<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T‑358/08</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62008TJ0358</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2013:371">EU:T:2013:371</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>16</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>16</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20130711">11.7.2013</DATE> — KAWŻA T-358/08 [<HT TYPE="ITALIC">ESTRATTI</HT>]</P><P>SPANJA vs IL-KUMMISSJONI</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (It-Tmien Awla)</P><P><DATE ISO="20130711">11 ta’ Lulju 2013</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Fond ta’ Koeżjoni</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 1164/94</KEYWORD><KEYWORD>Proġett għal sistema ta’ trattament tal-ilma f’Zaragoza</KEYWORD><KEYWORD>Kanċellament parzjali tal-għajnuna finanzjarja</KEYWORD><KEYWORD>Kuntratti pubbliċi</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ xogħol</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 14(10) u (13) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/38/KEE</KEYWORD><KEYWORD>Qsim ta’ kuntratti</KEYWORD><KEYWORD>Aspettattivi leġittimi</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu ta’ motivazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Terminu għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni</KEYWORD><KEYWORD>Determinazzjoni tal-korrezzjonijiet finanzjarji</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu H(2) tal-Anness II tar-Regolament Nru 1164/94</KEYWORD><KEYWORD>Proporzjonalità</KEYWORD><KEYWORD>Preskrizzjoni</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T-358/08,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Renju ta’ Spanja</HT>, inizjalment irrappreżentat minn J. Rodríguez Cárcamo, sussegwentement minn A. Rubio González, abogados del Estado,</P><PARTY.STATUS>rikorrent,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn G. Valero Jordana u A. Steiblytė, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 3249, tal-<DATE ISO="20080625">25 ta’ Ġunju 2008</DATE>, dwar it-tnaqqis tal-għajnuna mogħtija taħt il-Fond ta’ Koeżjoni lir-Renju ta’ Spanja għall-proġett Nru 96/11/61/018 – <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Tindif ta’ Zaragoza<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/> permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (96) 2095, tas-<DATE ISO="19960726">26 ta’ Lulju 1996</DATE>,</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (It-Tmien Awla),</P><P>komposta minn L. Truchot, President, M. E. Martins Ribeiro u A. Popescu (Relatur), Imħallfin,</P><P>Reġistratur: J. Palacio González, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20121128">28 ta’ Novembru 2012</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Qed jiġu riprodotti biss il-punti ta’ din is-sentenza li l-pubblikazzjoni tagħhom tqieset li hija utli mill-Qorti Ġenerali.</P></NOTE></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tad-Deċiżjoni C (96) 2095, tas-<DATE ISO="19960726">26 ta’ Lulju 1996</DATE> (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Deċiżjoni tal-1996<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej approvat, taħt il-Fond ta’ Koeżjoni, l-għoti ta’ għajnuna finanzjarja ta’ EUR 8 850 689 għall-proġett Nru 96/11/61/018 – <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Tindif ta’ Zaragoza<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>proġett ta’ tindif ta’ Zaragoza<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>. Dan il-proġett, li għandu bħala għan li jitjiebu u li jitlestew installazzjonijiet ta’ tindif u purifikazzjoni tal-ilma tad-dranaġġ tal-belt ta’ Zaragoza (Spanja), kien jinkludi żewġ gruppi ta’ operazzjonijiet. L-ewwel grupp ta’ operazzjonijiet, imsejjaħ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Pjan ta’ bdil tad-dranaġġ<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>fażi FIMMA 96<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>), kien jipprevedi l-bdil tad-dranaġġ f’ċerti kwartieri tal-belt. It-tieni grupp ta’ operazzjonijiet, imsejjaħ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Programm ta’ tindif taż-żona tal-punent tal-belt (baċir tal-impjant ta’ purifikazzjoni ta’ Almozara)<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>fażi SPWS<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>), kien jinkludi, b’mod partikolari, il-kostruzzjoni ta’ kolletturi, ta’ netwerk sekondarju ta’ kolletturi u ta’ lqugħ tal-ilma tax-xita. Il-muniċipalità ta’ Zaragoza kienet il-benefiċjarja finali tal-għajnuna finanzjarja u kienet responsabbli mill-ġestjoni tal-proġett li l-implementazzjoni tiegħu kienet prevista matul il-perijodu inkluż bejn l-<DATE ISO="19960501">1 ta’ Mejju 1996</DATE> u l-<DATE ISO="19981231">31 ta’ Diċembru 1998</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Fuq talba tar-Renju ta’ Spanja, id-Deċiżjoni tal-1996 ġiet emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (97) 2601, tad-<DATE ISO="19970729">29 ta’ Lulju 1997</DATE> (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Deċiżjoni tal-1997<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>), bil-għan li jiġu inklużi tmien operazzjonijiet addizzjonali (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>fażi FIMMA 97<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>). Seba’ operazzjonijiet kienu għat-tibdil, għat-trasformazzjoni kif ukoll għall-kostruzzjoni tal-kolletturi u operazzjoni kienet tikkonsisti fil-kostruzzjoni ta’ impjant tat-trattament tal-ħama. It-terminu għat-tmiem tax-xogħlijiet ġie estiż sal-<DATE ISO="19991231">31 ta’ Diċembru 1999</DATE>.</TXT><P><HT TYPE="ITALIC">[omissis]</HT></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Deċiżjoni kkontestata</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni kkonstatat irregolaritajiet li kienu jaffettwaw tmien kuntratti tal-fażi SPWS u, b’mod partikolari, erbgħa tal-fażi FIMMA 97.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>It-tmien kuntratti tal-fażi SPWS kienu dawn li ġejjin:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>kollettur ta’ lqugħ fix-xmara Èbre;</P></ITEM><ITEM><P>kollettur tal-kwartier ta’ Los Palos;</P></ITEM><ITEM><P>kollettur taż-żona Martín Arpal;</P></ITEM><ITEM><P>kollettur ta’ Valles Verdes;</P></ITEM><ITEM><P>kollettur ta’ San Lamberto – Vistabella;</P></ITEM><ITEM><P>kollettur fir-rotta ta’ Madrid;</P></ITEM><ITEM><P>netwerk sekondarju ta’ kolletturi;</P></ITEM><ITEM><P>kollettur fiż-żona tal-limitu tat-territorju muniċipali.</P></ITEM></LIST></P></NP><?PAGE NO="3"?><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>L-erba’ kuntratti tal-fażi FIMMA 97 kienu dawn li ġejjin:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>kollettur tan-naħa l-leminija tax-xmara Huerva;</P></ITEM><ITEM><P>impjant tat-trattament tal-ħama;</P></ITEM><ITEM><P>kolletturi tax-xmara Gállego;</P></ITEM><ITEM><P>kollettur ta’ kollegament tal-installazzjoni ta’ purifikazzjoni ta’ Almozara.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Fil-premessa 20 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni kkunsidrat li, skont l-Artikolu 4(2) u l-Artikolu 14(1), (10) u (13) tad-Direttiva 93/38, il-kuntratti kontenzjużi kienu jikkostitwixxu lottijiet ta’ biċċa xogħol waħda, li fir-rigward tagħhom l-inizjattiva kienet ir-responsabbiltà ta’ entità kontraenti waħda, u li dawn il-kuntratti kellhom ikunu suġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-imsemmija direttiva. Hija kkunsidrat li l-imsemmija kuntratti kienu ġew maqsuma, bi ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva, b’mod partikolari, ta’ dawk li jirrigwardaw il-limitu, il-pubblikazzjoni u l-ugwaljanza fit-trattament bejn l-offerenti.