<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑119/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CJ0119</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:987">EU:C:2016:987</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>11</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>11</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>tmilcjeSENTENZA TAL-<DATE ISO="20161221">21.12.2016</DATE> – KAWŻA C-119/15</P><P>BIURO PODRÓŻY <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>PARTNER<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Tal-Ġustizzja</HT> (Il-Ħames Awla)</P><P><DATE ISO="20161221">21 ta’ Diċembru 2016</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Pollakk.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 93/13/KEE</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2009/22/KE</KEYWORD><KEYWORD>Protezzjoni tal-konsumaturi</KEYWORD><KEYWORD>Effett erga omnes ta’ klawżoli inġusti li jinsabu f’reġistru pubbliku</KEYWORD><KEYWORD>Sanzjoni pekunjarja imposta fuq bejjiegħ jew fornitur li jkun uża klawżola ekwivalenti għal dik inkluża fl-imsemmi reġistru</KEYWORD><KEYWORD>Bejjiegħ jew fornitur li ma jkunx ipparteċipa fil-proċedura li wasslet għall-konstatazzjoni tan-natura inġusta ta’ klawżola</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>qorti jew tribunal ta’ Stat Membru li kontra d-deċiżjonijiet tiegħu ma jkun hemm ebda rimedju ġudizzjarju taħt il-liġi nazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-119/15,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mis-Sąd Apelacyjny w Warszawie (qorti tal-appell ta’ Varsavja, il-Polonja), permezz ta’ deċiżjoni tad-<DATE ISO="20141119">19 ta’ Novembru 2014</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fid-<DATE ISO="20150309">9 ta’ Marzu 2015</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Biuro podróży <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Partner<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> sp. z o.o. sp.k. w Dąbrowie Górniczej</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Prezes Urzędu Ochrony Konkurencji i Konsumentów,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),</P><P>komposta minn J. L. da Cruz Vilaça, President tal-Awla, M. Berger, A. Borg Barthet, E. Levits (Relatur) u F. Biltgen, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: H. Saugmandsgaard Øe,</P><P>Reġistratur: K. Malacek, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tad-<DATE ISO="20160309">9 ta’ Marzu 2016</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Biuro podróży <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Partner<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> sp. z o.o. sp. komandytowa w Dąbrowie Górniczej, minn I. Bryła-Rokicka, konsulent legali,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Prezes Urzędu Ochrony Konkurencji i Konsumentów, minn D. Sprzączkowska, konsulent legali,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna u M. Nowak kif ukoll minn M. Kamejsza, bħala aġenti,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn G. Goddin u A. Szmytkowska kif ukoll minn D. Roussanov, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20160602">2 ta’ Ġunju 2016</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 6(1) u tal-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-<DATE ISO="19930405">5 ta’ April 1993</DATE>, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288), moqrija flimkien mal-Artikoli 1 u 2 tad-Direttiva 2009/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20090423">23 ta’ April 2009</DATE>, dwar inġunzjonijiet għall-protezzjoni tal-interessi tal-konsumaturi (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="110" PAGE.FIRST="30" DATE.PUB="2009">ĠU L 110, p. 30</REF.DOC.OJ>), kif ukoll tal-Artikolu 267 TFUE</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn Biuro podróży <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Partner<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> sp. z o.o. sp.k. w Dąbrowie Górniczej (iktar ’il-quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Biuro Partner<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>) u l-Prezes Urząd Ochrony Konkurencji i Konsumentów (president tal-uffiċċju tal-protezzjoni tal-kompetizzjoni u tal-konsumaturi, Il-Polonja) dwar l-użu minn Biuro Partner ta’ klawżoli ta’ kundizzjonijiet ġenerali inklużi fir-reġistru nazzjonali tal-klawżoli ta’ kundizzjonijiet ġenerali illegali.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 93/13 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>3. L-Anness [ta’ din id-direttiva] għandu jkun fih lista indikattiva u mhux eżawrjenti tal-klawżoli li jistgħu jiġu kkunsidrati inġusti.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 6(1) tal-imsemmija direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu li klawżoli inġusti użati f’kuntratt konkluż ma konsumatur minn bejjiegħ jew fornitur għandhom, kif previst fil-liġi nazzjonali tagħhom, ma jkunux jorbtu lill-konsumatur u li l-kuntratt għandu jkompli jorbot lill-partijiet fuq dawn il-klawżoli jekk dan ikun kapaċi jkompli jeżisti mingħajr il-klawżoli inġusti.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 tal-istess direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fl-interessi tal-konsumaturi u l-kompetituri, jeżistu mezzi adegwati u effettivi biex jipprevjenu li jibqgħu jintużaw klawżoli inġusti f’kuntratti konklużi mal-konsumaturi mill-bejjiegħa jew fornituri.