|
3.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 288/21 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1247
tat-2 ta’ Settembru 2020
li japplika tnaqqisiet mill-kwoti tas-sajd disponibbli għal ċerti stokkijiet fl-2020 minħabba sajd eċċessiv fis-snin ta’ qabel
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 105(1), (2) u (3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-kwoti tas-sajd għas-sena 2019 ġew stabbiliti bir-Regolamenti li ġejjin:
|
|
(2) |
Il-kwoti tas-sajd għas-sena 2020 ġew stabbiliti bir-Regolamenti li ġejjin:
|
|
(3) |
Skont l-Artikolu 105(1) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, meta l-Kummissjoni tkun stabbiliet li Stat Membru jkun qabeż il-kwoti tas-sajd li kienu allokati lilu, hija għandha tnaqqas il-kwoti tas-sajd futuri ta’ dak l-Istat Membru. |
|
(4) |
L-Artikolu 105(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 jipprevedi li dawn it-tnaqqisiet iridu jsiru fis-sena jew fis-snin segwenti billi jiġu applikati l-fatturi ta’ multiplikazzjoni rispettivi kif stabbiliti hemmhekk. |
|
(5) |
Ċerti Stati Membri qabżu l-kwoti tas-sajd allokati lilhom għall-2019. Għalhekk huwa xieraq li jitwettqu tnaqqisiet mill-kwoti tas-sajd allokati lilhom fl-2020 u, fejn rilevanti, fis-snin sussegwenti, għall-istokkijiet mistada żżejjed. |
|
(6) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1726 (9) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/112 (10) stabbilew tnaqqisiet mill-kwoti tas-sajd disponibbli għal ċerti Stati Membri u għal ċerti speċijiet għall-2019. Madanakollu, għal ċerti Stati Membri, it-tnaqqisiet li kellhom jiġu applikat għal ċerti speċijiet kien ikbar mill-kwoti rispettivi disponibbli fl-2019 u għalhekk ma setgħux jitwettqu bis-sħiħ matul dik is-sena. Sabiex ikun żgurat li f’dawn il-każijiet jitnaqqas l-ammont kollu għall-istokkijiet rispettivi, jenħtieġ li jitqiesu l-kwantitajiet li jkun għad fadal meta jiġu stabbiliti it-tnaqqisiet għall-2020 u, fejn xieraq, mill-kwoti sussegwenti. |
|
(7) |
Jenħtieġ li t-tnaqqisiet mill-kwoti tas-sajd, kif previst f’dan ir-Regolament, japplikaw mingħajr preġudizzju għat-tnaqqisiet applikabbli għall-kwoti tal-2020 skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 185/2013 (11). |
|
(8) |
Billi l-kwoti jingħataw f’tunnellati, jenħtieġ li s-sajd eċċessiv ta’ kwantitajiet ta’ inqas minn tunnellata ma jitqiesx, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Il-kwoti tas-sajd stabbiliti fir-Regolamenti (UE) 2018/2025, (UE) 2019/1838, (UE) 2019/2236 u (UE) 2020/123 għall-2020 għandhom jitnaqqsu kif stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
2. Il-paragrafu 1 għandu japplika mingħajr preġudizzju għat-tnaqqisiet previsti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 185/2013.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Settembru 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1628 tat-30 ta’ Ottubru 2018 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2019 għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/120 fir-rigward ta’ ċerti opportunitajiet ta’ sajd f’ilmijiet oħra (ĠU L 272, 31.10.2018, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/2025 tas-17 ta’ Diċembru 2018 li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-baħar fond għall-2019 u għall-2020 (ĠU L 325, 20.12.2018, p. 7).
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/2058 tas-17 ta’ Diċembru 2018 li jiffissa għall-2019 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut fil-Baħar l-Iswed (ĠU L 329, 27.12.2018, p. 8).
(5) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/124 tat-30 ta’ Jannar 2019 li jistabbilixxi għall-2019 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 29, 31.1.2019, p. 1).
(6) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/1838 tat-30 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi għall-2020 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/124 fir-rigward ta’ ċerti opportunitajiet ta’ sajd f’ilmijiet oħra (ĠU L 281, 31.10.2019, p. 1).