</TXT><P><HT TYPE="ITALIC">[omissis]</HT></P></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>L-ewwel nett, sabiex tistabbilixxi l-eżistenza ta’ irregolaritajiet fis-sens tal-Artikolu H tal-Anness II tar-Regolament Nru 1164/94, il-Kummissjoni qabel kollox fakkret id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 1(4)(b), tal-Artikolu 4(2), u tal-Artikolu 14(1)(10) u (13) tad-Direttiva 93/38 (premessi 19, 21 sa 23 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Sussegwentement, il-Kummissjoni rrilevat, fil-premessa 24 tad-deċiżjoni kkontestata, li, fl-avviżi kollha tal-kuntratti ppubblikati fil-<HT TYPE="ITALIC">Boletín Oficial de Aragón</HT> u fil-mezzi tax-xandir lokali, il-Kunsill muniċipali ta’ Zaragoza kien il-korp kontraenti li lilu kellhom jiġu indirizzati l-offerti. Hija rrilevat ukoll ix-xebh tad-deskrizzjoni tax-xogħlijiet li kellhom jiġu eżegwiti fin-netwerk tad-dranaġġ u tat-trattament tal-ilma tad-dranaġġ u kkunsidrat li x-xogħlijiet kellhom jaqdu l-istess funzjoni ekonomika u teknika. Hija kkunsidrat li, f’dan il-każ, kienet involuta serje ta’ xogħlijiet speċifiċi ta’ manutenzjoni, ta’ tkabbir u ta’ rijabilitazzjoni tan-netwerk tad-dranaġġ u tat-trattament tal-ilma użat eżistenti li, ladarba jitlestew, kellhom jirriżultaw fit-titjib globali tan-netwerk għall-utenti finali. Il-Kummissjoni ppreċiżat li x-xogħlijiet kienu marbuta ma’ kolletturi tal-ilma tad-dranaġġ, ma’ kolletturi ta’ lqugħ tal-ilma tax-xita, ma’ impjant tat-trattament tal-ħama u ma’ kollettur tal-ilma tad-dranaġġ bejn iż-żewġ stazzjonijiet tal-purifikazzjoni ta’ Almorzara u ta’ Cartuja. Hija kkunsidrat li d-differenza bejn it-tipi differenti ta’ xogħlijiet kienet funzjonali, u mhux teknika jew ekonomika, u li, konsegwentement, ma kienx meħtieġ xi għarfien tekniku speċifiku sabiex jitwettqu. Fl-aħħar nett, hija rrilevat li, mill-perspettiva ekonomika, l-utenti finali kellhom iħallsu lill-fornitur tas-servizzi skont l-użu tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>L-ewwel nett, f’dak li jikkonċerna t-tmien proġetti tal-fażi SPWS, il-Kummissjoni kkunsidrat, fil-premessa 24(a) tad-deċiżjoni kkontestata, li x-xogħlijiet kellhom għan simili, bl-unika differenza tkun li ġew imwettqa f’setturi ġeografikament differenti. Hija kkunsidrat li l-għan ewlieni tax-xogħlijiet kien li jiġu pprovduti jew li jiġu rinnovati s-sistemi tad-dranaġġ għal setturi differenti, inkluża l-installazzjoni tal-kolletturi tad-dranaġġ u tal-ilqugħ.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>It-tieni nett, fir-rigward tal-erba’ proġetti tal-fażi FIMMA 97, imsemmija fil-punt 15 iktar ’il fuq, li għalihom id-deroga tal-Artikolu 14(10) tad-Direttiva 93/38 ma setgħetx tiġi invokata, il-Kummissjoni kkunsidrat, fil-premessa 24(b) tad-deċiżjoni kkontestata, li x-xogħlijiet kellhom għan simili, bl-unika differenza tkun li twettqu f’setturi ġeografikament differenti. Hija kkunsidrat li l-għan ewlieni tax-xogħlijiet kien li jiġu installati kolletturi matul ix-xmajjar Huerva u Gállego sabiex jaqdu ż-żoni li kienu għadhom iferrgħu direttament fix-xmajjar u li jiġu rrijabilitati ż-żewġ installazzjonijiet ta’ trattament tal-ilma tad-dranaġġ li lejhom kien jitwassal l-ilma tad-dranaġġ.</TXT></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Fil-premessa 25 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni ppreċiżat li, dwar il-ksur tal-Artikolu 4(2) u tal-Artikolu 14(10) tad-Direttiva 93/38, il-kuntratti kellhom jiġu kkunsidrati bħala li huma intiżi għat-twettiq ta’ biċċa xogħol waħda meta jkunu marbuta b’mod, kif inhuma f’dan il-każ, li impriża Komunitarja tkun tista’ tikkunsidrahom bħala operazzjoni ekonomika waħda u b’mod li tkun tista’ tissottometti offerta waħda għall-operazzjoni kollha. Il-Kummissjoni indikat li din l-interpretazzjoni kienet koerenti mal-għan tad-Direttiva 93/38, li huwa li jiġi żgurat li l-impriżi ta’ Stati Membri oħra jkunu jistgħu jwieġbu għas-sejħiet għal offerti, meta jkollhom interess, għal raġunijiet oġġettivi li jirrigwardaw il-valur tal-kuntratti. Tali impriża setgħet riedet tkun informata bil-valur tal-lottijiet kollha li jifformaw ix-xogħlijiet, anki jekk ma kinitx f’pożizzjoni li twettaqhom kollha. Il-Kummissjoni żiedet li din kienet l-unika possibbiltà li tiġi evalwata l-portata eżatta tal-kuntratt u li jiġi aġġustat il-prezz skont in-numru ta’ lottijiet li għalih kien ikkunsidrat li jiġu sottomessi offerti.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Fil-premessa 26 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni kkonkludiet li t-tmien proġetti tal-fażi SPWS, meħuda flimkien, u l-erba’ proġetti tal-fażi FIMMA 97, meħuda flimkien, kienu jaqdu funzjoni ekonomika u teknika waħda u li, għalhekk, l-awtoritajiet Spanjoli kienu qasmu artifiċjalment ix-xogħlijiet li jirrigwardaw il-manutenzjoni, it-tkabbir u r-rijabilitazzjoni tan-netwerk tad-dranaġġ u tat-trattament tal-ilma tad-dranaġġ eżistenti. Hija ppreċiżat li din il-konklużjoni kienet ibbażata fuq in-natura simili tad-deskrizzjonijiet tax-xogħlijiet u tax-xebh tal-avviż tal-kuntratti, fuq l-implementazzjoni tal-proċedura u fuq il-koordinazzjoni globali mill-istess entità kontraenti kif ukoll fuq il-fatt li x-xogħlijiet ġew imwettqa f’żona ġeografika waħda.</TXT><P><HT TYPE="ITALIC">[omissis]</HT></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Ir-Renju ta’ Spanja ressaq din il-kawża b’rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-<DATE ISO="20080903">3 ta’ Settembru 2008</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20101130">30 ta’ Novembru 2010</DATE>, din il-kawża ġiet assenjata lil Imħallef Relatur ġdid sedenti fit-Tieni Awla. Peress li l-kompożizzjoni tal-Awli tal-Qorti Ġenerali nbidlet, l-Imħallef Relatur ġie sussegwentement assenjat lit-Tmien Awla u għaldaqstant din il-kawża ġiet assenjata lil din tal-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Fuq rapport tal-Imħallef Relatur, il-Qorti Ġenerali (it-Tmien Awla) ddeċidiet li tiftaħ il-proċedura orali. It-trattazzjonijiet tal-partijiet u t-tweġibiet tagħhom għall-mistoqsijiet magħmulin mill-Qorti Ġenerali nstemgħu waqt is-seduta tas-<DATE ISO="20121128">28 ta’ Novembru 2012</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Ir-Renju ta’ Spanja jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tannulla d-deċiżjoni kkontestata;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors fl-intier tiegħu;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-Renju ta’ Spanja għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></P></TI></TITLE><P><HT TYPE="ITALIC">[omissis]</HT></P><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1. 1.1,</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel motiv, ibbażat fuq żbalji ta’ liġi u żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-Artikolu H tal-Anness II dwar korrezzjonijiet finanzjarji tar-Regolament Nru 1164/94, flimkien mal-Artikolu 14(13) tad-Direttiva 93/38</HT></TXT></NP></TI></TITLE><P><HT TYPE="ITALIC">[omissis]</HT></P><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi osservat li, waqt is-seduta, bi tweġiba għal mistoqsija tal-Qorti Ġenerali, ir-Renju ta’ Spanja ppreċiża li, permezz tal-ewwel motiv, huwa kien qiegħed jinvoka l-ksur tal-Artikolu 14(13) tad-Direttiva 93/38, dispożizzjoni li għandha tinqara flimkien mal-Artikolu 14(10) tad-Direttiva 93/38. Dan tniżżel fil-proċess verbali tas-seduta.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-Renju ta’ Spanja jsostni li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi kif ukoll żball ta’ evalwazzjoni serju fid-deċiżjoni kkontestata meta affermat li kien hemm ksur tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 93/38. Huwa jsostni li, għalkemm l-oneru tal-prova huwa fuq il-Kummissjoni, għandha ssir analiżi qasira tal-kuntratti li huma s-suġġett ta’ din il-kawża skont il-kriterji ddefiniti mill-Qorti tal-Ġustizzja, bil-għan li jiġi ppruvat li ma kienet sodisfatta ebda waħda mill-kundizzjonijiet li jippermettu li jiġi konkluż li kien hemm biċċa xogħol waħda. Għandu jiġi kkonstatat li, permezz ta’ dan ir-rikors, ir-Renju ta’ Spanja jikkontesta kemm id-definizzjoni mogħtija mill-Kummissjoni tal-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 14(10) u tal-Artikolu 14(13) tad-Direttiva 93/38 kif ukoll l-applikazzjoni tagħhom għall-kuntratti inkwistjoni fid-deċiżjoni kkontestata. Għaldaqstant, għandu jiġi eżaminat jekk il-Kummissjoni waslitx b’mod żbaljat għall-konklużjoni li kien hemm ksur tad-dispożizzjonijiet iċċitati iktar ’il fuq fid-deċiżjoni kkontestata, u dan huwa dak li għandu jiġi ppruvat quddiem il-Qorti Ġenerali mir-Renju ta’ Spanja.</TXT><P><HT TYPE="ITALIC">[omissis]</HT></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel parti, ibbażata fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni f’dak li jikkonċerna l-kunċett ta’ xogħol</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Skont ir-Renju ta’ Spanja, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod żbaljat li l-muniċipalità ta’ Zaragoza kienet kisret id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 93/38 meta qasmet il-kuntratti inkwistjoni u meta ma ppubblikatx avviż fil-Ġurnal Uffiċjali. Huwa jikkunsidra l-affermazzjonijiet tal-Kummissjoni li jidhru fit-tieni paragrafu tal-premessa 8, fil-premessa 9, fil-premessa 23(b) u fil-premessa 24 tad-deċiżjoni kkontestata, bħala infondati.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>L-ewwel nett, ir-Renju ta’ Spanja jsostni li, bil-għan li jiġi evalwat jekk proġett jistax ikun fih diversi xogħlijiet distinti, għandha ssir, fid-dawl tal-formulazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 93/38 u tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, analiżi minn perspettiva tripla: teknika u ekonomika, ġeografika u temporali.