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-mezzi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu disposizzjonijiet li bihom persuni jew organizzazzjonijiet, li jkollhom interess leġittimu skond il-liġi nazzjonali li jipproteġu lill-konsumaturi, ikunu jistgħu jieħdu azzjoni skond il-liġi nazzjonali kkonċernata quddiem il-qrati jew quddiem korpi amministrattivi kompetenti għal deċiżjoni dwar jekk il-klawżoli kuntrattwali ppreparati għal-użu ġenerali jkunux inġusti, biex ikunu jistgħu japplikaw mezzi xierqa u effettivi biex jipprevjenu li jkomplu jintużaw dawn il-klawżoli.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="3"?><PARAG IDENTIFIER="007.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Biex jitqiesu kif imiss il-liġijiet nazzjonali, ir-rimedji legali msemmija fil-paragrafu 2 jisgħu jkunu diretti b’mod separat jew b’mod konġunt kontra numru ta’ bejjiegħa jew fornituri mill-istess settur ekonomiku jew mill-assoċjazzjonijiet tagħhom li jużaw jew jirrakkomandaw l-użu ta’ l-istess klawżoli kuntrattwali ġenerali jew klawżoli simili.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 8 tad-Direttiva 93/13 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>L-Istati Membri jistgħu jadottaw jew iżommu l-aktar disposizzjonijiet stretti kompatibbli mat-Trattat fil-qasam kopert minn din id-Direttiva, biex jiżguraw grad massimu ta’ protezzjoni għall-konsumatur.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20111025">25 ta’ Ottubru 2011</DATE>, dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13 u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="304" PAGE.FIRST="64" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 304, p. 64</REF.DOC.OJ>), emendat id-Direttiva 93/13 sabiex tobbliga lill-Istati Membri jinformaw lill-Kummissjoni Ewropea dwar l-adozzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali speċifiċi f’ċerti oqsma.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 8a tad-Direttiva 93/13, inkluż f’din tal-aħħar permezz tad-Direttiva 2011/83, b’effett mit-<DATE ISO="20140613">13 ta’ Ġunju 2014</DATE>, jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="008.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Meta Stat Membru jadotta dispożizzjonijiet skont l-Artikolu 8, huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dan, kif ukoll bi kwalunkwe modifika sussegwenti, b’mod partikolari fejn dawk id-dispożizzjonijiet:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>ikun fihom listi ta’ termini tal-kuntratt li għandhom jitqiesu bħala inġusti.</P></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="008.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tkun faċilment aċċessibbli għall-konsumaturi u l-kummerċjanti, fost affarijiet oħra fuq sit elettroniku apposta.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-Direttiva 2009/22 jiddefinixxi l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-għan ta’ din id-Direttiva huwa li japprossima l-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri relatati ma’ azzjonijiet għal inġunzjoni li ssir riferenza għalihom fl-Artikolu 2 immirati lejn il-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi inklużi fid-Direttivi elenkati fl-Anness I, bil-għan li tkun żgurata l-ħidma t-tajba tas-suq intern.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Għall-iskop ta’ din id-Direttiva, ksur għandu jfisser kull att kuntrarju tad-Direttivi elenkati fl-Anness I li jinbidlu bl-ordni legali interna tal-Istati Membri li jagħmlu l-ħsara lill-interessi kollettivi li saret riferenza għalihom fil-paragrafu 1.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Azzjonijiet għal inġunzjoni<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-Istati Membri għandhom jinnominaw il-qrati jew awtoritajiet amministrattivi kompetenti li jirregolaw l-proċeduri li jinbdew minn entitajiet kwalifikati fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3 li jfittxu:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>li jwaqqfu jew jimpedixxu kwalunkwe ksur, bil-ħeffa kollha meħtieġa, fejn xieraq permezz ta’ proċedura sommarja;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="4"?><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>fejn ikun il-każ, li jiksbu miżuri bħalma huma l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni, kollha kemm hi jew parti minnha, fit-tali forma li tinftiehem li hi adegwata u/jew il-pubblikazzjoni ta’ stqarrija korrettiva bil-għan li jiġu eleminati l-effetti kontinwi tal-ksur;</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Id-Direttiva 93/13 hija msemmija fil-punt 5 tal-Anness I tad-Direttiva 2009/22, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Lista tad-Direttivi koperti mill-Artikolu 1<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Pollakk</HT></P></TI></TITLE><P>Il-liġi dwar il-protezzjoni tal-kompetizzjoni u tal-konsumaturi</P><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 24 tal-Ustawa o ochronie konkurencji i konsumentów (liġi dwar il-protezzjoni tal-kompetizzjoni u tal-konsumaturi), tas-<DATE ISO="20070216">16 ta’ Frar 2007</DATE> (Dz. U. Nru 50, pożizzjoni 331), fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>liġi dwar il-protezzjoni tal-kompetizzjoni u tal-konsumaturi<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="024.