjoni;

(g) 

il-libertà ta' assoċjazzjoni u affiljazzjoni u sħubija ta' organizzazzjoni li tirrappresenta l-ħaddiema jew lil min iħaddem jew ta' xi organizzazzjoni li l-membri tagħha ikunu jwettqu xi xogħol speċifiku, inklużi l-benefiċċji konferiti minn dawk l-organizzazzjonijiet, mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet nazzjonali dwar politika pubblika u sigurtà pubblika.

(h) 

aċċess liberu għat-territorju kollu ta' l-Istat Membru konċernat, fil-limiti li hemm provdut dwarhom fil-leġislazzjoni nazzjonali għal raġunijiet ta' sigurtà.

2.  
Fir-rigward tad-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1, il-punti (b), (d), (e), (f) u (g), l-Istat Membru konċernat jista' jirrestrinġi trattament ugwali għall-każi fejn ir-residenza reġistrata jew il-post normali ta' residenza tar-residenti għat-tul, jew dak tal-membri tal-familja li għalihom hu/i jagħmer talba għall-benefiċċji, ikun jinsab fit-territorju ta' l-Istat Membru konċernat.
3.  

L-Istati Membri jistgħu jirrestrinġu trattament ugwali maċ-ċittadini tagħhom fil-każi li ġejjin:

(a) 

L-Istati membri jisgħu iżommu restrizzjonijiet għall-aċċess għall-impieg jew attivitajiet ta' impieg għal rashom fil-każi fejn, skond il-leġislazzjoni eżistenti nazzjonali jew tal-Komunità, dawn l-attivitajiet ikunu riżervati għaċ-ċittadini tagħhom, iċ-ċittadini tal-KE jew taż-ZEE.

(b) 

l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li tingħata evidenza tal-profiċjenza adattata fil-lingwa għall-aċċess għall-edukazzjoni u t-taħriġ. L-aċċess għall-università jista' ikun bil-kondizzjoni tat-twettieq ta' prirekwiżiti speċifiċi edukattivi.

4.  
L-Istati Membri jistgħu jillimitaw it-trattament ugwali fir-rigward ta' assistenza soċjali u protezzjoni soċjali għall-benefiċċji prinċipali.

▼M1

4a.  
Għal dak li jikkonċerna l-Istat Membur li ta l-protezzjoni internazzjonali, il- paragrafi 3 u 4 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2004/83/KE.

▼B

5.  
L-Istati membri jistgħu jiddeċiedu li jagħtu aċċess għal benefiċċji addizzjonali fl-oqsma msemmija fil-paragrafu 1.

L-Istati Membri jistgħu ukoll jiddeċiedu li jagħtu trattament ugwali fir-rigward ta' oqsma mhux koperti bil-paragrafu 1.

Artikolu 12

Protezzjoni kontra tkeċċija

1.  
L-Istati Membri jistgħu jieħdu deċiżjoni li jkeċċu residenti għat-tul unikament fejn hu/i jikkostitwixxi theddiha attwali u suffiċjentement serja għall-politika pubblika jew għas-sigurtà pubblika.
2.  
Id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex tkun ibbażata fuq konsiderazzjonijiet ekonomiċi.
3.  

Qabel ma tittieħed deċiżjoni biex jitkeċċa residenti għat-tul, l-Istati membri għandhom jagħtu kont tal-fatturi li ġejjin:

(a) 

it-tul tar-residenza fit-territorju tagħhom;

(b) 

l-età tal-persuna konċernata;

(ċ) 

il-konsegwenzi għall-persuna konċernata u l-membri tal-familja;

(d) 

ir-rabtiet mal-pajjiż tar-residenza jew in-nuqqas ta' rabtiet mal-pajjiż ta' oriġini.