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>It-tieni nett, ir-Renju ta’ Spanja jinvoka n-natura żbaljata tal-applikazzjoni ta’ dawn il-kriterji f’dan il-każ. Skontu, il-Kummissjoni ma għamlet l-ebda analiżi oġġettiva tax-xogħlijiet skont din il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>perspettiva tripla<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, iżda hija tidher li użat kriterji xi ftit partikolari sabiex tiddetermina l-ksur tal-awtoritajiet Spanjoli, bħall-kapaċità tal-offerenti potenzjali jew tal-utilità għalihom, li jwettqu xi wħud mill-kuntratti jew il-kuntratti kollha fl-istess ħin (premessa 9 tad-deċiżjoni kkontestata). Barra dan, l-eżami tekniku u ekonomiku kien nieqes minn rigorożità teknika.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-awtoritajiet Spanjoli wettqu ksur tal-Artikolu 14(13) tad-Direttiva 93/38, moqri flimkien mal-paragrafi 1 u 10 ta’ dan l-artikolu, meta qasmu, minn naħa, tmien kuntratti tal-fażi SPWS u, min-naħa l-oħra, b’mod partikolari, erba’ kuntratti tal-fażi FIMMA 97. Wara li fakkret, fil-premessa 23(b) tad-deċiżjoni kkontestata, id-definizzjoni ta’ xogħol fis-sens tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 14(10) tad-Direttiva 93/38, hija applikata għall-kuntratti kontenzjużi fil-premessi 24 sa 26 tad-deċiżjoni kkontestata.</TXT><?PAGE NO="6"?><P><HT TYPE="ITALIC">[omissis]</HT></P></NP><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq il-kunċett ta’ xogħol fis-sens tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 14(10) tad-Direttiva 93/38 fid-deċiżjoni kkontestata</P></TI></TITLE><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 14(1)(ċ) tad-Direttiva 93/38, l-imsemmija direttiva tapplika għall-kuntratti li l-valur tagħhom huwa stmat, barra l-VAT, bħala daqs jew iktar minn EUR 5 miljun f’dak li jirrigwarda l-kuntratti ta’ xogħol. Skont l-Artikolu 14(13) tad-Direttiva 93/38, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>[l]-entitajiet kontraenti ma jistgħux jaħarbu minn din id-Direttiva billi jaqsmu l-kuntratti jew jużaw metodi speċjali kif jikkalkulaw il-valur tal-kuntratti<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Barra dan, skont l-Artikolu 14(10) tad-Direttiva 93/38, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>[i]l-bażi biex jiġi kkalkulat il-valur ta’ kuntratt ta’ xogħlijiet għall-finijiet tal-paragrafu 1 għandha tkun il-valur totali tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, fejn xogħol huwa ddefinit, fl-ewwel subparagrafu ta’ dan l-artikolu, bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>ir-riżultat ta’ attivitajiet ta’ bini u inġinerija ċivili, meħuda bħala ħaġa waħda, li huma maħsuba biex waħidhom iwettqu funzjoni ekonomika u teknika<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>L-ewwel nett, għandu jiġi rrilevat, kif jagħmlu r-Renju ta’ Spanja u l-Kummissjoni, li l-Qorti tal-Ġustizzja interpretat l-Artikolu 14(10) u (13) tad-Direttiva 93/38 fis-sentenza tal-<DATE ISO="20001005">5 ta’ Ottubru 2000</DATE>, Il-Kummissjoni vs Franza (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-16/98" PAGE.ECR="I-8315" YEAR="2000">C-16/98, Ġabra p. I-8315</REF.DOC.ECR>). F’dik is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li l-Artikolu 14(13) tad-Direttiva 93/38 <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>jesprimi b’mod konkret l-obbligi li jirriżultaw għall-entitajiet kontraenti mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 14(10) tad-Direttiva [93/38] u għandu, għalhekk, jittieħed inkunsiderazzjoni flimkien ma’ dan tal-aħħar sabiex tittieħed deċiżjoni dwar l-eżistenza ta’ qsim ta’ xogħol<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> (punt 31). Barra minn hekk, skont il-Qorti tal-Ġustizzja, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>mid-definizzjoni ta’ xogħol li tidher fit-tieni sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 14(10) tad-Direttiva [93/38] jirriżulta li l-eżistenza ta’ xogħol għandha tiġi evalwata b’rabta mal-funzjoni ekonomika u teknika tal-eżitu tax-xogħlijiet ikkonċernati<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> (punt 36).</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Minn dik is-sentenza jirriżulta li, bil-għan li tevalwa jekk dawn ix-xogħlijiet kinux marbutin ma’ xulxin b’mod li kellhom jiġu kkunsidrati bħala biċċa xogħol waħda fis-sens tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 14(10) tad-Direttiva 93/38, il-Qorti tal-Ġustizzja adottat approċċ funzjonali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-<DATE ISO="20120315">15 ta’ Marzu 2012</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja, C-574/10, punt 37). Il-Qorti tal-Ġustizzja mxiet fuq żewġ kriterji, li huma l-kriterju tal-funzjoni ekonomika u dak tal-funzjoni teknika tal-eżitu tax-xogħlijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li, skont is-sentenza Il-Kummissjoni vs Franza, iċċitata iktar ’il fuq, il-Kummissjoni indikat fid-deċiżjoni kkontestata li kellhom jiġu applikati l-kriterji tal-funzjoni ekonomika u tal-funzjoni teknika tal-eżitu tax-xogħlijiet bil-għan li tiġi ddefinita biċċa xogħol fis-sens tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 14(10) tad-Direttiva 93/38 (premessi 23 u 24). Wara li fakkret il-formulazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni fil-premessa 23 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni għaldaqstant ikkunsidrat, fil-premessa 24 li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>[i]d-deskrizzjoni tax-xogħol li kellu jiġu eżegwit fin-netwerk tad-dranaġġ u tat-trattament tal-ilma tad-dranaġġ kienet simili u x-xogħlijiet kellhom jaqdu l-istess funzjoni ekonomika u teknika<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>[d]an il-każ jirreferi għal serje ta’ xogħlijiet speċifiċi ta’ manutenzjoni, ta’ tkabbir u ta’ rijabilitazzjoni tan-netwerk tad-dranaġġ u tat-trattament tal-ilma tad-dranaġġ eżistenti li, ladarba jitlestew, kellhom jirriżultaw fit-titjib globali tan-netwerk għall-utenti finali<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> u li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>[i]d-differenza bejn it-tipi differenti ta’ xogħlijiet [ma hijiex] teknika jew ekonomika<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Għalhekk, mingħajr ma huwa meħtieġ li tittieħed deċiżjoni dwar il-kwistjoni, invokata mill-Kummissjoni, ta’ jekk il-kriterji tal-funzjoni ekonomika u tal-funzjoni teknika tal-eżitu tax-xogħlijiet bil-għan li tiġi ddefinita biċċa xogħol fis-sens tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 14(10) tad-Direttiva 93/38 humiex kumulattivi, għandu jiġi rrilevat li, kuntrarjament għall-allegazzjonijiet tar-Renju ta’ Spanja, il-Kummissjoni ma wettqitx żball fid-deċiżjoni kkontestata meta identifikat<?PAGE NO="7"?> il-kriterji tal-funzjoni ekonomika u tal-funzjoni teknika tal-eżitu tax-xogħlijiet li għandhom jiġu applikati bil-għan li tiġi ddefinita biċċa xogħol fis-sens tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 14(10) tad-Direttiva 93/38.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>It-tieni nett, ir-Renju ta’ Spanja jsostni li l-analiżi tal-kuntratti kontenzjużi kellha ssir ukoll permezz ta’ kriterji ġeografiċi u temporali.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dan, għandu jiġi rrilevat li, fis-sentenza Il-Kummissjoni vs Franza, iċċitata iktar ’il fuq, il-Qorti tal-Ġustizzja użat il-kriterji tal-funzjoni teknika u tal-funzjoni ekonomika tal-eżitu tax-xogħlijiet bil-għan li tiddefinixxi biċċa xogħol waħda (punti 49 sa 56). Sussegwentement, hija ppreċiżat, fil-punt 65, li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>kull każ ta’ għoti ta’ kuntratt kellu jiġi evalwat skont il-kuntest tiegħu u skont il-karatteristiċi partikolari tiegħu stess<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>. Il-Qorti tal-Ġustizzja żiedet li, fis-sitwazzjoni li tat lok għal dik is-sentenza, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>[kienu] jeżistu elementi importanti, bħalma hija s-simultanjetà tat-tnedija tal-kuntratti kontenzjużi, ix-xebh tal-avviżi tal-kuntratti, l-unità tal-kuntest ġeografiku li fih dawn il-kuntratti ġew imnedija u l-koordinazzjoni żgurata mi[ll-]entità li tiġbor fiha l-organizzazzjonijiet muniċipali konġunti responsabbli għall-provvista tal-elettriku fil-livell dipartimentali, li kienu jiffavorixxu l-ġbir tal-imsemmija kuntratti f’dan il-livell<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Għalhekk, fis-sentenza Il-Kummissjoni vs Franza, iċċitata iktar ’il fuq, il-Qorti tal-Ġustizzja ħadet inkunsiderazzjoni element ġeografiku sabiex tivverifika li n-natura unitarja tal-funzjoni teknika u ekonomika tax-xogħlijiet kienet teżisti għad-diversi netwerks lokali, kemm tal-provvista tal-elettriku (punti 64 u 65), u kemm tal-illuminazzjoni pubblika (punti 69 sa 70), f’żona ġeografika iktar estiża u li dawn in-netwerks lokali setgħu għalhekk jiġu miġbura f’netwerk wieħed, peress li seta’ kien hemm interkollegament bejn dawn in-netwerks lokali.