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-użu ta’ prattiki li jippreġudikaw l-interessi kollettivi tal-konsumaturi huwa pprojbit.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="024.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Prattika li tippreġudika l-interessi kollettivi tal-konsumaturi tfisser kull aġir illegali ta’ bejjiegħ jew fornitur li jhedded dawn l-interessi, b’mod partikolari:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>l-użu ta’ klawżoli ta’ kundizzjonijiet ġenerali li huma inklużi fir-reġistru tal-klawżoli ta’ kundizzjonijiet ġenerali meqjusa illegali, imsemmi fl-Artikolu 479 <HT TYPE="SUP">45</HT> tal-Ustawa – Kodeks postępowania cywilnego [(liġi li tistabbilixxi l-kodiċi ta’ proċedura ċivili)] tas-<DATE ISO="19641117">17 ta’ Novembru 1964</DATE> (Dz. U., Nru 43, pożizzjoni 296, kif emendata);</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 106 tal-liġi dwar il-protezzjoni tal-kompetizzjoni u tal-konsumaturi jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="106.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-president tal-uffiċċju tal-protezzjoni tal-kompetizzjoni u tal-konsumaturi jista’, permezz ta’ deċiżjoni, jimponi fuq il-bejjiegħ jew il-fornitur multa li l-ammont tagħha ma għandux jaqbeż l-10 % tad-dħul mill-bejgħ magħmul fis-sena finanzjarja ta’ qabel is-sena tal-impożizzjoni tal-multa, meta dak il-bejjiegħ jew il-fornitur, anki jekk biss b’mod involontarju:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>għamel użu minn prattika li tippreġudika l-interessi kollettivi tal-konsumaturi fis-sens tal-Artikolu 24.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kodiċi ta’ proċedura ċivili</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikoli 398 <HT TYPE="SUP">1</HT>, 398 <HT TYPE="SUP">3</HT>, 479 <HT TYPE="SUP">42</HT>, 479 <HT TYPE="SUP">43</HT> u 479 <HT TYPE="SUP">45</HT> tal-liġi tas-<DATE ISO="19641117">17 ta’ Novembru 1964</DATE> li tistabbilixxi l-kodiċi ta’ proċedura ċivili, fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>kodiċi ta’ proċedura ċivili<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>), jipprovdu:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><ARTICLE IDENTIFIER="398"><TI.ART><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Artikolu 398 <HT TYPE="SUP">1</HT></TI.ART><PARAG IDENTIFIER="398.001"><NO.PARAG>“1.</NO.PARAG><ALINEA>Appell ta’ kassazzjoni quddiem is-Sąd Najwyższy [(qorti suprema, il-Polonja)] jista’ jiġi ppreżentat kontra s-sentenza definittiva jew id-digriet ta’ ċaħda tat-talba jew ta’ konstatazzjoni li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni li jagħlaq il-proċedura, f’kawża li toriġina minn qorti tat-tieni istanza, minn parti,<?PAGE NO="5"?> mill-Prokurator Generalny [(prosekutur pubbliku ġenerali)], mir-Rzecznik Praw Obywatelskich [(medjatur għad-drittijiet taċ-ċittadini)] jew mir-Rzecznik Praw Dziecka [(medjatur għad-drittijiet tat-tfal)], sakemm regola speċifika ma tipprovdix mod ieħor.</ALINEA></PARAG></ARTICLE><P>[…]</P><ARTICLE IDENTIFIER="398"><TI.ART>Artikolu 398 <HT TYPE="SUP">3</HT></TI.ART><PARAG IDENTIFIER="398.001"><NO.PARAG>“1.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-appell ta’ kassazzjoni jista’ jiġi ppreżentat minn parti fuq il-bażi tal-aggravji li ġejjin:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>ksur tad-dritt sostantiv minħabba interpretazzjoni żbaljata tiegħu jew applikazzjoni ħażina tiegħu.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>ksur tar-regoli proċedurali, jekk il-ksur seta’ jkollu effett sostanzjali fuq l-eżitu tal-kawża.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></ARTICLE><P>[…]</P><ARTICLE IDENTIFIER="398"><TI.ART>Artikolu 398 <HT TYPE="SUP">9</HT></TI.ART><PARAG IDENTIFIER="398.001"><NO.PARAG>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Is-Sąd Najwyższy [(qorti suprema)] tikkunsidra li l-appell ta’ kassazzjoni huwa ammissibbli meta:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>il-kawża timplika kwistjoni legali essenzjali;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>huwa neċessarju li jiġu interpretati dispożizzjonijiet legali li jqajmu dubji serji jew li jwasslu għal diverġenzi fil-ġurisprudenza;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>il-proċeduri huma vvizzjati b’nullità jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>l-appell ta’ kassazzjoni huwa manifestament fondat.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="398.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Is-Sąd Najwyższy [(qorti suprema)] għandha tiddeċied, <HT TYPE="ITALIC">in camera</HT> dwar l-ammissibbiltà tal-appell ta’ kassazzjoni. Id-deċiżjoni tagħha ma tirrikjedix motivazzjoni bil-miktub.</ALINEA></PARAG></ARTICLE><P>[…]</P><ARTICLE IDENTIFIER="479"><TI.ART>Artikolu 479 <HT TYPE="SUP">42</HT></TI.ART><PARAG IDENTIFIER="479.001"><NO.PARAG>1.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk it-talba tintlaqa’, il-qorti tirriproduċi, fid-dispożittiv tad-deċiżjoni tagħha, il-kontenut tal-klawżoli ta’ kundizzjonijiet ġenerali meqjusa illegali u tipprojbixxi l-użu tagħhom.</ALINEA></PARAG></ARTICLE><P>[…]</P><ARTICLE IDENTIFIER="479"><TI.ART>Artikolu 479 <HT TYPE="SUP">43</HT></TI.ART><ALINEA>Id-deċiżjoni definittiva tipproduċi l-effetti tagħha fir-rigward ta’ terzi mal-inklużjoni tal-klawżola ta’ kundizzjonijiet ġenerali meqjusa illegali fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 479<HT TYPE="SUP">45</HT>(2).