▼M1

3a.  
Fejn Stat Membru jiddeċiedi li jkeċċi resident fit-tul li l-permess ta’ residenza fit-tul fl-UE tiegħu ikun fih ir-rimarka msemmija fl-Artikolu 8(4), huwa għandu jitlob lill-Istat Membru msemmi f’dik ir-rimarka jikkonferma jekk il-persuna għadhiex benefiċjarja tal-protezzjoni internazzjonali f’dak l-Istat Membru. L-Istat Membru msemmi fir-rimarka għandu jirrispondi fi żmien xahar minn meta jirċievi t-talba għal informazzjoni.
3b.  
Jekk ir-resident fit-tul jibqa’ benefiċjarju ta’ protezzjoni internazzjonali fl-Istat Membru msemmi fir-rimarka, dik il-persuna għandha titkeċċa lejn dan l-Istat Membru, li għandu, mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali applikabbli u għall-prinċipju tal-unità tal-familja, idaħħal lura minnufih, mingħajr formalitajiet, lil dak il-benefiċjarju u l-membri tal-familja tiegħu/tagħha.
3c.  
B’deroga mill-paragrafu 3b, l-Istat Membru li jkun adotta d-deċiżjoni ta’ tkeċċija għandu jżomm il-jedd li jibgħat, skont l-obbligi internazzjonali tiegħu, lir-resident fit-tul f’pajjiż li ma jkunx dak l-Istat Membru li kien ta l-protezzjoni internazzjonali, meta dik il-persuna tissodisfa l-kondizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 21(2) tad-Direttiva 2004/83/KE.

▼B

4.  
Fejn tkun ġiet adottata deċiżjoni ta' tkeċċija, il-proċedura ta' rimedju ġudizzjarju għandha tkun disponibbli għar-residenti għat-tul fl-Istat Membru konċernat.
5.  
Għandha tingħata għajnuna legali lir-residenti għat-tul li ma jkollhomx ir-riżorsi adegwati, fuq l-istess termini kif japplikaw għaċ-ċittadini ta' l-Istat fejn ikunu jirrisjedu.

▼M1

6.  
Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 21(1) tad-Direttiva 1999/83/KE.

▼B

Artikolu 13

Disposizzjonijiet nazzjonali aktar favorevoli

L-Istati Membri jistgħu joħorġu permessi ta' residenza b'validità permanenti jew illimitata li ikunu aktar favorevoli minn dawk preskritti f'din id-Direttiva. Dawk il-permessi ta' residenza ma għandhomx jikkonferixxu d-dritt ta' residenza fl-Istati Membri l-oħra kif hemm provdut dwarhom fil-Kapitolu II ta' din id-Direttiva.

KAPITOLU III

RESIDENZA FL-ISTATI MEMBRI L-OĦRA

Artikolu 14

Prinċipju

1.  
Residenti għat-tul għandu jikseb id-dritt li jirrisjedu fit-territorju ta' l-Istati Membri minbarra dak li ikun tah l-istatus ta' residenti għat-tul, għal perjodu li jisboq it-tlett xhur, kemm-il darba l-kondizzjonijiet stipulati f'dan il-kapitolu jitħarsu.
2.  

Residenti għat-tul jista' jirrisjedi fit-tieni Stat Membru għar-raġunijiet li ġejjin:

(a) 

l-eżerċizzju ta' attività ekonomika f'kapaċità ta' impieg jew impieg għal rasu;

(b) 

l-insegwiment ta' studju jew taħriġ vokazzjonali;

(ċ) 

għanijiet oħra.

3.  
Fil-każ ta' attività ekonomika fil-kapaċità ta' impjegat jew impieg għal rasu msemmija fil-paragrafu 2(a), l-Istati Membri jistgħu jeżaminaw is-sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol tagħhom u japplikaw il-proċeduri nazzjonali tagħhom, fir-rigward tal-ħtiġiet għal, rispettivament, il-mili ta' posizzjoni battala, jew għall-eżerċizzju ta' dawk l-attivitajiet.

