10.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 226/3


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10737 – HP / POLY)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 226/03)

1.   

Fit-2 ta’ Ġunju 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

HP Inc. (“HP”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

—

Plantronics, Inc. (“Poly”, l-Istati Uniti tal-Amerka).

HP takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Poly kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

HP: il-forniment ta’ tagħmir informatiku personali u apparat ieħor għall-aċċess, prodotti tal-immaġni u tal-istampar, u teknoloġiji, soluzzjonijiet u servizzi relatati,

—

Poly: kumpanija tat-teknoloġija tal-komunikazzjoni globali li tfassal, timmanifattura u tikkummerċjalizza soluzzjonijiet ta’ komunikazzjoni u kollaborazzjoni integrati għall-professjonisti.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:

M.10737 – HP / POLY

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).