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-aspett temporali, fis-sentenza Il-Kummissjoni vs Franza, iċċitata iktar ’il fuq, il-Qorti tal-Ġustizzja semmiet, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>is-simultanjetà tat-tnedija tal-kuntratti kontenzjużi<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> (punt 65).</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkunsidrat li l-aspetti ġeografiċi u temporali ma jikkostitwixxux kriterji li għandhom l-għan li jiddefinixxu biċċa xogħol fis-sens tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 14(10) tad-Direttiva 93/38, iżda jikkostitwixxu elementi neċessarji sabiex jikkorroboraw l-eżistenza ta’ tali biċċa xogħol, u dan għaliex huma biss xogħlijiet li jinsabu f’kuntest ġeografiku u temporali ddeterminat li jistgħu jiġu kkunsidrati bħala biċċa xogħol waħda.</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat li, fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni rreferiet għall-element ġeografiku (premessi 24 u 26 tad-deċiżjoni kkontestata) u għall-element temporali minħabba l-ġbir tal-kuntratti li jirrigwardaw proġetti li jaqgħu fl-istess fażi, jiġifieri jew fil-fażi SPWS, jew fil-fażi FIMMA 97. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ma wettqitx żball meta għamlet analiżi tal-kuntratti kontenzjużi filwaqt li applikat elementi ġeografiċi u temporali, mingħajr ma kkunsidrathom bħala kriterji funzjonali bil-għan li tiddefinixxi x-xogħlijiet inkwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>It-tielet nett, skont ir-Renju ta’ Spanja, il-Kummissjoni tidher li użat kriterji xi ftit partikolari sabiex tiddetermina l-ksur tal-awtoritajiet Spanjoli, bħall-kapaċità tal-offerenti potenzjali jew ta’ utilità għalihom li jwettqu xi wħud mill-kuntratti jew kollha f’daqqa (premessa 9 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni effettivament semmiet ċerti elementi li jikkonċernaw l-offerenti potenzjali fil-parti li tirrigwarda l-evalwazzjoni inizjali (premessa 9).</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, fis-sentenza Il-Kummissjoni vs Franza, iċċitata iktar ’il fuq, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li d-definizzjoni ta’ biċċa xogħol li tinsab fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 14(10) tad-Direttiva 93/38 ma tissuġġettax l-eżistenza ta’ biċċa xogħol għall-preżenza ta’ elementi bħalma huma n-numru ta’ entitajiet kontraenti jew il-possibbiltà li x-xogħlijiet jitwettqu kollha kemm huma minn impriża waħda (punt 43). Hija rrilevat li, għalkemm l-eżistenza tal-istess entità kontraenti waħda u l-possibbiltà għal impriża tal-Unjoni li twettaq ix-xogħlijiet kollha li kienu koperti mill-kuntratti<?PAGE NO="8"?> kkonċernati jistgħu, skont iċ-ċirkustanzi, jikkostitwixxu indikazzjonijiet li jikkorroboraw l-eżistenza ta’ biċċa xogħol fis-sens tad-Direttiva, huma ma jistgħux jikkostitwixxu, għall-kuntrarju, kriterji determinanti f’dan ir-rigward. Hija żiedet li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>in-numru ta’ entitajiet kontraenti u l-impossibbiltà tat-twettiq tax-xogħlijiet kollha kkonċernati minn impriża waħda [ma kinux] ta’ natura li jikkontestaw l-eżistenza ta’ biċċa xogħol meta din il-konklużjoni kellha tintlaħaq skont il-kriterji funzjonali ddefiniti fit-tieni sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 14(10) tad-Direttiva<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> (punt 42).</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Għalhekk, mis-sentenza Il-Kummissjoni vs Franza, iċċitata iktar ’il fuq, jirriżulta li l-użu ta’ ċerti elementi, li jirrigwardaw b’mod partikolari lill-offerenti potenzjali, huwa possibbli, iżda la jistgħu jkunu determinanti u lanqas ma jistgħu jikkontestaw il-konklużjoni favur l-eżistenza ta’ biċċa xogħol ibbażata fuq l-issodisfar tal-kriterji tal-funzjoni teknika u tal-funzjoni ekonomika tal-eżitu tax-xogħlijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Konsegwentement, għandha tiġi eżaminata l-applikazzjoni ta’ dawn il-kriterji għall-kuntratti inkwistjoni fid-deċiżjoni kkontestata u għandu jiġi evalwat jekk il-Kummissjoni kkunsidrathomx ġustament bħala li ġew sodisfatti sabiex tikkonkludi li kien hemm żewġ biċċiet xogħol. Sussegwentement, għandu jiġi kkunsidrat f’liema kapaċità ttieħdu inkunsiderazzjoni elementi oħra.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq l-applikazzjoni tal-kunċett ta’ xogħol fis-sens tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 14(10) tad-Direttiva 93/38 għall-kuntratti kontenzjużi fid-deċiżjoni kkontestata</P></TI></TITLE><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>Ir-Renju ta’ Spanja jinvoka n-nuqqas ta’ analiżi oġġettiva tax-xogħlijiet fil-perspettiva teknika u ekonomika, ġeografika u temporali, in-natura żbaljata tal-applikazzjoni ta’ dawn il-kriterji f’dan il-każ kif ukoll l-applikazzjoni ta’ kriterji speċjali.</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni, fid-deċiżjoni kkontestata, ikkunsidrat li jeżistu żewġ gruppi ta’ xogħlijiet magħmula, minn naħa, minn tmien proġetti tal-fażi SPWS [(premessa 24(a))] u, min-naħa l-oħra, minn erba’ proġetti tal-fażi FIMMA 97 [(premessa 24(b))]. Konsegwentement, kull wieħed minn dawn il-gruppi għandu jiġi eżaminat wieħed wara l-ieħor.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>– –</NO.P><TXT>Fuq it-tmien kuntratti kontenzjużi tal-fażi SPWS</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>Ir-Renju ta’ Spanja jinvoka nuqqas ta’ rigorożità min-naħa tal-Kummissjoni fl-eżami tekniku u ekonomiku u jagħmel analiżi, fuq il-livell tekniku u ekonomiku, tat-tmien kuntratti kontenzjużi tal-fażi SPWS, imsemmija fil-punt 14 iktar ’il fuq, li jikkonċernaw sitt kolletturi tal-ilma tad-dranaġġ, ilqugħ tal-ilma tax-xita u netwerk sekondarju ta’ kolletturi, li skontu jikkostitwixxu proġetti indipendenti.</TXT></NP><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>L-ewwel nett, dwar il-funzjoni teknika ta’ dawn ix-xogħlijiet, ir-Renju ta’ Spanja jsostni li din il-funzjoni hija differenti għal kull wieħed mill-proġetti inkwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>Madankollu, l-analiżi tal-Kummissjoni ma kinitx tikkonsisti fl-eżami tax-xogħlijiet differenti, koperti mill-kuntratti kontenzjużi, b’mod indipendenti u fl-evalwazzjoni tal-funzjoni teknika speċifika tagħhom, bħalma sostna r-Renju ta’ Spanja, iżda hija eżaminat, skont il-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 45 iktar ’il fuq, jekk l-eżitu tax-xogħlijiet kellux l-istess funzjoni teknika.</TXT></NP><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>B’dan il-mod, il-Kummissjoni kkunsidrat li dawn huma xogħlijiet li l-eżitu tagħhom kien it-titjib globali tan-netwerk tad-dranaġġ u li kellhom jaqdu l-istess funzjoni teknika (premessa 24 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>Minn naħa, għandu jiġi rrilevat li, fir-rigward tas-sitt kolletturi u tan-netwerk sekondarju tal-kolletturi, dawn jiġbru l-ilma tad-dranaġġ kollu għall-ġestjoni tiegħu fin-netwerk tad-dranaġġ.</TXT></NP><?PAGE NO="9"?><NP><NO.P>67</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, f’dak li jikkonċerna l-ilqugħ tal-ilma tax-xita, ir-Renju ta’ Spanja jsostni li dan jippreżenta funzjoni teknika differenti, li ma hijiex li jiġġestixxi jew jitratta l-ilma tad-dranaġġ, iżda li jevita li jiġu prodotti għargħar f’każ ta’ xita eċċessiva. Madankollu, huwa ma jsostnix li, f’dan il-każ, l-imsemmi lqugħ ma jikkontribwixxix, flimkien mal-kolletturi u man-netwerk sekondarju ta’ kolletturi, għall-funzjoni teknika tan-netwerk tad-dranaġġ. Kif sostniet ġustament il-Kummissjoni, dan l-ilqugħ iservi sabiex tiġi evitata ż-żieda inutli fil-volum ta’ ilma li jkollu jiġi ttrattat minn impjant ta’ purifikazzjoni u sabiex jiġi llimitat it-tniġġis tal-ilma milqugħ mit-tifwir li jirriżulta minn xita abbondanti, u b’dan il-mod jikkontribwixxi għal ġestjoni aħjar tal-ilma tad-dranaġġ. Barra dan, ir-Renju ta’ Spanja jsostni li l-ilqugħ inkwistjoni ma jittrattax l-ilma tad-dranaġġ, iżda mhux qed jafferma li dan ma jilqax ilma tad-dranaġġ. Huwa jippreċiża li ma huwiex possibbli li ssir separazzjoni stretta bejn l-ilma tax-xita, li jgħaddi mill-ilqugħ inkwistjoni, u l-ilma tad-dranaġġ, li jgħaddi mill-kolletturi. Għandu jiġi kkonstatat li l-ilqugħ ikkonċernat iferra’ l-ilma tax-xita u tad-dranaġġ sabiex jgħin lill-kolletturi tal-ilma tad-dranaġġ u sabiex jippermetti funzjonament aħjar tan-netwerk tad-dranaġġ.