Għal raġunijiet tal-politika tas-suq tax-xogħol, l-Istati Membri jistgħu jagħtu preferenza lil ċittadini ta' l-Unjoni, lil ċittadini ta' pajjiżi terzi, fejn hemm provvidement dwar dan fil-leġislazzjoni tal-Komunità, kif ukoll għal ċittadini ta' pajjiżi terzi li jirrisjedu legalment u li jirċievu l-benefiċċji tad-disimipieg fl-Istat Membru konċernat.

4.  
B'deroga mid-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jillimitaw in-numru totali ta' persuni intitolati li jingħataw dritt tar-residenza, kemm-il darba dawk il-limitazzjonijiet ikunu diġà ffissati għad-dħul ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi fil-leġislazzjoni eżistenti fiż-żmien ta' l-adozzjoni ta' din id-Direttiva.
5.  

Dan il-kapitolu ma jikkonċernax ir-residenza ta' residenti għat-tul fit-territorju ta' l-Istati Membri:

(a) 

bħala ħaddiema impjegati imqegħda minn provditur ta' servizzi għall-finijiet ta' provvista ta' servizzi bejn il-fruntieri;

(b) 

bħala provdituri ta' servizzi bejn il-fruntieri.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, skond il-liġi nazzjonali, il-kondizzjonijiet li taħthom ir-residenti għat-tul li jixtiequ li jmorru lejn it-tieni Stat Membru bil-ħsieb li jeżerċitaw attività ekonomikabħala ħaddiema staġjonali li jkunu jistgħu jirrisjedu f'dak l-Istat Membru. Ħaddiema bejn il-fruntieri jistgħu ukoll ikunu suġġetti għal disposizzjonijiet speċifiċi tal-liġi nazzjonali.

6.  
Dan il-Kapitolu huwa mingħajr preġudizzju għall-leġislazzjoni relevanti tal-Komunità dwar is-sigurtà soċjali fir-rigward ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi.

Artikolu 15

Kondizzjonijiet għar-residenza f'tieni Stat Membru

1.  
Mill-aktar fis u mhux aktar tard minn tlett xhur wara d-dħul fit-territorju tat-tieni Stat Membru, ir-residenti għat-tul jista' japplika lill-awtoritajiet kompetenti ta' dak l-Istat Membru għal permess ta' residenza.

L-Istati Membri jistgħu jaċċettaw li r-residenti għat-tul jibgħat l-applikazzjoni għal permess ta' residenza lill-awtoritajiet kompetenti tat-tieni Stat Membru waqt li ikun għadu joqgħod fit-territorju ta' l-ewwel Stat Membru.

2.  

L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li l-persuni konċernati jipprovdu evidenza li huma ikollhom:

(a) 

riżorsi stabbli u regolari li ikunu suffiċjenti biex imantnu lilhom infushom u lill-membri tal-familja tagħhom, mingħajr ma jirrikorru għall-assistenza soċjali ta' l-Istat Membru konċernat. Għal kull waħda mill-kategoriji msemmija fl-Artikolu 14(2), l-Istati Membri għandhom jevalwaw dawn ir-riżorsi b'referenza għan-natura tagħhom u r-regolarità u jistgħu jagħtu kont tal-livell tal-paga minima u l-pensjonijiet;

(b) 

assigurazzjoni tal-mard li tkun tkopri r-riskji kollha fit-tieni Stat Membru li normalment ikunu l-istess bħal dawk taċ-ċittadini proprji ta' l-Istat Membru konċernat.

3.  
L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li ċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi jikkonformaw mal-miżuri ta' integrazzjoni, skond il-liġi nazzjonali.

Din il-kondizzjoni ma għandhiex tapplika fejn iċ-ċittadini tal-pajjiżi terzi konċernati ikunu ġew meħtieġa li jikkonformaw mal-kondizzjonijiet ta' integrazzjoni sabiex jingħataw status ta' residenti għat-tul, skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 5(2).

