<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑138/11</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62011CC0138</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:251">EU:C:2012:251</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>17</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>17</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>KONKLUŻJONIJIET JÄÄSKINEN — KAWŻA C-138/11</P><P>COMPASS-DATENBANK</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Jääskinen</HT></P><P>ippreżentati fis-<DATE ISO="20120426">26 ta’ April 2012</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI><STI><P>Kawża C-138/11</P><P>Compass-Datenbank GmbH</P><P>vs</P><P>Republik Österreich</P><P><HT TYPE="NORMAL">[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija)]</HT></P></STI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Kompetizzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Abbuż ta’ pożizzjoni dominanti fis-sens tal-Artikolu 102 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>impriża<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Użu mill-ġdid ta’ data fis-settur pubbliku</KEYWORD><KEYWORD>Projbizzjoni assoluta dwar l-użu mill-ġdid ta’ data fir-reġistru pubbliku tal-kummerċ u tal-kumpanniji</KEYWORD><KEYWORD>Rifjut minn Stat Membru li jawtorizza t-trasferiment bil-kwantità ta’ data għal użu kummerċjali mill-ġdid</KEYWORD><KEYWORD>Identifikazzjoni tas-suq upstream</KEYWORD><KEYWORD>Faċilitajiet essenzjali</KEYWORD><KEYWORD>Rifjut ta’ provvista</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 68/151/KEE</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 96/9/KE</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2003/98/KE</KEYWORD></INDEX><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>F’din il-kawża, l-Oberster Gerichtshof (il-Qorti Suprema tal-Awstrija) għamlet domanda preliminari dwar jekk l-Istat Awstrijak huwiex qed jaġixxi bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>impriża<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/> fis-sens tal-Artikolu 102 TFUE meta jipprojbixxi kemm l-użu mill-ġdid ta’ data li hemm fir-reġistru pubbliku ta’ impriżi (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>ir-reġistru tal-kummerċ u tal-kumpanniji<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ din id-data biex joħloq servizz ta’ informazzjoni iżjed komprensiv dwar in-negozju. Jekk dan huwa l-każ, il-Qorti tal-Ġustizzja mbagħad tintalab li tagħti deċiżjoni preliminari dwar jekk l’hekk imsejħa duttrina tal-faċilitajiet essenzjali hijiex applikabbli. Id-duttrina hija marbuta ma’ sitwazzjonijiet fejn il-kontroll ta’ riżorsi minn impriża fis-suq upstream joħloq pożizzjoni dominanti fis-suq upstream.</TXT></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Dawn id-domandi preliminari saru f’kuntest li fih il-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni li jikkonċernaw il-protezzjoni legali ta’ databases, iż-żamma ta’ reġistri pubbliċi ta’ kumpanniji minn Stati Membri, u l-użu mill-ġdid ta’ informazzjoni fis-settur pubbliku huma rilevanti. Dan minħabba li, minn naħa waħda, l-Awstrija tinvoka direttiva li timponi obbligu fuqha li żżomm reġistru bl-informazzjoni dwar kumpanniji, oħra dwar il-protezzjoni legali ta’ databases u oħra dwar l-użu mill-ġdid ta’ informazzjoni pubblika. Min-naħa l-oħra, Compass-Datenbank, il-kumpannija li ressqet din il-kawża, tagħmel riferiment għad-direttiva dwar l-użu mill-ġdid ta’ informazzjoni pubblika biex tissostanzja l-argumenti li ressqet dwar l-abbuż ta’ pożizzjoni dominanti, u b’mod iżjed speċifiku d-duttrina tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>faċilitajiet essenzjali<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="2"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-dritt tal-Unjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Id-Direttiva 68/151/KEE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>L-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 68/151/KEE, tad-<DATE ISO="19680309">9 