(7) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/2236 tas-16 ta’ Diċembru 2019 li jiffissa, għall-2020, l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Mediterran u fil-Baħar l-Iswed (ĠU L 336, 30.12.2019, p. 14).
(8) Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/123 tas-27 ta’ Jannar 2020 li jistabbilixxi għall-2020 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 25, 30.1.2020, p. 1).
(9) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1726 tal-15 ta’ Ottubru 2019 li jnaqqas il-kwoti tas-sajd disponibbli għal ċerti stokkijiet fl-2019 minħabba sajd eċċessiv fis-snin ta’ qabel (ĠU L 263, 16.10.2019, p. 3).
(10) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/112 tat-22 ta’ Jannar 2020 li jnaqqas il-kwoti tas-sajd disponibbli għal ċerti stokkijiet fl-2019 minħabba sajd eċċessiv ta’ stokkijiet oħrajn fis-snin ta’ qabel u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1726 (ĠU L 21, 27.1.2020, p. 6).
(11) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 185/2013 tal-5 ta’ Marzu 2013 li jipprovdi għal tnaqqis minn ċerti kwoti tas-sajd allokati lil Spanja fl-2013 u fis-snin sussegwenti minħabba s-sajd żejjed ta’ ċertu kwota tal-kavalli fl-2009 (ĠU L 62, 6.3.2013, p. 1).
ANNESS
TNAQQISIET MILL-KWOTI TAS-SAJD GĦALL-2020 GĦALL-ISTOKKIJIET LI ĠEW MISTADA ŻŻEJJED
|
Stat Membru |
Kodiċi tal-ispeċi |
Kodiċi taż-żona |
Isem l-ispeċi |
Isem taż-żona |
Kwota oriġinali tal-2019 (f’kilogrammi) |
Ħatt l-art permess għall-2019 (kwantità totali adattata f’kilogrammi) (1) |
Qabdiet totali fl-2019 (f’kilogrammi) |
Konsum tal-kwota mqabbel mal-ħatt l-art permess |
Sajd eċċessiv relatat mal-ħatt l-art permess (f’kilogrammi) |
Fattur ta’ multiplikazzjoni (2) |
Tnaqqisiet pendenti mis-sena(snin) ta’ qabel (5)(f’kilogrammi) |
Tnaqqisiet applikabbli fl-2020 (f’kilogrammi) |
|
|
DE |
HER |
4AB. |
Aringi |
L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk Norveġiżi taż-żona 4 Tramuntana ta’ 53° 30′ N |
39 404 000 |
25 460 900 |
27 182 070 |
106,76 % |
1 721 170 |
/ |
/ |
/ |
1 721 170 |
|
DE |
MAC |
2CX14- |
Kavall |
3a u 4; l-ilmijiet tal-Unjoni 2a, 3b, 3c u s-Subdiviżjonijiet 22-32 |
441 000 |
14 859 024 |
15 542 581 |
104,60 % |
683 557 |
/ |
/ |
/ |
683 557 |
|
DK |
MAC |
2CX14- |
Kavall |
6, 7, 8a, 8b, 8d u 8e; l-ilmijiet tal-Unjoni u internazzjonali 5b; l-ilmijiet internazzjonali 2a, 12 u 14 |
/ |
2 688 463 |
2 693 920 |
100,20 % |
5 457 |
/ |
/ |
/ |
5 457 |
|
DK |
MAC |
2A34. |
Kavall |
3a u 4; l-ilmijiet tal-Unjoni 2a, 3b, 3c u s-Subdiviżjonijiet 22-32 |
14 480 000 |
13 330 744 |
14 022 305 |
105,19 % |
691 561 |
/ |
/ |
/ |
691 561 |
|
DK |
MAC |
2A4A-N |
Kavall |
L-ilmijiet Norveġiżi 2a u 4a |
10 242 000 |
10 252 106 |
11 197 228 |
109,22 % |
945 122 |