Mingħajr preġudizzju għa-tieni subparagrafu, il-persuni konċernati jistgħu ikunu meħtieġa li jattendu korsijiet tal-lingwa.

4.  
L-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata b'evidenza dokumentarja, li għandha tiġi stabbilita bili-liġi nazzjonali, li l-persuni konċernati jissodisfaw il-kondizzjonijiet relevanti, kif ukoll permezz tal-permess ta' residenti għat-tul u dokument validu ta' l-ivvjaġġar jew kopji ċertifikati tagħhom.

L-evidenza msemmija fl-ewwel subparagrafu tista' ukoll tinkludi dokumentazzjoni fir-rigward ta' l-akkommodazzjoni xierqa.

B'mod partikolari:

(a) 

fil-każ ta' l-eżerċizzju ta' attività ekonomika it-tieni Stat Membru jista' jeħtieġ li l-persuni konċernati jipprovdu evidenza:

(i) 

jekk ikunu f'kapaċità ta' impjegati, li jkollhom kuntratt ta' impieg, dikjarazzjoni minn min iħaddem illi huma impjegati jew propsta għal kuntratt ta' l-impieg, taħt il-kondizzjonijiet li hemm provvidiment dwarhom fil-leġislazzjoni nazzjonali. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu liema mill-imsemmija forom ta' evidenza hija meħtieġa.

(ii) 

jekk ikunu fil-kapaċità ta' impjegati għal rashom, li jkollhom il-fondi xierqa li ikunu meħtieġa, skond il-liġi nazzjonali, biex jeżerċitaw l-attività ekonomika f'dik il-kapaċità, waqt li jippreżentaw id-dokumenti u l-permessi meħtieġa;

(b) 

fil-każ ta' studju jew taħriġ vokazzjonali it-tieni Stat Membru jista' jeħtieġ li l-persuni konċernati jipprovdu evidenza li ikunu inkitbu fi stabbiliment akkreditat sabiex isegwu studji jew taħriġ vokazzjonali.

Artikolu 16

Membri tal-familja

1.  
Fejn ir-resident għat-tul jeżerċita d-dritt tiegħu/tagħha f'tieni Stat Membru u fejn il-familja kienet diġà kostitwita fl-ewwel Stat Membru, il-membri tal-familja tiegħu/tagħha li jissodisfaw il-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2003/86/KE għandhom ikunu awtorizzati li jakkumpanjaw jew li jingħaqdu mar-resident għat-tul.
2.  
Fejn ir-resident għat-tul jeżerċita d-dritt tiegħu/tagħha f'tieni Stat Membru u fejn il-familja kienet diġà kostitwita fl-ewwel Stat Membru, il-membri tal-familja tiegħu/tagħhaminbarra dawk imsemmija fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2003/86/KE jistgħu jkunu awtorizzati li jakkumpanjaw jew li jingħaqdu mar-resident għat-tul.
3.  
Fir-rigward tas-sottomissjoni ta' l-applikazzjoni għal permess ta' residenza, japplikaw id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 15(1).
4.  

It-tieni Stat Membru jista' jeħtieġ li l-membri tal-familja konċernati jippreżentaw ma' l-applikazzjoni tagħhom għal permess tar-residenza:

(a) 

il-permess KE tar-residenza tagħhom għal residenti għat-tul jew permess tar-residenza jew dokument valur ta' l-ivvjaġġar jew kopji ċertifikati tagħhom;

(b) 

evidenza li ikunu rrisjedew bħala membri tal-familja tar-resident għat-tul fl-ewwel Stat Membru;

(ċ) 

evidenza li huha ikollhom riżorsi stabbli u regolari li ikunu suffiċjenti biex imantnu lilhom infushom mingħajr ma jirrikorru għall-assistenza soċjali ta' l-Istat Membru konċernat jew li r-resident għat-tul ikollu dawk ir-riżorsi u assigurazzjoni għalihom, kif ukoll assigurazzjoni tal-mard li tkun tkopri r-riskji kollha fit-tieni Stat Membru. L-Istati Membri għandhom jevalvaw dawn ir-riżorsi b'referenza għan-natura u r-regolarità tagħhom u jistgħu jagħtu kont tal-livell tal-paga minima u tal-pensjonijiet.