ta’ Marzu 1968</DATE>, dwar il-koordinazzjoni ta’ salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta’ membri u oħrajn, jeħtieġu mill-Istati Membri minn kumpanniji fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 58 tat-Trattat, bil-għan li tagħmel dawn is-salvagwardji ekwivalenti f’kull parti tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 3), kif emendata bid-Direttiva 2003/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20030715">15 ta’ Lulju 2003</DATE>, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 68/151/KEE rigward ir-rekwiżiti ta’ żvelar fir-rigward ta’ ċerti tipi ta’ kumpanniji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 304).</P></NOTE></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tad-Direttiva 68/151 jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>F’kull Stat Membru, għandu jinfetaħ file fir-reġistru ċentrali, reġistru kummerċjali jew reġistru tal-kumpanniji, għal kull waħda minn dawk il-kumpanniji rreġistrati fih.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Id-dokumenti u partikolaritajiet kollha li għandhom ikunu żvelati skond l-Artikolu 2 għandhom jinżammu fil-file, jew jiddaħħlu fir-reġistru;</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Kopja tad-dokumenti jew partikolaritajiet kollha jew kull parti minnhom li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 2 ikollha tkun disponibbli meta japplikaw għaliha. Mhux aktar tard mill-<DATE ISO="20070101">1 ta’ Jannar 2007</DATE>, applikazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lir-reġistru permezz ta’ stampat jew mezzi elettroniċi skont kif jagħżel l-applikant.</ALINEA><ALINEA>Minn data li għandha tintgħażel minn kull Stat Membru, li mgħandhiex tkun aktar tard mill-<DATE ISO="20070101">1 ta’ Jannar 2007</DATE>, kopji kif hemm riferenza għalihom fl-ewwel paragrafu għandhom ikunu disponibbli mir-reġistru permezz ta’ stampat jew b’mezzi elettroniċi kif jagħżel l-applikant.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA><ALINEA>Il-prezz biex tinkiseb kopja ta’ dokumenti jew partikolaritajiet kollha jew uħud minnhom li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 2, sew jekk permezz ta’ stampat u sew jekk permezz ta’ mezzi elettroniċi, mgħandux ikun aktar mill-prezz amministrattiv tagħhom.</ALINEA><ALINEA>Kopji stampati pprovduti għandhom ikunu ċertifikati bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>kopji veri<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, kemm-il darba l-applikant ma jkunx jeħtieġ din iċ-ċertifikazzjoni. Kopji stampati pprovduti mgħandhomx ikunu ċertifikati bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>kopji veri<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, kemm-il darba l-applikant b’mod espliċitu ma jitlobx din iċ-ċertifikazzjoni.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Żvelar ta’ dokumenti u partikolaritajiet imsemmija fil-paragrafu 2 għandu jsir minn pubblikazzjoni fil-gazzetta nazzjonali nominata għal dak l-iskop minn Stat Membru, jew tat-test kollu jew ta’ parti mit-test, jew permezz ta’ riferenza għad-dokument li jkun ġie depożitat fil-file jew annotat firreġistru. Il-gazzetta nazzjonali maħtura għal dak l-iskop tista’ tinżamm f’forma elettronika.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Id-dokumenti u partikolaritajiet jistgħu jingħataw lil ħaddieħor mill-kumpannija lill-partijiet terzi biss wara li jkunu ġew żvelati skond il-paragrafu 4, kemm-il darba l-kumpannija ma tagħtix prova li l-partijiet terzi kienu jafu biha.</ALINEA><?PAGE NO="3"?><ALINEA>Madankollu, rigward transazzjonijiet li jsiru qabel is-16-il jum wara li jiġu żvelati, id-dokumenti u partikolaritajiet għandhom jingħataw lil partijiet terzi li jkunu taw prova li kien impossibbli għalihom li jkunu jafu bihom.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Id-Direttiva 96/9/KE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Direttiva 96/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="19960311">11 ta’ Marzu 1996</DATE>, dwar il-protezzjoni legali ta’ databases (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 459).