|
22.7.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 190/29 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 621/2010
tat-3 ta’ Ġunju 2010
dwar l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd taħt il-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gżejjer Solomon
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Ftehim ta’ Sħubija ġdid dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gżejjer Solomon (minn hawn ’il quddiem “Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd”) ġie inizjalat fis-26 ta’ Settembru 2009. |
|
(2) |
Il-Kunsill fit-3 ta’ Ġunju 2010 adotta d-Deċiżjoni 2010/397/UE (1) dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta’ Sħubija l-ġdid dwar is-Sajd. |
|
(3) |
Il-metodu għall-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri għandhom ikunu ddefiniti għal matul il-Ftehim ta’ Sħubija l-ġdid dwar is-Sajd kif ukoll għall-perijodu tal-applikazzjoni proviżorja tiegħu. |
|
(4) |
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu u għandu japplika mid-9 ta’ Ottubru 2009, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. L-opportunitajiet tas-sajd stabbiliti fil-Protokoll tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gżejjer Solomon għandhom jiġu allokati fost l-Istati Membri kif ġej:
— Sajd għat-tonn bit-tartaruni mgħammra bi friżer:
|
Spanja |
: |
75 % tal-opportunitajiet tas-sajd disponibbli |
|
Franza |
: |
25 % tal-opportunitajiet tas-sajd disponibbli |
2. Jekk l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjonijiet tas-sajd mill-Istati Membri msemmijin fil-paragrafu 1 ma jkoprux l-opportunitajiet kollha tas-sajd stabbiliti bil-Protokoll, il-Kummissjoni tista’ tikkunsidra applikazzjonijiet għal awtorizzazzjonijiet tas-sajd minn kwalunkwe Stat Membru ieħor.
3. Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd u tal-Protokoll, għandu japplika r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 tad-29 ta’ Settembru 2008 dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità barra mill-ilmijiet tal-Komunità u l-aċċess ta’ bastimenti ta’ pajjiżi terzi għall-ilmijiet tal-Komunità (2).
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mid-9 ta’ Ottubru 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-3 ta’ Ġunju 2010.
Għall-Kunsill
Il-President
A. PÉREZ RUBALCABA
(1) Ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.