5.  
Fejn il-familja ma tkunx diġà kostitwita fl-ewwel Stat Membru, id-Direttiva 2003/86/KCgħandha tapplika.

Artikolu 17

Politka pubblika u sigurtà pubblika

1.  
L-Istati Membri jistgħu jirrifjutaw applikazzjonijiet għar-residenza minn residenti għat-tul jew membri tal-familja tagħhom fejn il-persuna konċernata tkun tikkostitwixxi theddida għall-politika pubblika jew għas-sigurtà pubblika.

Meta tittieħed id-deċiżjoni relevanti, l-Istat Membru għandu jikkonsidra s-severità jew it-tip ta' reat kontra l-politika pubblika jew is-sigurtà pubblika kommess mir-resident għat-tul jew il-membru/i tal-familja tiegħu/tagħha, jew il-perikolu li tippreżenta l-persuna konċernata.

2.  
Id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex tkun ibbażata fuq konsiderazzjonijiet ekonomiċi.

Artikolu 18

Saħħa pubblika

1.  
L-Istati Membri jistgħu jirrifjutaw applikazzjonijiet għar-residenza minn residenti għat-tul jew il-familji tagħhom fejn il-persuna konċernata tkun tikkostitwixxi theddida għas-saħħa pubblika.
2.  
L-uniku mard li jista' jiġġustifika rifjut li jippermetti d-dħul jew id-dritt ta' residenza fit-territorju tat-tieni Stat Membru għandu ikun il-mard kif definit fl-istrumenti relevanti applikabbli ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa u dak il-mard l-ieħor infettuż jew li jittieħed ibbażat fuq parassiti hekk kif inhu suġġett għal-disposizzjonijiet protettivi b'relazzjoni maċ-ċittadini tal-pajjiżi li jospita. L-Istati Membri ma għandhomx jintroduċu disposizzjonijiet jew prattiċi ġodda aktar restrittivi.
3.  
Il-mard li jseħħ wara li ikun inħareġ l-ewwel permess ta' residenza fit-tieni Stat Membru ma għandux jiġġustifika r-rifjut tat-tiġdid tal-permess jew it-tkeċċija mit-territorju.
4.  
L-Istat Membru jista' jeħtieġ eżami mediku, għall-persuni li għalihom tgodd din id-Direttiva, sabiex jiġi ċertifikat li ma ikunux isofru minn xi mard imsemmi fil-paragrafu 2. Dawk l-eżamijiet mediċi, li jistgħu ikunu mingħajr ħlas, ma għandhomx jitwettqu fuq bażi sistematiku.

Artikolu 19

Eżami ta' l-applikazzjonijiet u l-ħruġ tal-permess ta' residenza

1.  
L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jipproċessaw l-applikazzjonijiet fi żmien erba' xhur mid-data fi fiha ikunu intbagħtu.

Jekk applikazzjoni ma tkunx akkumpanjata bl-evidenza dokumentarja elenkata fl-Artikoli 15 u 16, jew f'ċirkostanzi eċċezzjonali marbuta mal-komplessità ta' l-eżami ta' l-applikazzjoni, il-limitu ta' żmien imsemmi fl-ewwel subparagrafu jista' jiġi estiż għal perjodu li ma jisboqx it-tlett xhur. F'dawk il-każi l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jinfurmaw b'dan lill-applikant.