</TXT></NP><NP><NO.P>68</NO.P><TXT>F’dan id-dawl, għandu jiġi rrilevat li l-awtoritajiet Spanjoli kienu indikaw, b’risposta għall-kwestjonarju tat-talba għal għajnuna finanzjarja mressqa fl-1996, li l-għan tal-proġett tad-dranaġġ kien jikkonsisti fil-kostruzzjoni ta’ serje ta’ kolletturi bil-għan li titlesta ż-żona li twassal l-ilma tad-dranaġġ sal-impjant ta’ purifikazzjoni ta’ Almozara. Ġie wkoll imsemmi li kienet prevista l-kostruzzjoni ta’ lqugħ tal-għargħar, li kellu jferra’, fix-xmara Èbre, l-ilma tax-xita li kollettur wieħed ma setax iġorr, u dan biss fil-mumenti ta’ xita qawwija u bi grad ta’ dilwazzjoni adegwat tal-ilma tad-dranaġġ. Fl-aħħar nett, huwa ppreċiżat li l-għan prinċipali tal-proġetti kollha kien <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>li jitjiebu l-istrutturi qodma eżistenti u li jiġu rrimedjati d-defiċjenzi tas-sistema billi l-muniċipalità tingħata netwerk tad-dranaġġ li jkollu l-kapaċità li jikkanalizza l-ilma tad-dranaġġ lejn il-kolletturi prinċipali, filwaqt li jiġi evitat l-għargħar, iċ-ċarċir lejn is-saffi ta’ taħt l-art issaturati bl-ilma u l-fluss mhux ikkontrollat tad-dranaġġ<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>. L-istess deskrizzjoni tal-għan prinċipali tissemma fid-deċiżjoni tal-1996, fit-tabella sinottika annessa, li tissintetizza l-proġett. Minn dan isegwi li, skont ir-Renju ta’ Spanja stess, jeżisti kollegament, fil-kuntest tan-netwerk tad-dranaġġ, bejn il-ġarr tal-ilma tad-dranaġġ u l-fatt li jiġu evitati l-għargħar permezz tal-ilqugħ.</TXT></NP><NP><NO.P>69</NO.P><TXT>Għandu jiġi konkluż li t-tmien proġetti ma humiex indipendenti, kif isostni r-Renju ta’ Spanja, iżda li jifformaw kollha parti mill-istess proġett dwar in-netwerk tad-dranaġġ, li huwa, skont il-kwestjonarju tat-talba għal għajnuna finanzjarja mressqa fl-1996 u t-tabella sinottika annessa mad-deċiżjoni tal-1996, l-istabbiliment ta’ netwerk ta’ dranaġġ li għandu l-kapaċità li jikkanalizza l-ilma tad-dranaġġ lejn il-kolletturi prinċipali, filwaqt li b’hekk jiġu evitati l-għargħar, iċ-ċarċir lejn is-saffi ta’ taħt l-art issaturati bl-ilma u l-fluss mhux ikkontrollat tad-dranaġġ. Kif ikkunsidrat ġustament il-Kummissjoni, ix-xogħlijiet inkwistjoni tal-fażi SPWS kienu jsegwu għan simili, li huwa li tiġi pprovduta jew rinnovata s-sistema tad-dranaġġ għal setturi differenti, inkluż l-installazzjoni ta’ kolletturi tal-ilma tad-dranaġġ u ta’ lqugħ [premessa 24(a) tad-deċiżjoni kkontestata]. B’hekk, huma jikkostitwixxu effettivament serje ta’ xogħlijiet, li l-eżitu tagħhom huwa t-titjib globali tan-netwerk tad-dranaġġ għall-utenti finali (premessa 24 tad-deċiżjoni kkontestata). Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 14(10) tad-Direttiva 93/38 u s-sentenza Il-Kummissjoni vs Franza, iċċitata iktar ’il fuq, l-eżitu ta’ din is-serje ta’ xogħlijiet għandu l-għan li jaqdi huwa stess funzjoni teknika, li hija l-purifikazzjoni tal-ilma tad-dranaġġ.</TXT></NP><NP><NO.P>70</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni ma hijiex ikkontestata mill-argument tar-Renju ta’ Spanja fis-sens li d-Direttiva 93/38 ma tapplikax għall-ilqugħ sa fejn ma jkollhomx l-għan li jġorru l-ilma tad-dranaġġ. Minn naħa, kif ġie diġà rrilevat (ara l-punt 67 iktar ’il fuq), huwa żbaljat li jiġi sostnut li l-ilqugħ inkwistjoni jġorru biss l-ilma tax-xita. Min-naħa l-oħra, kif sostniet ġustament il-Kummissjoni, għandu jiġi kkunsidrat li l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 6(2)(b) tad-Direttiva 93/38 ma huwiex limitat għall-impjanti li jġorru jew jittrattaw direttament l-ilma tad-dranaġġ, iżda li din id-dispożizzjoni tapplika għall-kuntratti li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>huma marbuta mar-rimi u t-trattament tal-ilma tad-dranaġġ<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, espressjoni din li tinkludi l-ilqugħ.</TXT></NP><?PAGE NO="10"?><NP><NO.P>71</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi miċħud l-argument, imressaq mir-Renju ta’ Spanja bil-għan li jikkontesta l-argument tal-Kummissjoni, fis-sens li l-assimilazzjoni ma’ biċċa xogħol waħda ta’ serje ta’ azzjonijiet li jirrigwardaw tipi differenti ta’ kolletturi tad-dranaġġ urban hija kkorroborata mid-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE, tal-<DATE ISO="19910521">21 ta’ Mejju 1991</DATE>, dwar it-trattament tal-ilma urban mormi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 26). Fil-fatt, id-Direttiva tikkonċerna, b’mod partikolari, il-ġbir, it-trattament u r-rimi tal-ilma urban mormi, li hija tiddefinixxi fl-Artikolu 2(1) tagħha bħala li jinkludi l-ilma tax-xita. Barra minn hekk, anki jekk jiġi preżunt li d-Direttiva tindividwalizza s-sistema applikabbli għall-impjanti tal-purifikazzjoni tal-ilma, ir-Renju ta’ Spanja ma jispjegax il-konsegwenza li għandha tinġibed minn dan fir-rigward tal-proġetti inkwistjoni, li l-ebda waħda minnhom ma jirrigwarda impjant tal-purifikazzjoni tal-ilma.</TXT></NP><NP><NO.P>72</NO.P><TXT>It-tieni nett, ir-Renju ta’ Spanja jikkontesta l-identità tal-funzjonijiet ekonomiċi tal-proġetti inkwistjoni. Skontu, l-ilma tax-xita ma huwiex suġġett għat-taxxa speċifika fuq is-servizzi tal-purifikazzjoni tal-ilma tad-dranaġġ, miġbura mill-muniċipalità ta’ Zaragoza. Għalhekk, taxxa jew imposta individwalizzata ma tistax tinġabar għall-ilqugħ tal-ilma tax-xita. Barra dan, b’risposta lill-Kummissjoni, ir-Renju ta’ Spanja jsostni li, anki jekk din it-taxxa speċifika għandha l-għan li tiffinanzja l-ispejjeż tal-operat tan-netwerk, hija ma hijiex biżżejjed u teħtieġ l-appoġġ tal-baġit tal-muniċipju. Dan jimplika li, għalkemm il-ġestjoni tal-ilma mormi hija effettivament koperta parzjalment mid-dħul mit-taxxa, l-infrastrutturi tan-netwerk li għandhom l-għan tal-ġbir u t-trattament tal-ilma tax-xita jkollhom jiġu ffinanzjati permezz ta’ fondi pubbliċi. Teżisti differenza essenzjali bejn it-taxxa għat-trattament ta’ ilma mormi u l-ħlas ta’ servizz pubbliku pprovdut mill-ilqugħ tal-ilma tax-xita, li turi n-nuqqas ta’ kull identità fuq il-livell ekonomiku. Fil-fatt, it-taxxa għat-trattament tal-ilma mormi hija stabbilita skont ir-rimi effettiv ta’ rimi minn kull dar, jiġifieri hija taxxa individwalizzata skont il-konsum partikolari ta’ kull persuna taxxabbli, filwaqt li l-ħlas tas-servizz pubbliku pprovdut mill-ilqugħ tal-ilma tax-xita jista’ eventwalment jinfirex fuq il-popolazzjoni, iżda mingħajr ma jiġu aġġustati l-ammonti imposti skont il-benefiċċju miksub mill-persuni kkonċernati.</TXT></NP><NP><NO.P>73</NO.P><TXT>Fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni kkunsidrat li, fuq il-livell ekonomiku, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>l-utenti finali [kellhom] iħallsu lill-fornitur tas-servizzi skont l-użu tagħom<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> (premessa 24).</TXT><P><HT TYPE="ITALIC">[omissis]</HT></P></NP><NP><NO.P>75</NO.P><TXT>L-ewwel nett, matul is-seduta, b’risposta għal mistoqsija tal-Qorti Ġenerali, ir-Renju ta’ Spanja kkonferma li t-taxxa speċifika fuq is-servizzi tal-purifikazzjoni tal-ilma tad-dranaġġ, miġbura mill-muniċipalità ta’ Zaragoza, li għaliha jagħmel riferiment fir-rikors, kienet prevista mill-Artikolu 2 tal-Kapitolu 2, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>Servizz ta’ purifikazzjoni tal-ilma mormi<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, tad-Digriet Fiskali Nru 24.25 tal-Muniċipalità ta’ Zaragoza dwar it-taxxa fuq is-servizzi ta’ provvista tal-ilma tax-xorb u tal-purifikazzjoni tal-ilma mormi, artikolu li ġie ċċitat mill-Kummissjoni fis-sottomissjonijiet bil-miktub tagħha. Skont din id-dispożizzjoni, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>il-fatt li huwa fiskalment relevanti għal din it-taxxa jikkorrispondi għall-provvista ta’ servizz ta’ purifikazzjoni tal-ilma mormi meta jirrigwarda l-ilma tax-xita u/jew ilma mormi miġbur fil-kolletturi u fil-kanalizzazzjoni li huma proprjetà muniċipali jew li l-manutenzjoni tagħhom hija r-responsabbiltà tal-muniċipalità, peress li hija għalhekk il-muniċipalità ta’ Zaragoza li għandha tassumi l-ġestjoni ta’ dan l-ilma, inklużi l-ispejjeż inerenti fit-trasport tiegħu, fit-trattament tiegħu u fir-rimi tiegħu fil-fluss tal-ilma naturali skont il-kundizzjonijiet previsti mill-awtorizzazzjonijiet ta’ disponiment maħruġin mill-Konfederazzjoni Idrografika tal-Èbre<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>. Minn din id-dispożizzjoni jirriżulta li ma tagħmilx distinzjoni bejn l-ilma tad-dranaġġ u l-ilma tax-xita.