</P></NOTE></P></TI></TITLE><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Il-premessi 40 u 41 tad-Direttiva 96/9 jgħidu dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>(40)</NO.P><TXT>Billi l-mira ta’ dan id-dritt <HT TYPE="ITALIC">sui generis</HT> hu li jassigura l-protezzjoni ta’ kull investiment għal kisba, verifika jew preżentazzjoni tal-kontenut ta’ database tul iż-żmien limitat tad-dritt; billi dan l-investiment jista’ jkun magħmul bi tħaddim tajjeb ta’ riżorsi finanzjarji u/jew użu ta’ ħin, sforzi u enerġija;</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(41)</NO.P><TXT>Billi l-mira tad-dritt <HT TYPE="ITALIC">sui generis</HT> hu li tingħata għażla lil min jagħmel database li ma jħallix li ssir estrazzjoni mhux awtorizzata u/jew l-użu mill-ġdid tal-kontenut kollu jew parti sewwa minn dik id-database; billi min jagħmel database huwa l-persuna li tieħu l-inizzjattiva u r-riskju li tinvesti; billi dan jeskludi sottokuntrattur partikolarment mit-tifsira tal-persuna li tkun għamlitu<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>.</TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 tad-Direttiva 96/9, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Għan tal-protezzjoni<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> taħt il-Kapitolu III <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Dritt <HT TYPE="ITALIC">sui generis</HT><QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Stati Membri għandhom jipprovdu għal dritt għal min jagħmel database li juri li jkun sar investiment sostanzjali kwalitattiv u/jew kwantitattiv fil-kisba, verifika jew preżentazzjoni tal-kontenut biex ma titħalliex li ssir estrazzjoni u/jew użu mill-ġdid tiegħu kollu jew parti sostanzjali minn, valutat b’mod kwalitattiv u/jew kwantitattiv, tal-kontenut ta’ dik id-database.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>estrazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> tfisser it-trasferiment permanenti jew temporanju tal-kontenut kollu jew parti sostanzjali minnu ta’ database lil apparat ieħor b’kull mezz jew f’kull forma;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>użu mill-ġdid<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> tfisser kull mod li jagħmel disponibbli lill-pubbliku l-kontenut kollu jew parti sostanzjali minnu ta’ database permezz tad-distribuzzjoni ta’ kopji, kiri, trasmissjoni on-line jew modi oħra ta’ trasmissjoni. L-ewwel bejgħ fil-Komunità ta’ kopja tad-database mit-titulari tad-dritt jew bil-kunsens tiegħu jeżawrixxi d-dritt li jkun hemm kontroll tal-bejgħ mill-ġdid ta’ dik il-kopja fil-Komunità;</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Id-dritt imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jkun trasferit, assenjat jew mogħti permezz ta’ liċenza kuntrattwali.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>L-estrazzjoni u/jew l-użu mill-ġdid ta’ sikwit u sistematika ta’ partijiet żgħar tal-kontenut tad-database li jġibu magħhom atti kuntrarji għall-użu normali ta’ dik id-database jew li jagħmlu ħsara irraġonevoli lill-interessi leġittimi ta’ min ikun għamel id-database m’għandhomx jitħallew isiru<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Id-Direttiva 2003/98/KE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Direttiva 2003/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20031117">17 ta’ Novembru 2003</DATE>, dwar l-użu mill-ġdid ta’ informazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 32, p. 701).</P></NOTE></P></TI></TITLE><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>Il-premessi 8 u 9 tad-Direttiva 2003/98 jipprovdu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>(8)</NO.P><TXT>Qafas ġenerali għall-kondizzjonijiet li jirregolaw l-użu mill-ġdid ta’ dokumenti tas-settur pubbliku huwa meħtieġ sabiex jassigura kondizzjonijiet ġusti, proporzjonati u mhux diskriminatorji għall-użu mill-ġdid ta’ dik l-informazzjoni. Il-korpi tas-settur pubbliku jiġbru, jipproduċu, jipproduċu mill-ġdid u jxerrdu dikumenti biex iwettqu l-kompiti pubbliċi tagħhom. L-użu ta’ dawk id-dokumenti għal raġunijiet oħra jikkostitwixxi użu mill-ġdid. Il-politika ta’ l-Istati Membri tista’ tmur ’l hinn mill-i tsandards [mill-istandards] minimi stabbiliti b’din id-Direttiva, u b’hekk jippermettu użu mill-ġdid aktar estensiv.