2.  
Jekk il-kondizzjonijiet li hemm provvidiment dwarhom fl-Artikoli 14, 15 u 16 jiġu sodisfatti, allura, bla ħsara għad-disposizzjonijiet li jirrelataw mal-politika pubblika, is-sigurtà pubblika u s-saħħa pubblika, it-tieni Stat Membru għandu joħroġ lir-resident għat-tul permess ta' residenza li jiġġedded. Il-permess ta' residenza għandu, b'applikazzjoni, jekk meħtieġ, jiġġedded malli jiskadi. It-tieni Stat Membru għandu jinforma lill-ewwel Stat Membru bid-deċiżjoni tiegħu.
3.  
It-tieni Stat Membru għandu joħroġ lill-membri tal-familja ta' residenti għat-tul permessi ta' residenza li ikunu validi għall-istess perjodu bħal dak tal-permess maħruġ lir-residenti għat-tul.

▼M1

Artikolu 19a

Emenda għall-permessi ta’ residenza fl-UE tar-residenti fit-tul

1.  
Fejn permess ta’ residenza fl-UE tar-residenti fit-tul ikun fih ir-rimarka li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 8(4), u fejn, skont l-istrumenti internazzjonali u l-liġi nazzjonali applikabbli, r-responsabbilità għall-protezzjoni internazzjonali tiġi ttrasferita lil tieni Stat Membru qabel ma dak l-Istat Membru joħroġ il-permess ta’ residenza fl-UE tar-residenti fit-tul imsemmi fl-Artikolu 8(5), it-tieni Stat Membru għandu jitlob lill-Istat Membru li jkun ħareġ il-permess ta’ residenza fl-UE tar-residenti fit-tul biex jemenda dik ir-rimarka skont dan.
2.  
Fejn resident fit-tul jingħata protezzjoni internazzjonali fit-tieni Stat Membru qabel ma dak l-Istat Membru ħareġ il-permess ta’ residenza fl-UE tar-residenti fit-tul imsemmi fl-Artikolu 8(5), dak l-Istat Membru għandu jitlob lill-Istat Membru li jkun ħareġ il-permess ta’ residenza fl-UE tar-residenti fit-tul biex jemendah sabiex idaħħal ir-rimarka msemmija fl-Artikolu 8(4).
3.  
Wara t-talba msemmija fil-paragrafi 1 u 2, l-Istat Membru li jkun ħareġ il-permess ta’ residenza fl-UE tar-residenti fit-tul għandu joħroġ permess ta’ residenza fl-UE tar-residenti fit-tul emendat sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara li jirċievi t-talba mit-tieni Stat Membru.

▼B

Artikolu 20

Garanziji proċedurali

1.  
Għandhom jingħataw ir-raġunijiet għal kull deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni għal permess ta' residenza. Dan għandu jiġi notifikat liċ-ċittadin tal-pajjiż terz konċernat skond il-proċeduri ta' notifikazzjoni taħt il-leġislazzjoni relevanti nazzjonali. In-notifikazzjoni għandha tispeċifika l-proċeduri possibbli ta' rimedju disponibbli u l-limitu ta' żmien biex tittieħed dik l-azzjoni.

Kull konsegwenzi li jirriżultaw minħabba li ma tittieħidx deċiżjoni sa l-aħħar tal-perjodu msemmi fl-Artikolu 19(1) għandhom ikunu stabbiliti bil-leġislazzjoni nazzjonali ta' l-Istat Membru relevanti.

2.  
Fejn applikazzjoni għal permess ta' residenza tiġi rifjutata, jew permess ma jiġġeddidx jew jiġi irtirat, il-persuna konċernata għandu ikollha d-dritt li tiftaħ proċeduri legali fl-Istat Membru konċernat.

Artikolu 21

Trattament mogħti fit-tieni Stat Membru

1.  
Malli ikunu irċevew il-permess ta' residenza li hekk provvidiment dwaru fl-Artikolu 19 fit-tieni Stat Membru, ir-residenti għat-tuk f'dak l-Istat Membru għandhom igawdu trattament ugwali fl-oqsma u taħt il-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 11.
2.  
Ir-residenti għat-tul għandu ikollhom aċċess għas-suq tax-xogħol skond id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1.