/ |
/ |
/ |
945 122 |
|
DK |
POK |
1N2AB. |
Pollakkju iswed |
L-ilmijiet Norveġiżi 1 u 2 |
/ |
17 000 |
50 968 |
299,81 % |
33 968 |
1,00 |
/ |
/ |
33 968 |
|
ES |
BET |
ATLANT |
Tonn obeż |
L-Oċean Atlantiku |
9 415 300 |
8 941 151 |
9 095 090 |
101,72 % |
153 939 |
/ |
C (6) |
/ |
153 939 |
|
ES |
COD |
1/2B. |
Bakkaljaw |
1 u 2b |
11 562 000 |
8 455 844 |
8 463 118 |
100,09 % |
7 274 |
/ |
/ |
/ |
7 274 |
|
ES |
GHL |
1N2AB. |
Ħalibatt ta' Greenland |
L-ilmijiet Norveġiżi 1 u 2 |
/ |
2 000 |
14 225 |
711,25 % |
12 225 |
1,00 |
A |
/ |
18 338 |
|
ES |
OTH |
1N2AB. |
Speċijiet oħra |
L-ilmijiet Norveġiżi 1 u 2 |
/ |
31 800 |
35 695 |
112,25 % |
3 895 |
1,00 |
/ |
/ |
3 895 |
|
ES |
POK |
1N2AB. |
Pollakkju iswed |
L-ilmijiet Norveġiżi 1 u 2 |
/ |
196 000 |
198 607 |
101,33 % |
2 607 |
/ |
/ |
/ |
2 607 |
|
ES |
RED |
N3LN. |
Redfish |
NAFO 3LN |
/ |
515 100 |
517 806 |
100,53 % |
2 706 |
/ |
/ |
/ |
2 706 |
|
ES |
RJU |
9-C. |
Raja ondjata |
L-ilmijiet tal-Unjoni 9 |
15 000 |
15 000 |
15 511 |
103,41 % |
511 (7) |
Mhux applikabbli |
Mhux applikabbli |
2 067 |
2 067 |
|
FR |
BET |
ATLANT |
Tonn obeż |
L-Oċean Atlantiku |
4 167 700 |
4 167 700 |
4 687 551 |
112,47 % |
519 851 |
1,20 |
C |
/ |
883 747 |
|
FR |
RJE |
7FG. |
Raja għewejna |
L-ilmijiet tal-Unjoni 7f u 7g |
79 000 |
90 399 |
91 485 |
101,20 % |
1 086 |
/ |
/ |
/ |
1 086 |
|
FR |
RJU |
7DE. |
Raja ondjata |
L-ilmijiet tal-Unjoni 7d u 7e |
103 000 |
168 000 |
177 718 |
105,78 % |
9 718 |
/ |
/ |
/ |
9 718 |
|
FR |
SWO |
AS05N |
Pixxispad |
L-Oċean Atlantiku, Nofsinhar ta’ 5° N |
/ |
/ |
3 500 |
Mhux applikabbli |
3 500 |
/ |
/ |
/ |
3 500 |
|
GB |
COD |
N1GL14 |
Bakkaljaw |
L-ilmijiet ta’ Greenland NAFO 1F u l-ilmijiet ta’ Greenland 5, 12 u 14 |
364 000 |
353 500 |
353 500 |
100 % |
0 |
/ |
/ |
4 167 |
4 167 |
|
GB |
HER |
4AB. |
Aringi |
L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk Norveġiżi taż-żona 4 Tramuntana ta’ 53° 30′ N |
55 583 000 |
62 320 196 |
62 607 628 |
100,46 % |
287 432 |
/ |
/ |
/ |
287 432 |
|
GB |
MAC |
2CX14- |
Kavall |
6, 7, 8a, 8b, 8d u 8e; l-ilmijiet tal-Unjoni u internazzjonali 5b; l-ilmijiet internazzjonali 2a, 12 u 14 |
152 115 000 |
145 768 635 |
154 072 694 |
105,70 % |
8 304 059 |
/ |
A (6) |
/ |
8 304 059 |
|
GB |
RJU |
7DE. |
Raja ondjata |
L-ilmijiet tal-Unjoni 7d u 7e |
58 000 |
61 200 |
63 133 |
103,16 % |
1 933 |
/ |
/ |
/ |
1 933 |
|
EL |
BFT |
AE45WM |
Tonn |
L-Oċean Atlantiku, Lvant ta’ 45° W, u l-Mediterran |
285 110 |
304 110 |
312 690 |
102,82 % |
8 580 |
/ |
C (6) |
/ |
8 580 |
|
IE |
ALB |
AN05N |
Alonga tat-Tramuntana |
L-Oċean Atlantiku, Tramuntana ta’ 5° N |
2 854 300 |
3 115 420 |
3 213 170 |
103,14 % |
97 750 |
/ |
C (6) |
/ |
97 750 |
|
NL |
HER |
4CXB7D |