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(9)</NO.P><TXT>Din id-Direttiva ma fihiex l-obbligu li jiġi permess l-użu mill-ġdid ta’ dakoumenti [dokumenti]. Id-deċiżjoni dwar jekk l-użu mill-ġdid jiġix awtorizzat jew le tibqa’ ta’ l-Istati Membri jew tal-korp tas-settur pubbliku konċernat. […] Il-korpi tas-settur pubbliku għandhom ikunu imħajjra li jagħmlu disponibbli għall-użu mill-ġdid ta’ kull dokumenti miżmuma minnhom. Il-korpi tas-s[e]ttur pubbliku għandhom jippromwovu u jħajjru l-użu mill-ġdid ta’ dokumenti, inklużi testi uffiċjali ta’ natura leġislattiva u amministrattiva f’dawk il-każi fejn il-korp tas-settur pubbliku ikollu d-dritt li jawtorizza l-użu mill-ġdid tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>.</TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>Il-premessa 22 tad-Direttiva 2003/98 tipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>[…] id-Direttiva ma taffettwax l-eżistenza jew il-proprjetà ta’ drittijiet ta’ rpoprjetà [proprjetà] intellettwali ta’ korpi tas-settur pubbliku, lanqas ma tillimita l-eżerċizzju ta’ dawn id-drittijiet b’xi mod ’l hinn mill-konfini stipulati b’din id-Direttiva. […] Il-korpi tas-settur pubbliku għandhom, iżda, jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom ta’ l-awtur b’dak il-mod li jiffaċilita l-użu mill-ġdid<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2003/98, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Din id-Direttiva tistabbilixxi sett minimu ta’ regoli li jirregolaw l-użu mill-ġdid u l-mezzi prattiċi għall-iffaċilitar ta’ l-użu mill-ġdid ta’ dokumenti eżistenti miżmuma minn korpi tas-settur pubbliku ta’ l-Istati Membri<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(4) tad-Direttiva 2003/98 jiddefinixxi l-użu mill-ġdid bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>[...] l-użu minn persuni jew entitajiet ġuridiċi ta’ dokumenti miżmuma minn korpi tas-settur pubbliku, għal finijiet kummerċjali jew mhux kummerċjali minbarra l-fini inizjali fi ħdan il-kompitu pubbliku li għalih kienu prodotti d-dokumenti. L-iskambju ta’ dokumenti bejn korpi tas-settur pubbliku purament fit-twettiq tal-kompiti pubbliċi tagħhom ma jikkostitwixxix użu mill-ġdid<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>10.</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tad-Direttiva 2003/98, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Prinċipju ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn ikun permess l-użu mill-ġdid ta’ dokumenti miżmuma minn korpi tas-settur pubbliku, dawn id-dokumenti għandhom ikunu jistgħu jintużaw mill-ġdid għal finijiet kummerċjali u mhux kummerċjali skont il-kondizzjonijiet stipulati fil-Kapitoli III u IV. Fejn possibbli, id-dokumenti għandhom jintgħamlu disponibbli permezz ta’ mezzi elettroniċi<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kwistjoni fil-kawża prinċipali, id-dritt nazzjonali rilevanti u d-domandi preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Ir-reġistru tal-kummerċ u tal-kumpanniji</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>Taħt l-Artikoli 1 u 2 tal-Firmenbuchgesetz (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>FBG<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>BGBl. Nr. 10/1991.</P></NOTE>, l-impriżi jeħtieġu li jqiegħdu ċertu informazzjoni fir-reġistru tal-kummerċ u tal-kumpanniji li, skont l-istess dispożizzjonijiet, għandha tkun disponibbli wkoll għall-pubbliku. Skont l-Artikolu 3, l-informazzjoni tinkludi l-ismijiet tal-impriżi, il-forma legali tagħhom, is-sede tagħhom, indikazzjoni tal-qasam tal-attività tagħhom, il-fergħat tagħhom, l-ismijiet, id-dati tat-twelid u l-portata tal-awtorità ta’ dawk li jaġixxu bħala rappreżentanti, flimkien ma’ dettalji ta’ kwalunkwe proċeduri ta’ stralċ jew il-bidu ta’ kwalunkwe proċeduri ta’ insolvenza.