</ALINEA></ARTICLE><P>[…]</P><ARTICLE IDENTIFIER="479"><TI.ART>Artikolu 479 <HT TYPE="SUP">45</HT></TI.ART><PARAG IDENTIFIER="479.001"><NO.PARAG>1.</NO.PARAG><ALINEA>Kopja tad-deċiżjoni definittiva li tilqa’ t-talba għandha tintbagħat mill-qorti lill-president tal-uffiċċju tal-protezzjoni tal-kompetizzjoni u tal-konsumaturi.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="6"?><PARAG IDENTIFIER="479.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-president tal-uffiċċju tal-protezzjoni tal-kompetizzjoni u tal-konsumaturi għandu, abbażi tad-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, iżomm ir-reġistru tal-klawżoli ta’ kundizzjonijiet ġenerali meqjusa illegali.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="479.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Ir-reġistru msemmi fil-paragrafu 2 huwa pubbliku.<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></ALINEA></PARAG></ARTICLE></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Biuro Partner hija kumpannija Pollakka attiva fil-qasam tas-servizzi turistiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20111122">22 ta’ Novembru 2011</DATE>, il-president tal-uffiċċju tal-protezzjoni tal-kompetizzjoni u tal-konsumaturi kkonstata li Biuro Partner kienet użat klawżoli meqjusa ekwivalenti għall-klawżoli meqjusa illegali waqt proċeduri li kienu jikkonċernaw bejjiegħa jew fornituri oħra u li huma inklużi fir-reġistru nazzjonali tal-klawżoli ta’ kundizzjonijiet ġenerali illegali. Skont il-president ta’ dan l-uffiċċju, dawn il-klawżoli użati minn Biuro Partner kienu jippreġudikaw l-interessi kollettivi tal-konsumaturi u kienu jiġġustifikaw l-impożizzjoni ta’ multa ta’ PLN <FT TYPE="NUMBER">27127</FT> (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">6400</FT>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>HK Zakład Usługowo Handlowy <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>Partner<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> sp. z o.o., li tagħha Biuro Partner hija s-suċċessur, ikkontestat l-ekwivalenza tal-klawżoli użati minn din il-kumpannija u ta’ dawk inklużi fl-imsemmi reġistru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza tad-<DATE ISO="20131119">19 ta’ Novembru 2013</DATE>, is-Sąd Okręgowy w Warszawie – Sąd Ochrony Konkurencji i Konsumentów (qorti reġjonali ta’ Varsavja – qorti tal-protezzjoni tal-kompetizzjoni u tal-konsumaturi, il-Polonja) ċaħdet ir-rikors ta’ Biuro Partner intiż kontra l-imsemmija deċiżjoni tal-president tal-uffiċċju tal-protezzjoni tal-kompetizzjoni u tal-konsumaturi, filwaqt li ddeċidiet, bħal dan tal-aħħar, li l-klawżoli mqabbla kienu ekwivalenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Biuro Partner appellat minn din is-sentenza quddiem is-Sąd Apelacyjny w Warszawie (qorti tal-appell ta’ Varsavja, il-Polonja).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Din il-qorti għandha dubji dwar l-interpretazzjoni li għandha tingħata lid-Direttivi 93/13 u 2009/22. F’dan ir-rigward, l-imsemmija qorti tagħmel referenza għas-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120426">26 ta’ April 2012</DATE>, <NAME.CASE>Invitel</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑472/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:242">EU:C:2012:242</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, essenzjalment, li l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, li l-effett ta’ deċiżjoni ġudizzjarja li tikkonstata l-illegalità ta’ klawżoli meqjusa inġusti, tista’ tiġi estiża għall-konsumaturi kollha li jkunu kkonkludew kuntratt li jinkludi l-istess klawżoli mal-istess bejjiegħ jew fornitur, mingħajr ma jkunu parti fil-proċedura mressqa kontra dan tal-aħħar. Id-dubji ta’ din il-qorti jirrigwardaw b’mod partikolari l-kwistjoni ta’ jekk dan huwiex ukoll il-każ fir-rigward tal-konsumaturi li jkunu kkonkludew kuntratt, li jinkludi l-istess klawżoli, ma’ bejjiegħ jew fornitur differenti li ma pparteċipax fil-proċedura li wasslet għall-konstatazzjoni tan-natura inġusta tal-klawżoli kkonċernati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, is-Sąd Apelacyjny w Warszawie (qorti tal-appell ta’ Varsavja) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u tagħmel is-segwenti domandi preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>“1)</NO.P><TXT>Fid-dawl tad-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikoli 6(1) u 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13[…] u tal-Artikoli 1 u 2 tad-Direttiva 2009/22[…] l-użu ta’ klawżoli ta’ kundizzjonijiet ġenerali li l-kontenut tagħhom huwa ekwivalenti għal dak ta’ klawżoli meqjusa illegali minn deċiżjoni ġudizzjarja definittiva u li huma inklużi fir-reġistru ta’ klawżoli ta’ kundizzjonijiet ġenerali meqjusa illegali jista’ jitqies, fir-rigward ta’ professjonist [bejjiegħ jew fornitur] ieħor li ma pparteċipax fil-proċedura li wasslet għall-inklużjoni fir-reġistru ta’ klawżoli<?PAGE NO="7"?> ta’ kundizzjonijiet ġenerali meqjusa illegali, bħala aġir illegali li, fid-dawl tad-dritt nazzjonali, jikkostitwixxi prattika li tippreġudika l-interessi kollettivi tal-konsumaturi u li, fil-proċedura amministrattiva nazzjonali, jiġġustifika l-impożizzjoni ta’ multa?