Aringi |
4c, 7d għajr l-istokk tal-Blackwater |
18 162 000 |
19 497 305 |
19 512 481 |
100,08 % |
15 176 |
/ |
/ |
/ |
15 176 |
|
NL |
MAC |
2A34. |
Kavall |
3a u 4; l-ilmijiet tal-Unjoni 2a, 3b, 3c u s-Subdiviżjonijiet 22-32 |
1 342 000 |
1 494 000 |
2 012 324 |
134,69 % |
518 324 |
1,40 |
/ |
/ |
725 654 |
|
PT |
ALB |
AN05N |
Alonga tat-Tramuntana |
L-Oċean Atlantiku, Tramuntana ta’ 5° N |
1 994 200 |
1 794 200 |
2 463 161 |
137,28 % |
668 961 |
1,40 |
C |
/ |
1 271 026 |
|
PT |
ALF |
3X14- |
Fonsa ħamra |
L-ilmijiet tal-Unjoni u internazzjonali 3, 4, 5, 6, 7, 8, 9, 10, 12 u 14 |
164 000 |
149 034 |
156 756 |
105,18 % |
7 722 |
/ |
A (6) |
/ |
7 722 |
|
PT |
BUM |
ATLANT |
Marlin blu |
L-Oċean Atlantiku |
50 440 |
7 076 |
18 016 |
254,61 % |
10 940 |
1,00 |
A |
/ |
16 410 |
|
PT |
RJU |
9-C. |
Raja ondjata |
L-ilmijiet tal-Unjoni 9 |
15 000 |
21 705 |
24 589 |
113,29 % |
2 884 |
1,00 |
/ |
/ |
2 884 |
|
PT |
SWO |
AN05N |
Pixxispad |
L-Oċean Atlantiku, Tramuntana ta’ 5° N |
1 010 390 |
2 410 390 |
2 414 333 |
100,16 % |
3 943 |
/ |
/ |
/ |
3 943 |
|
SE |
MAC |
2A34. |
Kavall |
3a u 4; l-ilmijiet tal-Unjoni 2a, 3b, 3c u s-Subdiviżjonijiet 22-32 |
4 034 000 |
2 945 203 |
3 075 839 |
104,44 % |
130 636 |
/ |
/ |
/ |
130 636 |
(1) Il-kwoti disponibbli għal Stat Membru skont ir-Regolamenti rilevanti dwar l-opportunitajiet tas-sajd wara li jitqiesu l-iskambji tal-opportunitajiet tas-sajd skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22), it-trasferimenti tal-kwoti mill-2018 għall-2019 skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 (ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3) u skont l-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jew ir-riallokazzjoni u t-tnaqqis tal-opportunitajiet tas-sajd skont l-Artikoli 37 u 105 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.
(2) Kif stabbilit fl-Artikolu 105(2) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. Tnaqqis ekwivalenti għas-sajd eċċessiv * 1,00 għandu japplika fil-każijiet kollha ta’ sajd eċċessiv ta’ 100 tunnellata jew inqas.
(3) Kif stabbilit fl-Artikolu 105(3) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u dejjem jekk is-sajd eċċessiv jaqbeż l-10 %.
(4) L-ittra “A” turi li ġie applikat fattur addizzjonali ta’ multiplikazzjoni ta’ 1,5 minħabba li kien hemm sajd eċċessiv konsekuttiv fl-2017, fl-2018 u fl-2019. L-ittra “C” turi li ġie applikat fattur addizzjonali ta’ multiplikazzjoni ta’ 1,5 minħabba li l-istokk huwa soġġett għal pjan pluriennali.
(5) Il-kwantitajiet li fadal mis-sena (snin) ta' qabel.
(6) Il-fattur addizzjonali ta' multiplikazzjoni mhux applikabbli billi s-sajd eċċessiv ma jaqbiżx l-10 % tal-ħatt l-art permess.
(7) Kwantitajiet ta' inqas minn tunnellata ma jitqisux.