</TXT></NP><NP><NO.P>12.</NO.P><TXT>Sal-1990, l-informazzjoni miżmuma mill-Istat Awstrijak kienet aċċessibbli għall-pubbliku permezz tal-qrati fejn kien jinżamm reġistru tal-kummerċ u tal-kumpanniji. Għadu possibbli li jiġi kkonsultat ir-reġistru tal-kummerċ u tal-kumpanniji permezz tal-qrati lokali u reġjonali (il-Berzirksgerichte) jew permezz tan-nutara (l-Artikoli 33 u 35 tal-FBG) għal miżata statutorja tal-qorti.</TXT></NP><NP><NO.P>13.</NO.P><TXT>Mill-<DATE ISO="19910101">1 ta’ Jannar 1991</DATE>, ir-reġistru tal-kummerċ u tal-kumpanniji ġie kompjuterizzat, u sal-aħħar tal-1994, id-data kollha dwar in-negozji kienet ġiet irreġistrata mill-ġdid. Mill-1993, it-tiftix seta’ jsir minn membri tal-pubbliku permezz ta’ vidjotext interattiv, u mill-1999 sar possibbli li jsir tiftix online fir-reġistru tal-kummerċ u tal-kumpanniji fuq l-internet. Skont l-Artikolu 34 tal-FBG, kullħadd huwa awtorizzat li jkollu aċċess rapidu biex jikkonsulta l-informazzjoni fir-reġistru tal-kummerċ u tal-kumpanniji permezz ta’ trażmissjoni elettronika, sa fejn jippermettu t-teknoloġija u d-disponibbiltà tal-persunal.</TXT></NP><NP><NO.P>14.</NO.P><TXT>L-aċċess pubbliku għar-reġistru tal-kummerċ u tal-kumpanniji, permezz ta’ mezzi elettroniċi, inbidel fl-1999 meta l-Awstrija tat, oriġinarjament, ħames aġenziji intermedjarji (Verrechnungsstellen) il-kompitu li jipprovdu aċċess għar-reġistru tal-kummerċ u tal-kumpanniji permezz tal-internet<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Ir-rappreżentant tal-Awstrija spjega fis-seduta li din is-soluzzjoni ġiet adottata għall-unika raġuni li ma kienx hemm infrastruttura statali għal ħruġ ta’ fatturi online u pagamenti marbuta ma’ konsultazzjonijiet fuq l-internet tar-reġistru tal-kummerċ u tal-kumpanniji.</P></NOTE>. Dawn l-aġenziji jimponu miżata statutorja tal-qorti u jitolbu remunerazzjoni għas-servizzi tagħhom. Il-miżati tal-qorti dovuti għal konsultazzjonijiet b’aċċess rapidu u konsultazzjonijiet b’mod ġenerali huma stabbiliti skont ir-regolament li jikkonċerna d-database tar-reġistri tal-kummerċ u tal-kumpanniji (il-Firmenbuchdatenbankverordnung; iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>FBDV<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>BGBl. II Nr. 240/1999.</P></NOTE>). Il-miżati tal-qorti jinġabru mill-aġenziji intermedjarji u jiġu trażmessi lill-Istat. Dawn jiġu kkalkolati b’riferiment għan-natura tal-informazzjoni kkonsultata. Ir-remunerazzjoni separata għas-servizz ipprovdut mill-aġenziji intermedjarji għandha tiġi approvata mill-Ministeru tal-Ġustizzja.</TXT></NP><NP><NO.P>15.</NO.P><TXT>Id-database tar-reġistru tal-kummerċ u tal-kumpanniji hija database protetta. Il-proprjetarju tad-dritt <HT TYPE="ITALIC">sui generis</HT> għad-database huwa l-Istat Awstrijak. Skont l-Artikolu 4(2) tal-FBDV, l-awtorizzazzjoni li jiġi kkonsultat ir-reġistru tal-kummerċ u tal-kumpanniji ma tagħtix dritt li jsiru atti ta’ distribuzzjoni (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>użu mill-ġdid ipprojbit<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>). Dan huwa rriżervat għall-Istat Awstrijak bħala dak li ħoloq id-database, b’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi dwar id-drittijiet tal-awtur li ġew adottati biex jittrasponu d-Direttiva 96/9<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Skont l-osservazzjonijiet bil-miktub ta’ Compass-Datenbank, qabel l-1998 l-Istat Awstrijak ma gawdiex il-protezzjoni tal-liġi dwar id-drittijiet tal-awtur fir-rigward tar-reġistri pubbliċi.</P></NOTE>.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-database ta’ Compass-Datenbank</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>16.