|
11.8.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 322/3 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10425 — BCP Dornoch Parent/DexKo)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 322/03)
1.
Fit-2 ta’ Awwissu 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
BCP Dornoch Parent Inc. (“BCP”, l-Istati Uniti tal-Amerka), ikkontrollata minn Brookfield Asset Management Inc. (l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
DexKo Global Holdings Inc. (“DexKo”, l-Istati Uniti tal-Amerka), ikkontrollata minn KPS Capital Partners, LP (l-Istati Uniti tal-Amerka). |
BCP takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ DexKo kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
BCP hija kkontrollata minn Brookfield Asset Management Inc., li tiġġestixxi tal-assi globali billi toffri firxa ta’ prodotti u servizzi ta’ investiment pubbliku u privat, b’enfasi fuq il-proprjetà immobbli, l-infrastruttura, l-enerġija rinnovabbli u l-ekwità privata, |
|
— |
DexKo hija fornitur ta’ teknoloġija ta’ tagħmir tal-ġiri, assemblaġġi tax-xażi u komponenti relatati. DexKo tbigħ assemblaġġi ta’ fusien, xażi, suspension u komponenti relatati u komponenti oħra għal firxa ta’ trailers u prodotti finali oħra li jistgħu jiġu rmunkati. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jitqies għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja trid tiġi dejjem indikata:
M.10425 — BCP Dornoch Parent/DexKo
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).