</TXT></NP><NP><NO.P>76</NO.P><TXT>It-tieni nett, għandu jiġi kkonstatat li l-argument tar-Renju ta’ Spanja dwar il-finanzjament tal-infrastrutturi tan-netwerks bil-għan tal-ġbir u t-trattament tal-ilma tax-xita ma huwiex issostanzjat peress li r-Renju ta’ Spanja baqa’ sempliċement isostni li l-imsemmija infrastrutturi għandhom ikunu ffinanzjati permezz ta’ fondi pubbliċi. Barra minn hekk, ir-Renju ta’ Spanja ma ressaq ebda element li jista’ juri li dawn l-infrastrutturi ma humiex iffinanzjati, anki jekk parzjalment, mit-taxxa speċjali tal-purifikazzjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="11"?><NP><NO.P>77</NO.P><TXT>Konsegwentement, għandu jiġi konkluż li x-xogħlijiet inkwistjoni tal-fażi SPWS jikkostitwixxu l-elementi ta’ grupp wieħed, li l-eżitu tiegħu huwa maħsub sabiex, waħdu, jaqdi funzjoni ekonomika.</TXT></NP><NP><NO.P>78</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, għandu jiġi kkunsidrat li r-Renju ta’ Spanja ma weriex li l-Kummissjoni wettqet żball meta kkonkludiet, fil-premessa 26 tad-deċiżjoni kkontestata, li x-xogħlijiet inkwistjoni tal-fażi SPWS kellhom jaqdu l-istess funzjoni teknika u ekonomika fis-sens tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 14(10) tad-Direttiva 93/38.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>– –</NO.P><TXT>Fuq l-erba’ kuntratti kontenzjużi tal-fażi FIMMA 97</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>79</NO.P><TXT>Ir-Renju ta’ Spanja jinvoka nuqqas ta’ rigorożità min-naħa tal-Kummissjoni fl-eżami tekniku u ekonomiku u jagħmel analiżi, fuq il-livell tekniku u ekonomiku, tal-erba’ kuntratti kontenzjużi tal-fażi FIMMA 97, imsemmija fil-punt 15 iktar ’il fuq, li jikkonċernaw impjant ta’ trattament tal-ħama, kollettur ta’ kollegament u żewġ kolletturi, inklużi dawk tax-xmara Gállego. Sussegwentement, huwa jipproċedi għal analiżi tal-kuntratti tal-imsemmija fażi u jikkonkludi li kull proġett għandu jitqies li huwa indipendenti mill-oħrajn u li ma kinitx meħtieġa pubblikazzjoni ta’ avviżi ta’ kuntratti fil-Ġurnal Uffiċjali.</TXT></NP><NP><NO.P>80</NO.P><TXT>L-ewwel nett, f’dak li jikkonċerna l-funzjoni teknika tal-proġetti tal-fażi FIMMA 97, il-Kummissjoni kkunsidrat, fid-deċiżjoni kkontestata, li l-erba’ proġetti jikkostitwixxu biss biċċa xogħol waħda, u dan huwa dak li qed jikkontesta r-Renju ta’ Spanja.</TXT></NP><NP><NO.P>81</NO.P><TXT>Skont il-kwestjonarju tat-talba għal għajnuna finanzjarja mressqa fl-1997, il-proġetti tal-fażi FIMMA 97 kellhom tliet għanijiet distinti. Madankollu, għandu jiġi rrilevat, kif tagħmel il-Kummissjoni, li l-erba’ proġetti kontenzjużi tal-imsemmija fażi jagħmlu parti mill-istess grupp u għandhom l-istess għan, li kien l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>eliminazzjoni tar-rimi tal-ilma tad-dranaġġ mhux ippurifikat<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>82</NO.P><TXT>F’dak li jikkonċerna l-kollettur ta’ kollegament, ir-Renju ta’ Spanja jsostni li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>l-funzjoni tiegħu ma hijiex, bħal dik ta’ kolletturi oħra, li jiġbor u jġorr l-ilma tad-dranaġġ jew tax-xita rispettivament lejn l-impjanti ta’ purifikazzjoni jew lejn l-ilqugħ<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, iżda huwa jindika li dan il-kollettur ta’ konnessjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>jipprova jegħleb żbilanċi fil-qasam ta’ strutturi ta’ purifikazzjoni dovuti għall-iżvilupp asimetriku tal-belt ta’ Zaragoza<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>. Kuntrarjament għall-allegazzjonijiet tar-Renju ta’ Spanja, huwa għalhekk żbaljat li jiġi sostnut li l-kollettur ta’ kollegament bejn iż-żewġ impjanti ta’ purifikazzjoni huwa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>infrastrttura totalment indipendenti mill-kolletturi l-oħra<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>, sa fejn l-imsemmi kollettur huwa integrat fin-netwerk ta’ purifikazzjoni tal-belt ta’ Zaragoza. Għalhekk, ir-Renju ta’ Spanja jiddistingwi l-funzjoni teknika ta’ kull wieħed mill-proġetti, mingħajr ma jieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li dan huwa grupp wieħed ta’ xogħlijiet, li l-eżitu tagħhom huwa t-titjib globali tan-netwerk tad-dranaġġ għall-utenti finali (premessa 24 tad-deċiżjoni kkontestata) u għandu l-għan li jaqdi huwa stess funzjoni teknika, li hija l-purifikazzjoni tal-ilma tad-dranaġġ.</TXT></NP><NP><NO.P>83</NO.P><TXT>Fil-fatt, fir-rigward tal-impjant tat-trattament tal-ħama, ir-Renju ta’ Spanja jsostni li, b’mod differenti mill-kolletturi, dan ma għandux bħala funzjoni li jġorr l-ilma tax-xita jew tad-dranaġġ, iżda li jevita t-tifwir tal-ħama li tirriżulta mill-proċess tat-trattament tal-ilma sabiex ikun ta’ kwalità tajba biżżejjed għall-finijiet ta’ konsum personali, kummerċjali jew industrijali tal-belt kollha fix-xmara Huerva. Madankollu, il-kwistjoni ma hijiex li jiġi ddeterminat jekk l-impjant ta’ trattament tal-ħama għandux huwa stess funzjoni teknika differenti minn dik ta’ kollettur, iżda li jiġi evalwat jekk, fir-rigward tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 14(10) tad-Direttiva 93/38, il-kolletturi u l-impjant ta’ trattament ta’ ħama jappartjenux għal serje ta’ xogħlijiet li l-eżitu tagħhom għandu funzjoni teknika komuni, li hija l-purifikazzjoni tal-ilma tad-dranaġġ. Madankollu, ir-Renju ta’ Spanja ma jinnegax li l-impjanti ta’ trattament tal-ħama jikkontribwixxu għall-purifikazzjoni tal-ilma tad-dranaġġ tal-belt ta’ Zaragoza.</TXT></NP><?PAGE NO="12"?><NP><NO.P>84</NO.P><TXT>Barra dan, l-argument tar-Renju ta’ Spanja fis-sens li l-profil ta’ offerent għall-kuntratt dwar il-kollettur huwa kompletament differenti minn dak għal kuntratt dwar l-impjant tat-trattament tal-ħama għandu jiġi miċħud sa fejn ma jirrigwardax wieħed mill-kriterji li jippermettu li tiġi kklassifikata biċċa xogħol fis-sens tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 14(10) tad-Direttiva 93/38.</TXT></NP><NP><NO.P>85</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, ir-Renju ta’ Spanja jikkontesta l-argument tal-Kummissjoni fis-sens li teżisti ekwivalenza, fuq il-livell tekniku, bejn il-kolletturi u l-impjanti ta’ trattament tal-ħama, li għandhom natura aċċessorja meta mqabbla mat-trattament tal-ilma tad-dranaġġ. Huwa jsostni f’dan ir-rigward li f’dan il-każ huwa involut impjant ta’ trattament tal-ħama li ġejja minn unità li tittratta l-ilma sabiex iġibu ta’ kwalità li jkun tajjeb għax-xorb, u mhux impjant ta’ purifikazzjoni. Madankollu, għandu jiġi kkonstatat li r-Renju ta’ Spanja ma jispjegax ir-raġuni għala l-fatt li huwa involut tali impjant ta’ trattament tal-ħama jimplika li dan l-impjant ma jipparteċipax b’mod aċċessorju fit-trattament tal-ilma tad-dranaġġ, u dan sa fejn dan l-impjant jikkorrispondi mal-għan tal-eliminazzjoni tar-rimi tal-ilma tad-dranaġġ mhux ippurifikat, kif jippreċiża wkoll il-kwestjonarju tat-talba għal għajnuna finanzjarja mressqa fl-1997.</TXT><P><HT TYPE="ITALIC">[omissis]</HT></P></NP><NP><NO.P>87</NO.P><TXT>Għandu jiġi konkluż li l-erba’ proġetti ma humiex indipendenti, kif isostni r-Renju ta’ Spanja, iżda li jappartjenu kollha għall-istess proġett dwar in-netwerk tad-dranaġġ. Kif ġustament ikkunsidrat il-Kummissjoni, ix-xogħlijiet inkwistjoni tal-fażi FIMMA 97 kellhom għan simili, jiġifieri li jiġu installati kolletturi matul ix-xmajjar Huerva u Gállego sabiex jaqdu ż-żoni li għadhom iferrgħu direttament fix-xmajjar u li jirrijabilitaw iż-żewġ installazzjonijiet ta’ trattament tal-ilma tad-dranaġġ li lejhom ġie kkanalizzat l-ilma tad-dranaġġ [premessa 24(b) tad-deċiżjoni kkontestata]. Huma jikkostitwixxu għalhekk serje ta’ xogħlijiet, li l-eżitu tagħhom huwa t-titjib globali tan-netwerk tad-dranaġġ għall-utenti finali (premessa 24 tad-deċiżjoni kkontestata). Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 14(10) tad-Direttiva 93/38 u s-sentenza Il-Kummissjoni vs Franza, iċċitata iktar ’il fuq, l-eżitu ta’ din is-serje ta’ xogħlijiet għandu l-għan li jaqdi huwa stess funzjoni teknika, li hija l-purifikazzjoni tal-ilma tad-dranaġġ.</TXT><P><HT TYPE="ITALIC">[omissis]</HT></P></NP><NP><NO.P>89</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, għandu jiġi kkunsidrat li r-Renju ta’ Spanja ma weriex li l-Kummissjoni wettqet żball meta kkunsidrat, fil-premessa 26 tad-deċiżjoni kkontestata, li x-xogħlijiet inkwistjoni tal-fażi FIMMA 97 kellhom jaqdu l-istess funzjoni teknika u ekonomika fis-sens tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 14(10) tad-Direttiva 93/38.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>Konklużjonijiet</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>90</NO.P><TXT>Għaldaqstant, f’dak li jirrigwarda l-proġetti inkwistjoni tal-fażijiet SPWS u FIMMA 97, ir-Renju ta’ Spanja ma weriex li l-Kummissjoni kkonkludiet b’mod żbaljat, fil-premessa 26 tad-deċiżjoni kkontestata, li l-imsemmija proġetti kienu jifformaw, għal kull waħda miż-żewġ fażijiet, biċċa xogħol maqsuma artifiċjalment fis-sens tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 14(10) u tal-Artikolu 14(13) tad-Direttiva 93/38. B’analoġija mas-sitwazzjoni li tat lok għas-sentenza Il-Kummissjoni vs Franza, iċċitata iktar ’il fuq, il-proġetti inkwistjoni jikkonsistu, fil-fatt, f’żewġ serje ta’ xogħlijiet individwali fuq in-netwerk tad-dranaġġ eżistenti u li l-eżitu tagħhom, ladarba jitlestew ix-xogħlijiet, jifformaw parti integrali mill-funzjoni moqdija mill-imsemmi netwerk.