|
14.8.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 202/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1629
tad-9 ta’ Awwissu 2023
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 fir-rigward tal-kwantitajiet li jistgħu jiġu impurtati skont ċerti kwoti tariffarji fis-setturi taz-zokkor u tal-pollam wara l-ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 187, il-punti (a) sa (e), tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/761 (2) jistabbilixxi regoli għall-ġestjoni tal-kwoti tariffarji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni għall-prodotti agrikoli ġestiti b’sistema ta’ liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u jipprovdi regoli speċifiċi. |
|
(2) |
Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 dwar il-modifika tal-konċessjonijiet fuq il-kwoti tariffarji kollha inklużi fl-Iskeda CLXXV tal-UE bħala konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, konkluż bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1056 (3), jemenda l-kwantitajiet tal-prodotti li għandhom jiġu importati skont xi kwoti tariffarji miftuħa favur il-Brażil. L-emendi jikkonċernaw il-kwoti tariffarji fis-settur tal-pollam bin-numri tal-ordni li ġejjin: 09.4211, 09.4214, 09.4217, 09.4251, 09.4252, 09.4253, 09.4410 u 09.4420 u l-kwota tariffarja 09.4318 fis-settur taz-zokkor, u l-ħolqien ta’ żewġ kwoti tariffarji addizzjonali fis-settur taz-zokkor. |
|
(3) |
Jenħtieġ li l-emendi li saru minn dak il-Ftehim jiġu riflessi fl-Annessi rispettivi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761: fl-Anness IV dwar il-kwoti tariffarji fis-settur taz-zokkor u fl-Anness XII dwar il-kwoti tariffarji fis-settur tat-tjur. |
|
(4) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 jiġi emendat skont dan. |
|
(5) |
Jenħtieġ li l-emendi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 japplikaw għall-perjodi tal-kwota tariffarja li jibdew wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Huwa meħtieġ li jiġi ċċarat li l-operaturi jistgħu japplikaw għad-differenza bejn il-kwantitajiet il-ġodda u l-kwantitajiet diġà allokati matul il-perjodu tal-kwota tariffarja attwali mill-ewwel perjodu ta’ applikazzjoni li jibda wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. B’mod partikolari, għall-kwoti tariffarji bin-numri tal-ordni 09.4211, 09.4214, 09.4217, 09.4251, 09.4252, 09.4410, u 09.4420 li huma maqsuma f’subperjodi, jenħtieġ li d-differenza bejn il-kwantitajiet il-ġodda allokati għas-subperjodi li diġà skadew u l-kwantitajiet effettivament allokati matul dawk is-subperjodi jkunu disponibbli għall-allokazzjoni mill-perjodu tal-allokazzjoni li jibda wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761
L-Annessi IV u XII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 huma emendati skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali
Meta l-perjodu tal-kwota tariffarja jkun diġà beda fil-jum tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, id-differenza bejn il-kwantità l-ġdida u l-kwantitajiet diġà allokati għandha tkun disponibbli għall-applikazzjonijiet ippreżentati wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Il-kwantità l-ġdida għall-kwoti tariffarji 09.4211, 09.4214, 09.4217, 09.4251, 09.4252, 09.4410, u 09.4420 għandha timxi mar-regoli dwar id-distribuzzjonijiet bejn is-subperjodi previsti fl-Anness XII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761. Id-differenza bejn il-kwantitajiet allokati u l-kwantità l-ġdida li baqgħet ma ntużatx fis-subperjodi li skadew qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, għandha tiġi allokata mill-ewwel perjodu ta’ applikazzjoni wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu japplika mill-ewwel perjodu ta’ applikazzjoni wara d-dħul fis-seħħ tiegħu.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Awwissu 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/761 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) Nru 1306/2013, (UE) Nru 1308/2013 u (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema ta’ ġestjoni tal-kwoti tariffarji bil-liċenzji (ĠU L 185, 12.6.2020, p. 24).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1056 tal-25 ta’ Mejju 2023 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 dwar il-modifika tal-konċessjonijiet fuq il-kwoti tariffarji kollha inklużi fl-Iskeda CLXXV tal-UE bħala konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea (ĠU L 142, 1.6.2023, p. 1).
ANNESS
L-Annessi IV u XII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
L-Anness IV huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
L-Anness XII huwa emendat kif ġej:
|