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fid-dawl tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 tat-[TFUE], qorti tat-tieni istanza li d-deċiżjoni tagħha, mogħtija fl-appell, tista’ tkun is-suġġett ta’ appell ta’ kassazzjoni, kif inhu previst mil-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili Pollakk, hija qorti li d-deċiżjonijiet tagħha ma jistgħux jiġu appellati taħt id-dritt intern, jew hija s-Sąd Najwyższy (Qorti suprema), li għandha l-kompetenza sabiex tisma’ appell ta’ kassazzjoni?</TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7 tad-Direttiva 93/13, moqrija flimkien mal-Artikoli 1 u 2 tad-Direttiva 2009/22, għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li l-użu ta’ klawżoli ta’ kundizzjonijiet ġenerali, li l-kontenut tagħhom huwa ekwivalenti għal dak ta’ klawżoli meqjusa illegali permezz ta’ deċiżjoni ġudizzjarja definittiva u li huma inklużi f’reġistru nazzjonali ta’ tali klawżoli meqjusa illegali, jitqies, fir-rigward ta’ bejjiegħ jew fornitur li ma kienx parti fil-proċedura li wasslet għall-inklużjoni ta’ dawn il-klawżoli fl-imsemmi reġistru, bħala aġir illegali, li jista’ jiġi ssanzjonat bl-impożizzjoni ta’ multa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi rrilevat li kemm il-qorti tar-rinviju kif ukoll il-Kummissjoni, fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħhom, esprimew id-dubji tagħhom dwar il-konformità ta’ sistema nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>) u, b’mod iktar preċiż, mal-Artikolu 47 tagħha, sa fejn il-bejjiegħ jew il-fornitur, konformement ma’ din is-sistema, ikun imċaħħad mill-possibbiltà li jressaq argumenti bbażati fuq in-nuqqas ta’ natura inġusta ta’ klawżoli ta’ kundizzjonijiet ġenerali inkwistjoni u jkun, għalhekk, imċaħħad mid-dritt għal smigħ tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li skont ġurisprudenza stabbilita, id-drittijiet fundamentali ggarantiti fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni huma intiżi li jiġu applikati fis-sitwazzjonijiet kollha rregolati mid-dritt tal-Unjoni, iżda mhux lil hinn minn tali sitwazzjonijiet (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130226">26 ta’ Frar 2013</DATE> <NAME.CASE>Åkerberg Fransson</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-617/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:105">EU:C:2013:105</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’din il-kawża, mill-atti tal-proċess li għandha l-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li s-sistema nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali tikkostitwixxi t-traspożizzjoni tad-Direttivi 93/13 u 2009/22. Għalhekk, is-sanzjoni pekunjarja imposta fuq Biuro Partner fuq il-bażi ta’ din is-sistema tikkostitwixxi implementazzjoni ta’ dawn id-direttivi. Għaldaqstant, id-drittijiet fundamentali fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni għandhom ikunu osservati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fin-nuqqas ta’ dispożizzjoni, fid-Direttivi 93/13 u 2009/22, li tipprevedi espressament sistema ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva għall-bejjiegħ jew għall-fornitur, dawn għandhom jiġu interpretati fid-dawl tal-Artikolu 47 tal-Karta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Konsegwentement, l-interpretazzjoni tad-Direttivi 93/13 u 2009/22 fid-dawl tal-Artikolu 47 tal-Karta għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li kull persuna li d-drittijiet tagħha ggarantiti mid-dritt tal-Unjoni jistgħu jinkisru tgawdi minn rimedju ġudizzjarju effettiv. Issa, ma humiex ikkonċernati biss il-konsumaturi li jsostnu li huma leżi minn klawżola inġusta ta’ kuntratt li huma kkonkludew ma’ bejjiegħ jew fornitur, iżda wkoll bejjiegħ jew fornitur, bħal Biuro Partner, li jsostni li l-fatt li l-klawżola kuntrattwali kontenzjuża ma tistax tiġi kklassifikata bħala illegali u tiġi ssanzjonata permezz ta’ multa<?PAGE NO="8"?> biss, minħabba l-fatt li klawżola ekwivalenti kienet ġiet inkluża fir-reġistru nazzjonali tal-klawżoli ta’ kundizzjonijiet ġenerali meqjusa illegali, mingħajr ma dan il-bejjiegħ jew fornitur kien parti fil-proċedura li wasslet għall-inklużjoni ta’ tali klawżola f’dan ir-reġistru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, is-sistema ta’ protezzjoni stabbilita mid-Direttiva 93/13 hija bbażata fuq il-premessa li l-konsumatur jinsab f’sitwazzjoni ta’ inferjorità fir-rigward tal-bejjiegħ jew tal-fornitur kemm fir-rigward tas-setgħa ta’ negozjati kif ukoll fir-rigward tal-livell ta’ informazzjoni (sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151029">29 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>BBVA</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-8/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:731">EU:C:2015:731</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ tali sitwazzjoni ta’ inferjorità, l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13 jipprevedi li l-klawżoli inġusti ma jorbtux lill-konsumaturi. Din hija dispożizzjoni obbligatorja li hija intiża li tissostitwixxi l-bilanċ formali stabbilit mill-kuntratt bejn id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet kontraenti b’bilanċ reali ta’ natura li jistabbilixxi mill-ġdid l-ugwaljanza ta’ dawn tal-aħħar (sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151029">29 