L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-persuni msemmija fl-Artikolu 14(2)(a) ikollhom aċċess ristrett għall-attivitajiet ta' impieg differenti minn dawk li għalihom ikunu ingħataw il-permess ta' residenza taħt il-kondizzjonijiet stipulati fil-leġislazzjoni nazzjonali għal perjodu li ma jisboqx it-12-il xahar.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu skond il-liġi nazzjonali l-kondizzjonijiet li taħthom il-persuni msemmija fl-Artikolu14(2)(b) jew (ċ) jista' ikollhom aċċess għal attività ta' impieg jew impieg għal rashom.

3.  
Malli ikunu irċevew il-permess ta' residenza li hemm provvidiment dwaru fl-Artikolu 19 fit-tieni Stat Membru, il-membri tal-familja tar-residenti għat-tul għandhom f'dak l-Istat Membru igawdu d-drittijiet elenkati fl-Artikolu 14 tad-Direttiva 2003/86/KE.

Artikolu 22

Irtirar tal-permess ta' residenza u obbligu għal dħul lura

1.  

Sakemm iċ-ċittadin tal-pajjiż terz ikun kiseb status ta' residenti għat-tul, it-tiini Stat Membru jista' jiddeċiedi li jirrifjuta li jġedded jew li jirtira l-permess tar-residenza u li jobbliga lill-persuna konċernata u lill-membri tal-familja tiegħu/tagħha, skond il-proċeduri li hemm provvidiment dwarhom fil-liġi nazzjonali, inklużi proċeduri ta' tneħħija, li jħallu t-territorju tiegħu fil-każi li ġejjin:

(a) 

għal raġunijiet ta' politika pubblika jew sigurtà pubblika kif definit fl-Artikolu 17;

(b) 

fejn il-kondizzjonijiet li hemm provvidiment dwarhom fl-Artikoli 14, 15 u 16 ma jkunux aktar imħarsa;

(ċ) 

fejn iċ-ċittadin tal-pajjiż terz ma ikunx jirrisjedi legalment fl-Istat Membru konċernat.

2.  
Jekk it-tieni Stat Membru jadotta xi waħda mill-miżuri msemmija fil-paragrafu 1, l-ewwel Stat Membru għandu minnufih idaħħal lura mingħajr formalitajiet ir-resident għat-tul u l-membri tal-familja tiegħu/tagħha. It-tieni Stat Membru għandu jinnotifika lill-ewwel Stat Membru bid-deċiżjoni tiegħu.
3.  
Sakemm iċ-ċittadin tal-pajjiż terz ikun kiseb status ta' residenza għat-tul u mingħajr preġudizzju għall-obbligu tad-dħul lura imsemmi fil-paragrafu 2, it-tieni Stat Membru għandu jadotta deċiżjoni li jneħħi liċ-ċittadin tal-pajjiż terz mit-territorju ta' l-Unjoni skond u taħt il-garanziji ta' l-Artikolu 12, għal raġunijiet serji ta' politika pubblika u sigurtà pubblika.

F'dawk il-każi, fejn tiġi adottata l-imsemmija deċiżjoni, it-tieni Stat Membru għandu jikkonsulta ma' l-ewwel Stat Membru.

Fejn it-tieni Stat Membru jadotta deċiżjoni li jneħħi ċ-ċittadin tal-pajjiż terz konċernat, dan għandu jieħu l-miżuri kollha xierqa biex jimplimentha. F'dawk il-każi, t-tieni Stat Membru għandu jipprovdi lill-ewwel Stat Membru l-informazzjoni xierqa fir-rigward ta' l-implimentazzjoni tad-deċiżjoni tat-tneħħija.

