|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2024/783 |
11.1.2024 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11375 — BLACKSTONE / VISTA / ENERGY EXEMPLAR)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/783)
1.
Fil-21 ta’ Diċembru 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Blackstone Inc. (flimkien mal-affiljati tagħha “Blackstone”, L-ISTATI UNITI), |
|
— |
Vista Equity Partners Management, LLC (flimkien mal-affiljati tagħha “Vista”, L-ISTATI UNITI), |
|
— |
Simulation Software Holding Company Pty Ltd, (“Energy Exemplar”, l-Awstralja), l-entità omm apikali tal-grupp ta’ kumpaniji Energy Exemplar. |
Blackstone u Vista se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Energy Exemplar.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
Blackstone hija maniġer tal-assi alternattivi globali. Għandha l-kwartieri ġenerali tagħha fl-Istati Uniti u għandha uffiċċji fl-Ewropa u fl-Asja. |
|
— |
Vista hija ditta tal-investiment ibbażata fl-Istati Uniti ffukata fuq l-għoti tas-setgħa u t-tkabbir ta’ negozji tas-software tal-intrapriża, tad-data u dawk abilitati bit-teknoloġija. Vista tikkontrolla għadd ta’ kumpaniji tal-portafoll li huma attivi fil-forniment ta’ servizzi tal-IT bħall-forniment ta’ software tan-negozji. |
3.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriża Energy Exemplar huma dawn li ġejjin: Energy Exemplar huwa fornitur ta’ software tal-immudellar u tal-analitika tas-suq tal-enerġija biex jassisti fit-teħid tad-deċiżjonijiet fl-ippjanar tal-enerġija, fl-operazzjonijiet, u fl-investiment għall-klijenti tagħhom fis-setturi tal-elettriku, tal-ilma, tal-gass u tal-enerġija rinnovabbli. Energy Exemplar hija kumpanija Awstraljana bi preżenza globali.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2), jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11375 — BLACKSTONE / VISTA / ENERGY EXEMPLAR
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/783/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)