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>BBVA</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-8/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:731">EU:C:2015:731</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Barra minn hekk, minħabba n-natura u l-importanza tal-interess pubbliku li jikkostitwixxu l-protezzjoni tal-konsumaturi li jinsabu f’tali sitwazzjoni ta’ inferjorità, l-Artikolu 7(1) tal-imsemmija direttiva jimponi lill-Istati Membri l-obbligu li jipprovdu mezzi adegwati u effettivi, sabiex jitwaqqaf l-użu ta’ klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi minn bejjiegħ jew fornitur (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150121">21 ta’ Jannar 2015</DATE>, <NAME.CASE>Unicaja Banco u Caixabank</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-482/13, C-484/13, C‑485/13 u C-487/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:21">EU:C:2015:21</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Dan l-għan li jikkonsisti fit-twaqqif tal-prattiki illegali huwa wkoll imfittex mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2009/22, li tikkompleta, fil-qasam tat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ mezzi proċedurali adegwati relattivi għall-azzjonijiet għal inġunzjoni, il-protezzjoni tal-konsumaturi stabbilita mid-Direttiva 93/13.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Huwa fil-kuntest imfakkar fil-punti preċedenti ta’ din is-sentenza li l-Qorti tal-Ġustizzja hija mitluba twieġeb għall-ewwel domanda mressqa mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li mill-atti tal-proċess li għandha l-Qorti tal-Ġustizzja u, b’mod partikolari, mill-osservazzjonijiet tal-Gvern Pollakk, jirriżulta li l-mezzi użati mid-dritt Pollakk, b’mod partikolari ż-żamma ta’ reġistru nazzjonali ta’ klawżoli ta’ kundizzjonijiet ġenerali meqjusa illegali, huma intiżi sabiex jissodisfaw aħjar l-obbligi ta’ protezzjoni tal-konsumaturi previsti mid-Direttivi 93/13 u 2009/22.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tiddeskrivi dan ir-reġistru nazzjonali bħala intiż li jilħaq tliet għanijiet, sabiex tiżdied l-effettività tal-projbizzjoni ta’ użu ta’ klawżoli kuntrattwali inġusti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, l-imsemmi reġistru, li huwa pubbliku u li jista’, konsegwentement, jiġi kkonsultat minn kull konsumatur u minn kull bejjiegħ jew fornitur, għandu l-għan li jnaqqas il-faċilità ta’ tixrid u ta’ riproduzzjoni ta’ klawżoli meqjusa illegali minn bejjiegħa jew fornituri oħra għajr dawk li wasslu għall-inklużjoni ta’ tali klawżoli fir-reġistru kkonċernat. Konsegwentement, dan ir-reġistru jikkontribwixxi għat-trasparenza tas-sistema ta’ protezzjoni tal-konsumaturi adottata mid-dritt Pollakk u, għaldaqstant, għaċ-ċertezza legali riżultanti. Fl-aħħar nett, l-imsemmi reġistru jsaħħaħ il-funzjonament tajjeb tas-sistema ġudizzjarja nazzjonali, billi jevita l-multiplikazzjoni ta’ proċeduri legali relatati ma’ klawżoli ta’ kundizzjonijiet ġenerali analogi, użati minn dawn il-bejjiegħa jew fornituri l-oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ tali reġistru, l-ewwel nett, ma jistax jiġi kkonstestat li l-ħolqien tiegħu huwa kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni. Fil-fatt, mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 93/13, u b’mod partikolari mill-Artikolu 8 tagħha, jirriżulta li l-Istati Membru jistgħu jistabbilixxu listi ta’ klawżoli kuntrattwali meqjusa inġusti. Skont l-Artikolu 8a ta’ din id-direttiva, kif emendata bid-Direttiva 2011/83, applikabbli<?PAGE NO="9"?> għall-kuntratti konklużi wara t-<DATE ISO="20140613">13 ta’ Ġunju 2014</DATE>, l-Istati Membri huma obbligati jinformaw lill-Kummissjoni dwar l-istabbiliment ta’ tali listi. Minn dawn id-dispożizzjonijiet jirriżulta li dawn il-listi jew reġistri stabbiliti minn korpi nazzjonali jissodisfaw, bħala prinċipju, l-interess tal-protezzjoni tal-konsumaturi fil-kuntest tad-Direttiva 93/13.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>It-tieni nett, mill-Artikolu 8 tad-Direttiva 93/13 jirriżulta li mhux biss il-ħolqien ta’ reġistru, bħal dak stabbilit mill-uffiċċju tal-protezzjoni tal-kompetizzjoni u tal-konsumaturi, iżda wkoll il-ġestjoni ta’ dan ir-reġistru għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti minn din id-direttiva u, b’mod iktar ġenerali, mid-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi ppreċiżat li l-imsemmi reġistru għandu jiġi ġġestit b’mod trasparenti mhux biss fl-interess tal-konsumaturi, iżda fl-interess tal-bejjiegħa jew tal-fornituri wkoll. Dan ir-rekwiżit jimplika, partikolarment, li dan jiġi sstrutturat b’mod ċar, indipendentement min-numru ta’ klawżoli inklużi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-klawżoli inklużi fir-reġistru kkonċernat għandhom jissodisfaw il-kriterju ta’ attwalità, li jimplika li dan ir-reġistru għandu jkun aġġornat bir-reqqa u li, b’osservanza tal-prinċipju ta’ ċertezza legali, il-klawżoli li ma għandhomx iktar ikunu inklużi għandom jitneħħew minnufih.