Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-20 ta’ Mejju 2009 – Guigard vs Il-Kummissjoni

(Kawża C‑214/08 P)

“Appell – Rikors għad-danni – Kundizzjonijiet għar-responsabbiltà kuntrattwali u għar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità – Artikoli 313(2)(k), 314 u 317(a) tar-Raba’ Konvenzjoni ta’ Lomé, kif riveduta permezz tal-Ftehim iffirmat fil-Mawrizju”

Proċedura - Rikors għad-danni (Artikoli 225(1) KE, 235 KE, 238 KE u 240 KE) (ara l-punti 39-43)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla), tal-11 ta’ Marzu 2008, Guigard vs Il-Kummissjoni (T-301/05) li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet ir-rikors tal-appellant intiż għall-kumpens tad-dannu li huwa allegatament sofra minħabba l-aġir tal-Kummissjoni meta ma ġedditx il-kuntratt tiegħu ta’ xogħol konkluż fil-kuntest tal-kooperazzjoni teknika bejn il-Komunità u r-Repubblika tan-Niġerja, iffinanzjata mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp - Kundizzjonijiet għar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità - Ksur tal-Artikoli 313(2)(k) u 314 tar-Raba’ Konvenzjoni ta’ Lomé (ĠU L 229, p. 1), kif riveduta permezz tal-Ftehim iffirmat fil-Mawrizju (ĠU L 156, p. 3) - Ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u tad-drittijiet tad-difiża.

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej, tal-11 ta’ Marzu 2008, Guigard vs Il-Kummissjoni (T-301/05) hija annullata sa fejn hija tiddikjara r-rikors ta’ P. Guigard bħala ammissibbli.

2)

Ir-rikors ta’ P. Guigard fil-Kawża T-301/05 huwa miċħud.

3)

Ma hemmx lok li tittieħed deċiżjoni dwar l-appell ta’ P. Guigard.

4)

P. Guigard huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej u quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej.