|
19.11.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 308/50 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-18 ta' Novembru 2008
li taħtar żewġ membri supplenti Ġermaniżi tal-Kumitat tar-Reġjuni
(2008/872/KE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Ġermaniż,
Billi:
|
(1) |
Fl-24 ta’ Jannar 2006 l-Kunsill addotta d-Deċiżjoni 2006/116/KE li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2006 sal-25 ta’ Jannar 2010 (1). |
|
(2) |
Żewġ postijiet ta’ membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni tbattlu wara l-iskadenza tal-mandati tas-Sur Stefan KRAXNER u s-Sinjura Ulrike KUHLO. |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Dawn li ġejjin huma b’dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni bħala membri supplenti għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2010:
|
— |
is-Sur Roland HEINTZE, Mitglied der Hamburger Bürgerschaft, |
|
— |
is-Sur Roland RIESE, Mitglied des Niedersächsischen Landtages. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmula fi Brussell, 18 ta’ Novembru 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
M. BARNIER