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Minbarra dan, skont il-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva, il-bejjiegħ jew il-fornitur li tiġi imposta fuqu multa minħabba l-użu ta’ klawżola meqjusa ekwivalenti għal klawżola inkluża fir-reġistru kkonċernat għandu, b’mod partikolari, ikollu possibbiltà ta’ rimedju kontra din is-sanzjoni. Dan id-dritt għal rimedju għandu jkun jista’ jkopri kemm l-evalwazzjoni tal-aġir ikkunsidrat illegali kif ukoll l-ammont tal-multa stabbilit mill-korp nazzjonali kompetenti, f’dan il-każ l-uffiċċju tal-protezzjoni tal-kompetizzjoni u tal-konsumaturi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ din l-evalwazzjoni, mid-dokumenti ppreżentati lill-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, skont id-dritt Pollakk, il-multa imposta fuq il-bejjiegħ jew il-fornitur hija bbażata fuq il-konstatazzjoni li l-klawżola kontenzjuża użata minnu hija ekwivalenti għal klawżola ta’ kundizzjonijiet ġenerali meqjusa illegali u inkluża fir-reġistru miżmum mill-imsemmi uffiċċju. F’dan ir-rigward, is-sistema Pollakka tipprevedi li l-bejjiegħ jew il-fornitur għandu d-dritt jikkontesta din l-ekwivalenza quddiem qorti speċjalizzata, jiġifieri s-Sąd Okręgowy w Warszawie – Sąd Ochrony Konkurencji i Konsumentów (qorti reġjonali ta’ Varsavja – qorti tal-protezzjoni tal-kompetizzjoni u tal-konsumaturi, il-Polonja). Din il-qorti għandha l-funzjoni speċifika li tivverifika l-klawżoli ta’ kundizzjonijiet kuntrattwali ġenerali u, għaldaqstant, li tippreżerva l-uniformità tal-ġurisprudenza fil-qasam tal-protezzjoni tal-konsumaturi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Skont l-informazzjoni li għandha l-Qorti tal-Ġustizzja, l-eżami mwettaq mill-qorti kompetenti ma huwiex limitat għal sempliċi paragun formali tal-klawżoli eżaminati ma’ dawk inklużi fir-reġistru kkonċernat. Għall-kuntrarju, dan l-eżami jikkonsisti f’evalwazzjoni tal-kontenut tal-klawżoli kontenzjużi, sabiex jiġi ddeterminat jekk, b’teħid inkunsiderazzjoni taċ-ċirkustanzi kollha rilevanti speċifiċi għal kull każ, dawn il-klawżoli humiex materjalment identiċi, b’mod partikolari fir-rigward tal-effetti tagħhom, għal dawk inklużi f’dan ir-reġistru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika l-eżattezza tagħhom, ma jistax jiġi sostnut li sistema nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tikser id-drittijiet tad-difiża tal-bejjiegħ jew tal-fornitur jew il-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ammont tal-multa imposta, stabbilit mill-uffiċċju tal-protezzjoni tal-kompetizzjoni u tal-konsumaturi, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 93/13, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jeżistu mezzi adegwati u effettivi, sabiex jitwaqqaf l-użu ta’ klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi minn bejjiegħ jew fornitur.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Għalkemm, f’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li l-iffissar ta’ multa minħabba l-użu ta’ klawżola meqjusa inġusta huwa bla dubju mezz intiż għall-waqfien ta’ dan l-użu, dan il-mezz għandu madankollu josserva l-prinċipju ta’ proporzjonalità. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jiżguraw lil kull bejjiegħ jew fornitur li jqis li l-multa imposta fuqu ma tissodisfax dan il-prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni li jkun jista’ jippreżenta rikors sabiex jikkontesta l-ammont ta’ din il-multa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Fil-kawża prinċipali, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk is-sistema nazzjonali Pollakka inkwistjoni tagħtix lill-bejjiegħ jew lill-fornitur li ġiet imposta fuqu multa mill-uffiċċju tal-protezzjoni tal-kompetizzjoni u tal-konsumaturi d-dritt li jippreżenta rikors sabiex jikkontesta l-ammont ta’ din il-multa, billi jinvoka n-nuqqas ta’ osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7 tad-Direttiva 93/13, moqrija flimkien mal-Artikoli 1 u 2 tad-Direttiva 2009/22 kif ukoll fid-dawl tal-Artikolu 47 tal-Karta għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux li l-użu ta’ klawżoli ta’ kundizzjonijiet ġenerali, li l-kontenut tagħhom huwa ekwivalenti għal dak ta’ klawżoli meqjusa illegali permezz ta’ deċiżjoni ġudizzjarja definittiva u li huma inklużi f’reġistru nazzjonali tal-klawżoli ta’ kundizzjonijiet ġenerali meqjusa illegali, jitqies, fir-rigward ta’ bejjiegħ jew fornitur li ma kienx parti fil-proċedura li wasslet għall-inklużjoni ta’ dawn il-klawżoli fl-imsemmi reġistru, bħala aġir illegali, sakemm, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju, dan il-bejjiegħ jew fornitur igawdi minn dritt għal rimedju effettiv</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>kemm kontra d-deċiżjoni li tammetti l-ekwivalenza tal-klawżoli mqabbla li tirrigwarda l-kwistjoni dwar jekk, b’teħid inkunsiderazzjoni taċ-ċirkustanzi kollha rilevanti speċifiċi għal kull każ, dawn il-klawżoli humiex materjalment identiċi, b’mod partikolari fir-rigward tal-effetti prodotti għad-detriment tal-konsumaturi,</P></ITEM><ITEM><P>kif ukoll kontra d-deċiżjoni li tistabbilixxi, skont il-każ, l-ammont tal-multa imposta.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>It-tieni domanda tirrigwarda l-punt dwar jekk il-qorti tar-rinviju għandhiex tiġi kklassifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>qorti jew tribunal ta’ Stat Membru li kontra id-deċiżjonijiet tiegħu ma jkun hemm ebda rimedju ġudizzjarju taħt il-liġi nazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, fis-sens tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li din id-domanda hija magħmula minħabba li, fuq livell nazzjonali, il-klassifikazzjoni tal-appell ta’ kassazzjoni bħala rimedju, fis-sens tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE hija kontroversjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, il-qorti tar-rinviju tirrileva li kull ksur tad-dritt tal-Unjoni huwa kkunsidrat bħala motiv ta’ kassazzjoni, fis-sens tal-Artikolu 398<HT TYPE="SUP">3</HT> (1) tal-kodiċi ta’ proċedura ċivili. Filwaqt li tagħmel riferiment għall-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, din il-qorti tikkonkludi li hija ma tagħmilx parti mill-qrati imsemmija fit-tielet paragafu tal-Artikolu 267 TFUE peress li kontra d-deċiżjonijiet tagħha hemm rimedju ġudizzjarju taħt il-liġi nazzjonali,.