</NO.P><TXT>Għal iżjed minn 130 sena, Compass-Datenbank GmBH (iktar ‘il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>Compass-Datenbank<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>) u l-predeċessuri legali tagħha kellhom għad-dispożizzjoni tagħhom ġabriet ta’ informazzjoni miżmuma mill-Istat Awstrijak li jirrigwardaw impriżi u kumpanniji. Mill-1995 bdew joperaw database tal-kummerċ u tal-industrija, aċċessibbli permezz tal-internet u bbażat parzjalment fuq din l-informazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>17.</NO.P><TXT>Id-database ta’ Compass-Datenbank fiha firxa ta’ informazzjoni addizzjonali għal dik li tidher fir-reġistru tal-kummerċ u tal-kumpanniji. Hija tinkludi informazzjoni dwar ishma, in-numri tat-telefon u tal-faks, l-indirizzi tal-posta elettronika, l-oqsma li fihom l-impriżi mniżżla joperaw, flimkien ma’ deskrizzjoni qasira tal-attivitajiet tagħhom, u l-banek li fihom għandhom kontijiet. Sabiex tmexxi s-servizz ta’ informazzjoni tagħha, Compass-Datenbank teħtieġ li d-data rreġistrata fir-reġistru tal-kummerċ u tal-kumpanniji tiġi aġġornata kuljum, liema data hija ssupplimentata bir-riċerka tagħha stess.</TXT></NP><NP><NO.P>18.</NO.P><TXT>Sa Diċembru 2001, Compass-Datenbank irċeviet din id-data miċ-ċentru federali tal-kompjuters Awstrijak mingħajr ebda restrizzjoni dwar l-użu mill-ġdid tagħha. Compass-Datenbank kellha s-setgħa li tirċievi informazzjoni fil-kapaċità tagħha bħala l-editur tal-Zentralblatt für Eintragungen in das Firmenbuch der Republik Österreich (Ġurnal Ċentrali għall-Iskrizzjonijiet fir-Reġistru tal-Kummerċ u tal-Kumpanniji tar-Repubblika tal-Awstrija). Compass-Datenbank użat mill-ġdid l-istess data għad-database tal-kummerċ u tal-industrija tagħha.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>C –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-proċeduri nazzjonali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>19.</NO.P><TXT>Fl-2001 l-Istat Awstrijak ressaq kawża quddiem il-Handelsgericht Wien (il-Qorti Kummerċjali, Vjenna) fejn talab, fost affarijiet oħra, ordni kontra Compass-Datenbank li tipprojbixxieha milli tuża d-data mir-reġistru tal-kummerċ u tal-kumpanniji, b’mod partikolari permezz tal-issejvjar, riproduzzjoni jew trażmissjoni lil terzi. Permezz ta’ deċiżjoni tad-<DATE ISO="20020409">9 ta’ April 2002</DATE>, l-Oberster Gerichtshof laqgħat parzjalment talba għal dan il-għan bħala miżura provviżorja u ordnat lil Compass-Datenbank li, sakemm hija tagħti d-deċiżjoni finali tagħha, toqgħod lura milli tuża mill-ġdid ir-reġistru tal-kummerċ u tal-kumpanniji biex taġġorna d-database tal-kummerċ u tal-industrija tagħha u, b’mod partikolari, toqgħod lura milli tissejvja jew b’xi mod ieħor tirriproduċi data mir-reġistru tal-kummerċ u tal-kumpanniji sabiex tgħaddiha lil terzi, tagħmililhom aċċessibbli jew tipprovdi informazzjoni minnu, sakemm Compass-Datenbank ma tkunx irċeviet din id-data bi ħlas raġonevoli mill-Istat Awstrijak. Id-deċiżjoni tar-rinviju ma tgħidx jekk il-qrati Awstrijaki sussegwentament ħadux deċiżjoni definittiva f’dawn il-proċeduri.</TXT></NP><NP><NO.P>20.</NO.P><TXT>Madankollu, minkejja dan, ir-rappreżentant ta’ Compass-Datenbank spjega fis-seduta li komplew jirċievu data mir-reġistru tal-kummerċ u tal-kumpanniji, iżda bi ħlas li l-Awstrija tqis baxx wisq.</TXT></NP><NP><NO.P>21.</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20061221">21 ta’ Diċembru 2006</DATE>, Compass-Datenbank fetħet min-naħa tagħha proċedura oħra li fiha talbet deċiżjoni li tirrikjedi lill-Istat Awstrijak ipoġġi għad-dispożizzjoni ta’ Compass-Datenbank, b’konformità mal-liġi federali dwar l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni miżmuma minn korpi pubbliċi (Bundesgesetz über die Weiterverwendung von Informationen öffentlicher Stellen, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>IWG<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>BGBl. I Nr. 135/2005. Din il-kwistjoni ma hijiex spjegata fid-dettall fid-deċiżjoni għal rinviju, u lanqas ma hija d-dispożizzjoni rilevanti li kkwotajt. Madankollu, nosserva li l-Artikolu 7 tal-IWG jipprovdi li r-remunerazzjoni imposta mill-awtoritajiet għall-użu mill-ġdid ta’ data fis-settur pubbliku ma għandhiex teċċedi l-ispejjeż relatati, b’marġni raġonevoli ta’ profitti miżjuda.