|
16.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 328/4 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1485
tal-15 ta’ Settembru 2021
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli f’ċerti Stati Membri
(notifikata bid-dokument C(2021) 6765)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-punt (c) tal-Artikolu 259(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli (HPAI) hija marda virali infettiva tal-għasafar u tista’ tħalli impatt serju fuq il-profittabbiltà tat-trobbija tat-tjur u toħloq tfixkil għall-kummerċ fl-Unjoni u fl-esportazzjonijiet lejn il-pajjiżi terzi. Il-viruses tal-HPAI jistgħu jinfettaw lill-għasafar migratorji u dawn imbagħad jistgħu jinxterdu fuq distanzi twal waqt il-passa tagħhom fil-ħarifa u fir-rebbiegħa. Għaldaqstant, il-preżenza tal-viruses tal-HPAI fl-għasafar selvaġġi hija theddida kontinwa għall-introduzzjoni diretta u indiretta ta’ dawn il-viruses fl-azjendi li jżommu t-tjur jew l-għasafar miżmuma fil-magħluq. Fil-każ ta’ tifqigħa tal-HPAI, hemm riskju li l-aġent tal-marda jinfirex f’azjendi oħra li jżommu t-tjur jew l-għasafar miżmuma fil-magħluq. |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi qafas leġiżlattiv ġdid għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard li hu trażmissibbli lill-annimali jew lill-bnedmin. L-HPAI taqa’ fid-definizzjoni ta’ marda elenkata f’dak ir-Regolament, u hija soġġetta għar-regoli dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard stabbiliti fih. Barra minn hekk, ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 (2) jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat, inkluż miżuri ta’ kontroll tal-mard għall-HPAI. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/641 (3) ġiet adottata fil-qafas tar-Regolament (UE) 2016/429, u din tistabbilixxi miżuri għall-kontroll tal-mard marbuta ma’ tifqigħat tal-HPAI. |
|
(4) |
B’mod aktar partikolari, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 tipprevedi li ż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti mill-Istati Membri wara t-tifqigħat tal-HPAI, f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, iridu jinkludu mill-anqas iż-żoni elenkati bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni. |
|
(5) |
L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 ġie emendat dan l-aħħar bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1454 (4) wara tifqigħa ġdida tal-HPAI fit-tjur jew fl-għasafar miżmuma fil-magħluq fin-Netherlands li kien jeħtieġ tiġi riflessa f’dak l-Anness. |
|
(6) |
Mid-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1454, il-Belġju nnotifikat lill-Kummissjoni dwar tifqigħa tal-HPAI tas-sottotip H5N8 f’azjenda li żżomm it-tjur jew l-għasafar miżmuma fil-magħluq fil-provinċja ta’ Flanders tal-Punent ta’ dak l-Istat Membru. |
|
(7) |
Barra dan, il-Lussemburgu nnotifika lill-Kummissjoni dwar tifqigħa tal-HPAI tas-sottotip H5N8 f’azjenda fejn jinżammu t-tjur jew l-għasafar miżmuma fil-magħluq fil-canton ta’ Grevenmacher ta’ dak l-Istat Membru. |
|
(8) |
Barra minn hekk, Franza nnotifikat lill-Kummissjoni dwar tifqigħa tal-HPAI tas-sottotip H5N8 f’azjenda fejn jinżammu t-tjur jew l-għasafar miżmuma fil-magħluq fir-Reġjun tal-Ardennes ta’ dak l-Istat Membru. |
|
(9) |
Dawk it-tifqigħat fil-Belġju, fi Franza u fil-Lussemburgu huma barra miż-żoni li bħalissa huma elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641, u l-awtoritajiet kompetenti ta’ dawk l-Istati Membri ħadu l-miżuri meħtieġa għall-kontroll tal-mard f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, inkluż l-istabbiliment ta’ żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza madwar dawn it-tifqigħat. |
|
(10) |
Barra minn hekk, it-tifqigħa kkonfermata fil-Belġju tinsab qrib ħafna tal-fruntiera ma’ Franza. Għaldaqstant, l-awtoritajiet kompetenti ta’ dawk iż-żewġ Stati Membri kkollaboraw kif xieraq fir-rigward tal-istabbiliment taż-żona ta’ sorveljanza meħtieġa, f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, billi ż-żona ta’ sorveljanza testendi fit-territorju ta’ Franza. |
|
(11) |
Barra minn hekk, it-tifqigħa kkonfermata fil-Lussemburgu tinsab qrib ħafna tal-fruntiera mal-Ġermanja. Għaldaqstant, l-awtoritajiet kompetenti ta’ dawk iż-żewġ Stati Membri kkollaboraw kif xieraq fir-rigward tal-istabbiliment taż-żona ta’ sorveljanza meħtieġa, f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, billi ż-żona ta’ sorveljanza testendi fit-territorju tal-Ġermanja. |