</TXT></NP><NP><NO.P>91</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni ma ġietx ikkontestata mill-argumenti tar-Renju ta’ Spanja dwar il-kriterji l-oħra li huwa invoka, jiġifieri l-element ġeografiku u l-element temporali, jew dwar dawk li skontu ntużaw b’mod żbaljat mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP><?PAGE NO="13"?><NP><NO.P>92</NO.P><TXT>L-ewwel nett, fir-rigward tal-aspett ġeografiku u tal-aspett temporali, għandu jitfakkar li, skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 14(10) tad-Direttiva 93/38 u l-interpretazzjoni tiegħu mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Il-Kummissjoni vs Franza, iċċitata iktar ’il fuq, dawn ma humiex kriterji li jirriżultaw mit-test, jew mill-ġurisprudenza (ara l-punt 53 iktar ’il fuq).</TXT></NP><NP><NO.P>93</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, fir-rigward tal-aspett ġeografiku, il-Kummissjoni indikat, fid-deċiżjoni kkontestata, fil-premessa 24, li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>f’dak li jikkonċerna t-tmien proġetti tal-[fażi] SPWS, [...], l-unika differenza [kienet] il-fatt [li x-xogħlijiet kienu] ġew imwettqa f’setturi ġeografikament differenti<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> u li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>fir-rigward tal-erba’ proġetti [tal-fażi FIMMA 97], l-unika differenza [kienet] il-fatt li [x-xogħlijiet kienu] twettqu f’settur ġeografikament differenti<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>. Fil-premessa 26, il-Kummissjoni żiedet li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>x-xogħlijiet [kienu] ġew imwettqa f’żona ġeografika waħda<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>94</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dan, ir-Renju ta’ Spanja jinvoka l-eżistenza ta’ kontradizzjoni fid-deċiżjoni kkontestata, billi l-Kummissjoni affermat b’mod paradossali, fl-istess ħin, l-eżistenza ta’ firxa ġeografika u ta’ żona ġeografika waħda. Madankollu, għandu jiġi kkonstatat li r-Renju ta’ Spanja għamel l-istess affermazzjoni meta sostna li, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>minkejja l-fatt [li x-xogħlijiet inkwistjoni] jirrigwardaw territorju wieħed biss, [huma] qegħdin kunsiderevolment ’il bogħod minn xulxin u huma ddistakkati mill-perspettiva ġeografika<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>95</NO.P><TXT>Fil-fatt, ir-Renju ta’ Spanja jinvoka nuqqas ta’ kollegament fiżiku bejn ix-xogħlijiet previsti fil-kuntest tal-proġetti inkwistjoni, nuqqas li kellu jipprekludi lill-Kummissjoni milli tikkonkludi li kien hemm żewġ biċċiet xogħol. Madankollu, jekk jiġi preżunt li dan in-nuqqas ta’ kollegament fiżiku huwa stabbilit, jibqa’ madankollu l-fatt li l-biċċiet ta’ xogħol differenti jifformaw parti integrali mill-funzjoni moqdija min-netwerk ta’ dranaġġ tal-belt ta’ Zaragoza, u dan jippermetti li jiġi kkunsidrat li dawn jaqgħu taħt l-istess biċċa xogħol. Għaldaqstant, ma huwiex daqstant rilevanti l-fatt li l-imsemmija xogħlijiet huma mifruxin matul in-netwerk, u ma humiex direttament ikkollegati fiżikament, sakemm, bħalma sostniet il-Kummissjoni mingħajr ma ġiet ikkontestata mir-Renju ta’ Spanja, huma jinsabu fiż-żona koperta min-netwerk tad-dranaġġ u tal-kolletturi ġestit mill-muniċipalità ta’ Zaragoza. Konsegwentement, kif il-Kummissjoni semmiet fid-deċiżjoni kkontestata, anki jekk huma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>ġew imwettqa f’setturi ġeografikament differenti<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>, huma qegħdin <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>f’żona ġeografika waħda<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>. L-argument tar-Renju ta’ Spanja dwar l-allegata kontradizzjoni f’dan ir-rigward fid-deċiżjoni kkontestata ma jistax jintlaqa’.</TXT></NP><NP><NO.P>96</NO.P><TXT>L-argument tar-Renju ta’ Spanja li jistabbilixxi paralleliżmu mas-sitwazzjoni eżaminata fis-sentenza Il-Kummissjoni vs Franza, iċċitata iktar ’il fuq, għandu għalhekk jiġi miċħud. Ir-Renju ta’ Spanja ma pproduċa l-ebda prova sabiex jistabbilixxi li l-kuntratti kontenzjużi kienu jikkonċernaw netwerks ta’ dranaġġ differenti u li fir-rigward tagħhom kellu jiġi eżaminat jekk setgħux jinġabru flimkien.</TXT></NP><NP><NO.P>97</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, b’risposta għall-argument tal-Kummissjoni li d-Direttiva 91/271 tuża l-agglomerazzjoni bħala kuntest ġeografiku ta’ riferiment fis-sottomissjonijiet bil-miktub tiegħu, ir-Renju ta’ Spanja jsostni li dan ir-riferiment ma għandu l-ebda rilevanza għall-finijiet li tiġi ddefinita biċċa xogħol fis-sens tal-leġiżlazzjoni dwar il-kuntratti pubbliċi. Skontu, il-fatt li din id-direttiva tuża l-agglomerazzjoni bħala kuntest ġeografiku ta’ riferiment jagħmel sens fil-kuntest tat-trattament tal-ilma tad-dranaġġ u tal-protezzjoni tas-saħħa pubblika. F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkunsidrat li, sa fejn l-eżitu tal-biċċiet ta’ xogħol differenti jifforma parti integrali mill-funzjoni moqdija min-netwerk tad-dranaġġ tal-belt ta’ Zaragoza, hija l-kopertura ta’ dan in-netwerk li tikkostitwixxi ż-żona ġeografika rilevanti, irrispettivament minn jekk dan in-netwerk ikunx marbut mal-agglomerazzjoni urbana jew mat-territorju muniċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>98</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi konkluż li l-argument tar-Renju ta’ Spanja ma jistax jintlaqa’ fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ allegat kriterju ġeografiku, li kellu jwassal lill-Kummissjoni sabiex tikkunsidra, fid-deċiżjoni kkontestata, li l-proġetti inkwistjoni ma kinux jifformaw żewġ biċċiet xogħol fis-sens tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 14(10) tad-Direttiva 93/38.</TXT></NP><?PAGE NO="14"?><NP><NO.P>99</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tal-aspett temporali, il-Kummissjoni kkunsidrat, fid-deċiżjoni kkontestata, żewġ gruppi ta’ proġetti, wieħed għall-fażi SPWS u l-ieħor għall-fażi FIMMA 97.</TXT></NP><NP><NO.P>100</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, jekk jiġi preżunt li r-Renju ta’ Spanja għandu interess li jikkontesta din id-diviżjoni f’żewġ deċiżjonijiet, l-argumenti tiegħu, fis-sens li ma kienx possibbli li jiġu ddefiniti żewġ gruppi sempliċement fid-dawl tal-fatt li l-proġetti kienu ġew approvati f’żewġ deċiżjonijiet differenti, għandhom jiġu miċħuda. Fil-fatt, kif sostniet il-Kummissjoni, il-fatt li hija kkunsidrat żewġ gruppi ta’ proġetti jirriżulta minn applikazzjoni tal-element temporali, peress li l-ġbir tax-xogħlijiet kien ikkollegat mal-appartenenza tagħhom għal żewġ fażijiet, temporalment distinti, tal-pjan ta’ purifikazzjoni ta’ Zaragoza.</TXT></NP><NP><NO.P>101</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-Renju ta’ Spanja jikkontesta l-fatt li l-proġetti kontenzjużi jistgħu jiġu kkunsidrati bħala li jappartjenu għall-istess unità temporali, fi ħdan kull waħda miż-żewġ fażijiet. Huwa jikkontesta l-analiżi <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> tal-Kummissjoni, li ma kinitx ikkonfutat, matul il-proċedura amministrattiva, l-argument tar-Renju ta’ Spanja fis-sens li l-kuntratti kienu ġew konklużi matul perijodu ta’ erbatax-il xahar għall-fażi SWPS u ta’ għoxrin xahar għall-fażi FIMMA 97.</TXT></NP><NP><NO.P>102</NO.P><TXT>Kif diġà ġie ppreċiżat (ara l-punti 50, 52 u 53 iktar ’il fuq), il-Qorti tal-Ġustizzja, fis-sentenza Il-Kummissjoni vs Franza, iċċitata iktar ’il fuq, ma ddefinixxietx kriterju temporali, iżda ħadet inkunsiderazzjoni l-aspett temporali bħala element ta’ evalwazzjoni. Għandu jiġi rrilevat li l-Qorti tal-Ġustizzja ma ssemmix l-eżistenza ta’ unità temporali, iżda ssemmi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>is-simultanjetà tat-tnedija tal-kuntratti kontenzjużi<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>, filwaqt li, kif sostniet il-Kummissjoni, l-Avukat Ġenerali Jacobs fil-konklużjonijiet tiegħu għas-sentenza Il-Kummissjoni vs Franza, iċċitata iktar ’il fuq (Ġabra p. I-8341, I-8318), jagħmel riferiment għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>perijodu determinat<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> (punt 72).