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, kif imfakkar kemm mill-Gvern Pollakk kif ukoll mill-Kummissjoni, f’kawżi kkaratterizzati minn sistemi ta’ rimedji ġudizzjarji nazzjonali komparabbli ma’ dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-Qorti tal-Ġustizzja kellha l-okkażjoni tinterpreta l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>qorti jew tribunal ta’ Stat Membru li kontra id-deċiżjonijiet tiegħu ma jkun hemm ebda rimedju ġudizzjarju taħt il-liġi nazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>F’dawn is-sentenzi, il-Qorti tal-Ġustizzja rrilevat li d-deċiżjonijiet ta’ qorti nazzjonali tal-appell li jistgħu jiġu kkontestati mill-partijiet quddiem Qorti suprema ma humiex deċiżjonijiet ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>qorti jew tribunal ta’ Stat Membru li kontra id-deċiżjonijiet tiegħu ma jkun hemm ebda rimedju ġudizzjarju taħt il-liġi<?PAGE NO="11"?> nazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE. Il-fatt li l-eżami fil-mertu ta’ dawn il-kontestazzjonijiet huwa suġġett għal dikjarazzjoni minn qabel ta’ ammissibbiltà minn qorti suprema ma għandux l-effett li jċaħħad lill-partijiet minn rimedju ġudizzjarju (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081216">16 ta’ Diċembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Cartesio</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑210/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:723">EU:C:2008:723</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0076">76</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat li dan jgħodd iktar u iktar fir-rigward ta’ sistema proċedurali li tillimita ruħha li timponi restrizzjonijiet, b’mod partikolari, fir-rigward tan-natura tal-motivi li jistgħu jiġu invokati quddiem tali qorti, li għandhom jallegaw ksur tal-liġi (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081216">16 ta’ Diċembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Cartesio</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-210/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:723">EU:C:2008:723</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0077">77</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ din il-ġurisprudenza relatata ma’ sistemi ta’ rimedju ġudizzjarju fid-dritt nazzjonali komparabbli ma’ dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ir-risposta għat-tieni domanda għandha tkun li t-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li qorti bħalma hija l-qorti tar-rinviju, li d-deċiżjonijiet tagħha, mogħtija fil-kuntest ta’ tilwima bħal dik fil-kawża prinċipali, jistgħu jkunu suġġetti għal appell ta’ kassazzjoni, ma tistax tiġi kklassifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>qorti jew tribunal ta’ Stat Membru li kontra id-deċiżjonijiet tiegħu ma jkun hemm ebda rimedju ġudizzjarju taħt il-liġi nazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-<DATE ISO="19930405">5 ta’ April 1993</DATE>, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, moqrija flimkien mal-Artikoli 1 u 2 tad-Direttiva 2009/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20090423">23 ta’ April 2009</DATE>, dwar inġunzjonijiet għall-protezzjoni tal-interessi tal-konsumaturi kif ukoll fid-dawl tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux li l-użu ta’ klawżoli ta’ kundizzjonijiet ġenerali, li l-kontenut tagħhom huwa ekwivalenti għal dak ta’ klawżoli meqjusa illegali permezz ta’ deċiżjoni ġudizzjarja definittiva u li huma inklużi f’reġistru nazzjonali tal-klawżoli ta’ kundizzjonijiet ġenerali meqjusa illegali, jitqies, fir-rigward ta’ bejjiegħ jew fornitur li ma kienx parti fil-proċedura li wasslet għall-inklużjoni ta’ dawn il-klawżoli fl-imsemmi reġistru, bħala aġir illegali, sakemm, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju, dan il-bejjiegħ jew fornitur igawdi minn dritt għal rimedju effettiv, kemm kontra d-deċiżjoni li tammetti l-ekwivalenza tal-klawżoli mqabbla li tirrigwarda l-kwistjoni dwar jekk, b’teħid inkunsiderazzjoni taċ-ċirkustanzi kollha rilevanti speċifiċi għal kull każ, dawn il-klawżoli humiex materjalment identiċi, b’mod partikolari fir-rigward tal-effetti prodotti għad-detriment tal-konsumaturi, kif ukoll kontra d-deċiżjoni li tistabbilixxi, skont il-każ, l-ammont tal-multa imposta.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">It-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li qorti bħalma hija l-qorti tar-rinviju, li d-deċiżjonijiet tagħha, mogħtija fil-kuntest ta’ tilwima bħal dik fil-kawża prinċipali, jistgħu jkunu suġġetti għal appell ta’ kassazzjoni, ma tistax tiġi kklassifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>qorti jew tribunal ta’ Stat Membru li kontra id-deċiżjonijiet tiegħu ma jkun hemm ebda rimedju ġudizzjarju taħt il-liġi nazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>