▼M1

3a.  
Sakemm, fil-frattemp, ma tkunx ġiet irtirata l-protezzjoni internazzjonali jew jekk il-persuna tidħol f’waħda mill-kategoriji speċifikati fl-Artikolu 21(2) tad-Direttiva 2004/83/KE, il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu m’għandux japplika għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li l-permess ta’ residenza fit-tul fl-UE tagħhom maħruġ mill-ewwel Stat Membru ikun fih ir-rimarka msemmija fl-Artikolu 8(4) ta’ din id-Direttiva.

Dan il-paragrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 21(1) tad-Direttiva 2004/83/KE.

▼B

4.  
Id-deċiżjonijiet tat-tneħħija ma għandhomx ikunu akkumpanjati bi projbizzjoni permanenti dwar residenza fil-każi msemmija fil-paragrafu 1(b) u (ċ).
5.  
L-obbligi tad-dħul lura msemmi fil-paragrafu 2 għandu ikun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li r-resident għat-tul u/jew il-membri tal-familja tiegħu/tagħha imorru lejn Stat Membru terz.

Artikolu 23

Kisba ta' status ta' resident għat-tul fit-tieni Stat Membru

1.  
Malli ssirlu applikazzjoni, it-tieni Stat Membru għandu jagħti l-istatus ta' residenti għat-tul li hemm provvediment dwaru fl-Artikolu 7, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta' l-Artikoli 3, 4, 5 u 6. It-tieni Stat Membru għandu jinnotifika d-deċiżjoni tiegħu lill-ewwel Stat Membru.
2.  
Il-proċeduri preskritti fl-Artikolu 7 għandhom japplikaw għall-presentazzjoni u l-eżami ta' applikazzjonijiet għal status ta' resident għat-tul fit-tieni Stat Membru. L-Artikolu 8 għandu japplika għall-ħruġ tal-permess tar-residenza. Fejn l-applikazzjoni tiġi rifjutata, il-garanziji proċedurali li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 10 għandhom japplikaw.

KAPITOLU IV

DISPOSIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 24

Rapport u klawżola rendez-vous

Perjodikament, u għall-ewwel darba mhux aktar tard mit-23 ta' Jannar 2011, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kuinsill dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva fl-Istati Membri u għandha tipproponi dawk l-emendi hekk kif jistgħu ikunu meħtieġa. Dawn il-proposti għall-emendi għandhom isiru permezz ta' prijorità b'relazzjoni ma' l-Artikoli 4, 5, 9 u 11 u l-Kapitolu III.

Artikolu 25

Punti ta' kuntatt

▼M1

L-Istati Membri għandhom jaħtru punti ta’ kuntatt li jkunu responsabbli biex jirċievu u jibagħtu l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni msemmija fl-Artikoli 8, 12, 19, 19a, 22 u 23.

▼B

L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-koperazzjoni adattata fl-iskambju ta' l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu.

Artikolu 26

Transposizzjoni

▼M2

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolament u d-dispożizzjonijiet meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-23 ta’ Jannar 2006. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolament u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw mal-Artikolu 4(2), it-tielet subparagrafu, u (3a) sat-12 ta’ Ġunju 2026. Huma għandhom jikkomunikaw it-test ta’ dawk il-miżuri lill-Kummissjoni minnufih.

▼B

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu ikun fihom refernza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b'dik ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni tagħhom. Il-metodi ta' kif issir dik ir-referenza għandu ikunu preskritti mill-Istati Membri.

Artikolu 27

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 28

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri skond it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.



( 1 )  ĠU L 251, tat-3.10.2003, p. 12.

( 2 )  ĠU L 304, 30.9.2004, p. 12.

( 3 ) Ir-Regolament (UE) 2024/1347 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Mejju 2024 dwar standards għall-kwalifika ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni apolidi bħala benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali, għal status uniformi għar-rifuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija, u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L, 2024/1347, 22.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1347/oj).

( 4 )  ĠU L 157, tal-15.6.2002, p. 1.