</TXT></NP><NP><NO.P>103</NO.P><TXT>F’dan il-każ, kif irrilevat ġustament il-Kummissjoni, is-sejħiet għal offerti kienu ġew ippubblikati matul l-istess perijodu ta’ żmien għal kull wieħed mill-gruppi ta’ proġetti inkwistjoni. Għalhekk, mit-tmien kuntratti tal-fażi SWPS, sebgħa kienu ġew ippubblikati f’inqas minn erba’ xhur, bejn id-29 ta’ Lulju u s-<DATE ISO="19971217">17 ta’ Diċembru 1997</DATE>, fejn ħamsa minnhom kienu ġew ippubblikati f’żewġ dati, u wieħed kien ġie ppubblikat fl-<DATE ISO="19980724">24 ta’ Lulju 1998</DATE>, iżda b’terminu ta’ eżekuzzjoni ta’ erba’ xhur. Fir-rigward tal-erba’ kuntratti tal-fażi FIMMA 97, is-sejħiet għal offerti kienu ġew ippubblikati f’inqas minn sitt xhur, bejn it-<DATE ISO="19981113">13 ta’ Novembru 1998</DATE> u d-<DATE ISO="19990609">9 ta’ Ġunju 1999</DATE>.</TXT><P><HT TYPE="ITALIC">[omissis]</HT></P></NP><NP><NO.P>107</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, ma jistax jintlaqa’ l-argument tar-Renju ta’ Spanja fir-rigward tal-eżistenza tal-allegat kriterju temporali, li l-applikazzjoni tiegħu f’dan il-każ tista’ tippermetti li jiġi kkunsidrat li l-Kummissjoni kkonkludiet b’mod żbaljat, fid-deċiżjoni kkontestata, li kien hemm żewġ biċċiet xogħol.</TXT></NP><NP><NO.P>108</NO.P><TXT>It-tieni nett, ir-Renju ta’ Spanja jallega li l-Kummissjoni, fid-deċiżjoni kkontestata, ibbażat ruħha fuq kriterji xi ftit partikolari sabiex tiddetermina l-ksur tal-awtoritajiet Spanjoli, bħall-kapaċità tal-offerenti potenzjali jew tal-utilità għalihom li jwettqu xi wħud mill-kuntratti jew il-kuntratti kollha fl-istess ħin (premessa 9 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP><NP><NO.P>109</NO.P><TXT>Fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni effettivament semmiet ċerti elementi relatati mal-offerenti potenzjali fil-parti dwar l-evalwazzjoni inizjali (premessa 9). Hija semmiethom ukoll fl-evalwazzjoni finali (premessa 25), filwaqt li użat formulazzjoni differenti.</TXT></NP><NP><NO.P>110</NO.P><TXT>Madankollu, mill-premessi 24 u 26 tad-deċiżjoni kkontestata jirriżulta li l-Kummissjoni kienet ikkonkludiet favur l-eżistenza ta’ żewġ biċċiet xogħol fis-sens tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 14(10) tad-Direttiva 93/38 minħabba li kienu sodisfatti l-kriterju funzjonali tekniku u dak ekonomiku. Għaldaqstant, l-elementi msemmija fil-premessa 25 tad-deċiżjoni kkontestata huma biss konferma tal-konklużjoni bbażata fuq dawn il-kriterji funzjonali. Konsegwentement, ir-riferiment għal dawn l-elementi ma huwiex ta’ natura li jikkontesta l-legalità tad-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP><?PAGE NO="15"?><NP><NO.P>111</NO.P><TXT>Sussidjarjament, għandu jiġi rrilevat li, fir-rigward tar-riferimenti għall-offerenti potenzjali, fil-premessa 25 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat, fis-sentenza Il-Kummissjoni vs Franza, iċċitata iktar ’il fuq, punt 42, li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>il-possibbiltà għal impriża tal-Komunità sabiex twettaq ix-xogħlijiet kollha li huma koperti mill-kuntratti kkonċernati<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> tista’ tikkostitwixxi indizju li jikkorrobora l-eżistenza ta’ biċċa xogħol fis-sens tad-Direttiva 93/38.</TXT></NP><NP><NO.P>112</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fil-premessa 25 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni semmiet l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 93/38. Issa, din id-dispożizzjoni tipprekludi kull diskriminazzjoni bejn l-offerenti, billi tipproteġi bl-istess mod lil dawk li jkun reġa’ bdielhom milli jissottomettu l-offerta, peress li jkunu ġew żvantaġġjati mill-proċedura segwita mill-entità kontraenti (sentenza Il-Kummissjoni vs Franza, iċċitata iktar ’il fuq, punt 109). L-elementi dwar l-offerenti potenzjali, fil-premessa 25 tad-deċiżjoni kkontestata, huma għalhekk imsemmija wkoll fid-dawl tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 93/38.</TXT></NP><NP><NO.P>113</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, għandu jiġi konkluż li r-Renju ta’ Spanja ma weriex li l-Kummissjoni wettqet żball fid-deċiżjoni kkontestata, la f’dak li jikkonċerna d-definizzjoni tal-kriterji li jippermettu li biċċa xogħol tiġi kklassifikata fis-sens tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 14(10) tad-Direttiva 93/38, u lanqas f’dak li jikkonċerna l-applikazzjoni ta’ dawn il-kriterji f’dan il-każ. Fil-fatt, ix-xogħlijiet inkwistjoni jikkonsistu f’żewġ serje ta’ xogħlijiet individwali fuq in-netwerk tad-dranaġġ ta’ Zaragoza u l-eżitu tagħhom, ladarba jitlestew ix-xogħlijiet, jifforma parti integrali mill-funzjoni moqdija minn dan in-netwerk. Għaldaqstant, ir-Renju ta’ Spanja ma weriex li l-Kummissjoni kienet ikkonkludiet b’mod żbaljat favur l-eżistenza ta’ żewġ biċċiet xogħol, waħda għall-fażi SPWS u l-oħra għall-fażi FIMMA 97.</TXT></NP><NP><NO.P>114</NO.P><TXT>Konsegwentement hemm lok li l-ewwel parti ta’ dan il-motiv tiġi miċħuda.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni parti, ibbażata fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni fir-rigward tan-natura intenzjonali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>115</NO.P><TXT>Ir-Renju ta’ Spanja jsostni, essenzjalment, li l-ksur tal-Artikolu 14(13) tad-Direttiva 93/38 jippreżumi intenzjoni li għandha tiġi pprovata mill-Kummissjoni. F’dan ir-rigward, skontu, għandha tittieħed inkunsiderazzjoni biss il-leġiżlazzjoni dwar il-kuntratti pubbliċi, u mhux ir-Regolament Nru 1164/94. Madankollu, il-Kummissjoni ma pproduċietx prova ta’ tali intenzjoni. Fi kwalunkwe każ, ir-Renju ta’ Spanja jiddikjara li kien aġixxa bi trasparenza kif ukoll b’sinċerità u b’kooperazzjoni sħiħa mal-Kummissjoni matul il-proċedura kollha.</TXT></NP><NP><NO.P>116</NO.P><TXT>F’dan il-każ, permezz tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-awtoritajiet Spanjoli kienu kisru l-Artikolu 14(13) tad-Direttiva 93/38 u imponiet korrezzjoni finanzjarja fuq ir-Renju ta’ Spanja, inkonformità mal-Artikolu H tal-Anness II tar-Regolament Nru 1164/94.</TXT></NP><NP><NO.P>117</NO.P><TXT>Kif isostni ġustament ir-Renju ta’ Spanja, l-Avukat Ġenerali Jacobs fil-konklużjonijiet tiegħu fis-sentenza Il-Kummissjoni vs Franza, iċċitati iktar ’il fuq, kien sostna li l-formulazzjoni tal-Artikolu 14(13) tad-Direttiva 93/38 timplika grad ta’ intenzjoni fl-aġir segwit (punti 37 sa 39).</TXT></NP><NP><NO.P>118</NO.P><TXT>Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat, fis-sentenza tagħha Il-Kummissjoni vs Franza, iċċitata iktar ’il fuq (punt 31), li l-Artikolu 14(13) tad-Direttiva 93/38 jesprimi b’mod konkret l-obbligi li jirriżultaw għall-entitajiet kontraenti mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 14(10) tad-Direttiva 93/38 u li għalhekk għandu jittieħed inkunsiderazzjoni konġuntament ma’ dan tal-aħħar bil-għan li tittieħed deċiżjoni fuq l-eżistenza ta’ qsim ta’ biċċa xogħol. Il-Qorti tal-Ġustizzja ma investigatx jekk l-entitajiet kontraenti kinux qasmu intenzjonalment il-biċċa xogħol fis-sens tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 14(10) tad-Direttiva 93/38.</TXT></NP><?PAGE NO="16"?><NP><NO.P>119</NO.P><TXT>Għalhekk, għandu jiġi kkunsidrat li, f’dan il-każ, il-Kummissjoni ma kellhiex l-obbligu tipprova, fir-rigward tal-Artikolu 14(13) tad-Direttiva 93/38, l-eżistenza ta’ intenzjoni tal-awtoritajiet Spanjoli li jaqsmu, f’kuntratti differenti, biċċa xogħol waħda fis-sens tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 14(10) tad-Direttiva 93/38. Konsegwentement, ma kien hemm l-ebda oneru tal-prova fuqha f’dan ir-rigward u ma tistax tiġi kkritikata, jekk ikun il-każ, li ma ppruvatx tali intenzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>120</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni ma ġietx ikkontestata mill-argumenti tar-Renju ta’ Spanja fis-sens li l-awtoritajiet Spanjoli kienu kkooperaw lealment mal-Kummissjoni u kienu aġixxew bi trasparenza u b’sinċerità. Fil-fatt, peress li ebda element intenzjonali min-naħa tal-awtoritajiet ikkonċernati ma huwa neċessarju sabiex jiġi kkonstatat ksur tal-Artikolu 14(13) tad-Direttiva 93/38, il-kunsiderazzjonijiet dwar l-aġir tal-awtoritajiet Spanjoli f’dan il-każ huma irrilevanti għall-finijiet tal-prova li l-Kummissjoni kkonkludiet b’mod żbaljat favur l-eżistenza ta’ ksur ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT><P><HT TYPE="ITALIC">[omissis]</HT></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (It-Tmien Awla)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Truchot</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Martins Ribeiro</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Popescu</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fil-<DATE ISO="20130711">11 ta’ Lulju 2013</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>