9.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 209/60


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 33/2007

tas-27 ta' April 2007

li temenda l-Anness XX (Ambjent) li jinsab mal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 125/2006 tat-22 ta' Settembru 2006 (1).

(2)

Id-Direttiva 2006/11/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Frar 2006 dwar tniġġiż ikkawżat minn ċerti sustanzi perikolużi skarikati fl-ambjent akwatiku tal-Komunità (Verżjoni Kodifikata) (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Id-Direttiva 2006/11/KE tħassar id-Direttiva 76/464/KEE (3), li hi inkorporata fil-Ftehim u li b'hekk għandha tiġi mħassra skond il-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

It-test ta' punt 4 (Direttiva tal-Kunsill 76/464/KEE) ta' l-Anness XX mal-Ftehim għandu jinbidel u jsir kif ġej:

“ 32006 L 0011: Id-Direttiva 2006/11/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Frar 2006 dwar tniġġiż ikkawżat minn ċerti sustanzi perikolużi skarikati fl-ambjent akwatiku tal-Komunità (Verżjoni Kodifikata) (ĠU L 64, 4.3.2006, p. 52).

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom, għall-fini ta' dan il-Ftehim, jinftehmu skond it-tibdil li ġej:

Wara l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 13 għandu jiżdied dan li ġej:

‘Il-perjodu ta' żmien għat-trażpożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttiva 2000/60/KE, li hu speċifikat fil-Parti B ta' l-Anness II, m'għandux japplika u minfloku għandha tapplika d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li tinkorpora d-Direttiva 2000/60/KE f'dan il-Ftehim.’ ”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2006/11/KE fil-lingwa Islandiża u Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-28 ta' April 2007, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippublikata fis-Sezzjoni ŻEE ta', u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 27 ta' April 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)   ĠU L 333, 30.11.2006, p. 55.

(2)   ĠU L 64, 4.3.2006, p. 52.

(3)   ĠU L 129, 18.5.1976, p. 23.

(*1)  Ebda ħtiġijiet kostituzzjonali m'huma indikati.