|
(12) |
Il-Kummissjoni eżaminat dawk il-miżuri għall-kontroll tal-mard li ħadu l-Belġju, il-Ġermanja, Franza u l-Lussemburgu b’kollaborazzjoni ma’ dawk l-Istati Membri, u tinsab sodisfatta li l-konfini taż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Belġju, ta’ Franza u tal-Lussemburgu, u ż-żona ta’ sorveljanza stabbilita mill-awtorità kompetenti tal-Ġermanja, jinsabu ‘l bogħod biżżejjed mill-azjendi fejn ġew ikkonfermati t-tifqigħat riċenti tal-HPAI. |
|
(13) |
Biex ikun evitat kwalunkwe tfixkil bla bżonn fil-kummerċ fi ħdan l-Unjoni u biex tkun evitata l-impożizzjoni ta’ ostakli mhux ġustifikati għall-kummerċ min-naħa tal-pajjiżi terzi, jeħtieġ issir deskrizzjoni mingħajr dewmien fil-livell tal-Unjoni, b’kollaborazzjoni mal-Belġju, ma’ Franza u mal-Lussemburgu, taż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti minn dawk l-Istati Membri f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687. |
|
(14) |
Barra minn hekk, jeħtieġ ukoll li ssir deskrizzjoni mingħajr dewmien fil-livell tal-Unjoni, b’kollaborazzjoni mal-Ġermanja, taż-żona ta’ sorveljanza stabbilita minn dak l-Istat Membru f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687. |
|
(15) |
Għalhekk, jenħtieġ li jiġu elenkati ż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza għall-Belġju, għal Franza u għal-Lussemburgu, u jenħtieġ li tiġi elenkata ż-żona ta’ sorveljanza għall-Ġermanja fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641. |
|
(16) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li jiġi emendat l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 biex tiġi aġġornata r-reġjonalizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni ħalli jitqiesu ż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti kif xieraq mill-Belġju, minn Franza u mil-Lussemburgu, u ż-żona ta’ sorveljanza stabbilita kif xieraq mill-Ġermanja, f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, u d-durata tar-restrizzjonijiet li japplikaw fihom. |
|
(17) |
Barra minn hekk, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 tapplika sat-30 ta’ Settembru 2021. Madankollu, id-durata tar-restrizzjonijiet applikabbli fiż-żoni ristretti stabbiliti mill-Belġju, mill-Ġermanja, minn Franza u mil-Lussemburgu f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 testendi lil hinn mit-30 ta’ Settembru 2021. |
|
(18) |
Barra minn hekk, minħabba s-sejbiet kontinwi tal-viruses tal-HPAI fl-għasafar selvaġġi fl-Unjoni u r-riskji tat-tixrid ta’ dik il-marda minn għasafar selvaġġi migratorji matul l-istaġun tal-passa fil-ħarifa tagħhom, hemm riskju dejjem akbar ta’ tifqigħat ulterjuri fit-tjur tal-irziezet u fl-għasafar miżmuma fil-magħluq. |
|
(19) |
Għalhekk huwa xieraq li l-perjodu ta’ applikazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 jittawwal sat-30 ta’ Settembru 2022, biex ikopri l-istaġun tal-passa annwali li jmiss tal-għasafar selvaġġi migratorji. Din l-estensjoni tqis ukoll l-iżviluppi attwali fis-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni fir-rigward tal-HPAI u r-riskji korrispondenti għas-saħħa tal-annimali li jirriżultaw minn tifqigħat ulterjuri possibbli ta’ dik il-marda. |
|
(20) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 tiġi emendata skont dan. |
|
(21) |
Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni rigward it-tixrid tal-HPAI, hu importanti li l-emendi li jridu jsiru lid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 permezz ta’ din id-Deċiżjoni, isiru effettivi kemm jista’ jkun malajr. |
|
(22) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 4, id-data “it-30 ta’ Settembru 2021” tinbidel bid-data “it-30 ta’ Settembru 2022”; |
|
(2) |
l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Settembru 2021.
Għall-Kummissjoni
Stella KYRIAKIDES
Membru tal-Kummissjoni
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64).
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/641 tas-16 ta’ April 2021 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli f’ċerti Stati Membri (ĠU L 134, 20.4.2021, p. 166).
(4) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1454 tas-6 ta’ Settembru 2021 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli f’ċerti Stati Membri (ĠU L 316, 7.9.2021, p. 1).
ANNESS
“ANNESS
PARTI A
Iż-żoni ta’ protezzjoni msemmija fl-Artikoli 1 u 2:
Stat Membru: Il-Belġju
|
Iż-żona li tinkludi: |
Id-data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 39 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 |
|
Province: West Flanders |
|
|
Those parts of the municipalities of Kortrijk, Menen and Wevelgem contained within a circle of a radius of three kilometres, centered on WGS84 dec. coordinates long 3,2141 - lat 50,7990 |
22.9.2021 |
Stat Membru: Franza
|
Iż-żona li tinkludi: |
Id-data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 39 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 |
|
Les communes suivantes dans le département: ARDENNES (08) |
|
|
BALLAY; VANDY; VOUZIERS |
4.10.2021 |
Stat Membru: Il-Lussemburgu
|
Iż-żona li tinkludi: |
Id-data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 39 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 |
|
Entire municipality of Betzdorf. The following localities in the municipality of Flaxweiler: Flaxweiler and Buchholz. |
27.9.2021 |
Stat Membru: In-Netherlands
|
Iż-żona li tinkludi: |
Id-data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 39 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Province: Overijssel |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
14.9.2021 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Stat Membru: Il-Polonja
|
Iż-żona li tinkludi: |
Id-data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 39 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 |
||||
|
Mazowieckie voivodship, żuromiński district |
|||||
Karniszyn, Karniszyn-Parcele, Sadłowo, Sadłowo-Parcele, Strzeszewo;
Chamsk, Młudzyn. |
3.9.2021 |
||||
PARTI B
Iż-żoni ta’ sorveljanza msemmija fl-Artikoli 1 u 3:
Stat Membru: Il-Belġju
|
Iż-żona li tinkludi: |
Id-data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 |
|
Provinces: West Flanders and Hainaut |
|
|
The municipalities or parts of the municipalities of Deerlijk, Estaimpuis, Harelbeke, Kortrijk, Kuurne, Ledegem, Lendelede, Menen, Mouscron, Moorslede, Wervik, Wevelgem and Zwevegem contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centered on WGS84 dec. coordinates long 3,2141 - lat 50,7990 and beyond the area described in the protection zone. |
1.10.2021 |
|
Those parts of the municipalities of Kortrijk, Menen and Wevelgem contained within a circle of a radius of three kilometres, centered on WGS84 dec. coordinates long 3,2141 - lat 50,7990 |
Mit-23.9.2021 sal-1.10.2021 |
Stat Membru: Il-Ġermanja
|
Iż-żona li tinkludi: |
Id-data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 |
|
RHEINLAND-PFALZ |
|
|
Id-distrett ta' Trier-Saarburg Gemarkungen Temmels, Wellen, Nittel (im Osten begrenzt durch die K 110), Köllig, Rehlingen, Wincheringen (im Osten begrenzt durch die K 110, in der Ortslage Trierer Straße, Warsberger Straße und Helfanter Straße) sowie Wehr (im Süden begrenzt durch die B 419). |
6.10.2021 |
Stat Membru: Franza
|
Iż-żona li tinkludi: |
Id-data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Les communes suivantes dans le département: ARDENNES (08) |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
13.10.2021 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
BALLAY ; VANDY ; VOUZIERS |
Mill-5.10.2021 sat-13.10.2021 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Les communes suivantes dans le département: NORD (59) |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
BOUSBECQUE ; HALLUIN ; NEUVILLE-EN-FERRAIN ; RONCQ ; TOURCOING ; WATTRELOS |
1.10.2021 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Stat Membru: Il-Lussemburgu
|
Iż-żona li tinkludi: |
Id-data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 |
|
The entire municipalities of Bech, Biwer, Grewenmacher, Junglinster, Lenningen, Manternach, Niederanven, Schuttrange and Wormeldange. The municipality of Flaxweiler excluding the localitiest covered by the protection zone (Flaxweiler and Buchholz). |
6.10.2021 |
|
Entire municipality of Betzdorf. The following localities in the municipality of Flaxweiler: Flaxweiler and Buchholz. |
Mit-28.9.2021 sas-6.10.2021 |
Stat Membru: In-Netherlands
|
Iż-żona li tinkludi: |
Id-data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Province: Overijssel |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Mill-15.9.2021 sat-23.9.2021 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
23.9.2021 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Stat Membru: Il-Polonja
|
Iż-żona li tinkludi: |
Id-data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 |
||||||||||||||
|
Mazowieckie voivodship, żuromiński district |
|||||||||||||||
Kocewo, Myślin, Dąbrówki, Mak, Władysławowo, Stanisławowo, Pozga, Bielawy Gołuskie, Gołuszyn, Dźwierzno, Kobyla Łąka, Sławęcin, Zgliczyn Pobodzy, Stawiszyn-Łaziska, Wilewo, Stawiszyn-Zwalewo, Wieluń-Zalesie, Pełki, Małocin, Trzaski;
Siemcichy, Chromakowo, Przeradz Mały, Przeradz Nowy, Przeradz Wielki, Swojęcin, Mojnowo, Obręb, Parlin, Lutocin, Seroki, Zimolza, Elżbiecin, Felcyn, Jonne;
Będzymin, Rzężawy, Kruszewo, Brudnice, Poniatowo, Wiadrowo, Dąbrowa, Cierpigórz, Franciszkowo, Olszewo, Kosewo, Dębsk, Kliczewo Małe, Kliczewo Duże, Wólka Kliczewska, Nowe Nadratowo, Stare Nadratowo, Sadowo;
|
12.9.2021 |
||||||||||||||
Karniszyn, Karniszyn-Parcele, Sadłowo, Sadłowo-Parcele, Strzeszewo;
Chamsk, Młudzyn. |
Mill-4.9.2021 sat-12.9.2021 |
||||||||||||||
|
Mazowieckie voivodship, mławski district |
|||||||||||||||
Zgliczyn-Glinki, Zgliczyn Witowy;
Ługi, Słowikowo. |
12.9.2021 |
||||||||||||||