|
20.3.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 105/7 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8652 — Accuride/mefro wheels)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 105/06)
|
1. |
Fit-12 ta’ Marzu 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
Accuride takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll ta’ mefro wheels kollha kemm hi. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma. Il-konċentrazzjoni kienet referuta lill-Kummissjoni mill-Ġermanja, skont l-Artikolu 22(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Ir-referenza kienet suċċessivament konġunta min-Netherlands, il-Polonja u Spanja. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — Accuride: manifattur u fornitur mill-Amerika ta’ Fuq ta’ roti tal-azzar u tal-aluminju u komponenti tar-roti bħalma huma drums tal-brejkijiet, rotors tad-diski tal-brejkijiet u slack adjusters għat-trakkijiet, karozzi tal-linja u trailers kif ukoll vetturi ta’ speċjalizzazzjoni u vetturi militari. Hija għandha faċilitajiet tal-produzzjoni fl-Istati Uniti tal-Amerika, il-Kanada u l-Messiku. Fiż-ŻEE, Accuride tissupplixxi roti tal-azzar għat-trakkijiet, il-karozzi tal-linja u t-trailers permezz tas-sussidjarja tagħha Taljana, Gianetti Ruote li fiha għandha sehem maġġoritarju, u kwantitajiet limitati ta’ roti tal-aluminju għall-klijenti, wara l-bejgħ, — mefro wheels: manifattur u fornitur ta’ roti tal-azzar għat-trakkijiet, il-karozzi tal-linja, it-trailers, il-vetturi kummerċjali ħfief u l-karozzi tal-passiġġieri kif ukoll għall-makkinarju tal-kostruzzjoni u dak agrikolu. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata: M.8652 — Accuride/mefro wheels Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).