</P></NOTE>, ċerti dokumenti disponibbli fir-reġistru tal-kummerċ u tal-kumpanniji, inkambju għal<?PAGE NO="7"?> remunerazzjoni xierqa. B’mod iktar speċifiku, Compass-Datenbank talbet aċċess għal dokumenti fil-forma ta’ estratti mir-reġistru tal-kummerċ u tal-kumpanniji li fihom data aġġornata dwar is-suġġetti legali rreġistrati fih, jew li ħassruhom mir-reġistru fil-jum preċedenti, kif ukoll estratti mir-reġistru tal-kummerċ u tal-kumpanniji li fihom data storika.</TXT></NP><NP><NO.P>22.</NO.P><TXT>Matul il-proċeduri nazzjonali, ġie stabbilit li Compass-Datenbank ma tista’ tikseb l-ebda drittijiet mill-IWG. Madankollu, irriżulta li jista’ jkun hemm argumenti li fuqhom setgħat tibbaża ruħha l-kumpannija li kienu fondati fuq id-dritt tal-kompetizzjoni. Wara diversi stadji fi qrati Awstrijaki differenti, il-każ wasal għand l-Oberster Gerichtshof, li sab li jeħtieġ li jagħmel dawn it-tliet domandi preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>1.</NO.P><TXT>L-Artikolu 102 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-attività ta’ awtorità pubblika li tissejvja f’database (Firmenbuch — reġistru tal-kummerċ u tal-kumpanniji), data li l-impriżi għandhom jikkomunikaw abbażi tal-obbligi legali u li tippermetti li ssir konsultazzjoni ta’ din id-data u/jew li jiġu pprovduti kopji bi ħlas, filwaqt li tipprojbixxi kwalunkwe użu ieħor ta’ din id-data, hija attività kummerċjali?</TXT></NP></ITEM></LIST><P>Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Ikun hemm attività kummerċjali meta l-awtorità pubblika tinvoka l-protezzjoni <HT TYPE="ITALIC">sui generis</HT> li tingħatalha bħala produttur ta’ database, u tipprojbixxi kwalunkwe użu li jmur lil hinn mis-sempliċi konsultazzjoni u stampar tad-data?</TXT></NP></ITEM></LIST><P>Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel jew għat-tieni domanda:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>L-Artikolu 102 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-prinċipji kkonstatati bis-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja, tas-<DATE ISO="19950406">6 ta’ April 1995</DATE>, RTE u ITP vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-241/91 P+C-242/91 P" PAGE.ECR="I-743" YEAR="1995">C-241/91 P u C-242/91 P, Ġabra p. I-743</REF.DOC.ECR>), u tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE>, IMS Health<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Ma tapplikax għall-verżjoni Maltija.</P></NOTE> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-418/01" PAGE.ECR="I-5039" YEAR="2004">C-418/01, Ġabra p. I-5039</REF.DOC.ECR>) (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>duttrina tal-faċilitajiet essenzjali<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>) japplikaw ukoll meta ma hemmx <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>suq upstream<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> peress li d-data protetta tinġabar u tiġi ssejvjata f’database (Firmenbuch — reġistru tal-kummerċ u tal-kumpanniji) fil-kuntest ta’ eżerċizzju ta’ attività tal-poter pubbliku?<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>23.</NO.P><TXT>Compass-Datenbank, il-Gvern Awstrijak, l-Irlanda, il-Gvern Olandiż, il-Gvern Pollakk, il-Gvern Portugiż u l-Kummissjoni Ewropea ppreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub. Compass-Datenbank, il-Gvern Awstrijak, l-Irlanda u l-Kummissjoni Ewropea pparteċipaw fis-seduta tat-<DATE ISO="20120202">2 ta’ Frar 2012</DATE>.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Osservazzjonijiet preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Ir-rwol tal-aġenziji intermedjarji</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>24.</NO.P><TXT>L-osservazzjonijiet tal-partijiet juru li, bħala kwistjoni preliminari, għandu jiġi analizzat ir-rwol tal-aġenziji intermedjarji, b’mod partikolari fir-rigward ta’ kif dan jolqot il-kwistjoni dwar jekk l-Istat Awstrijak huwiex qed iwettaq attivitajiet ekonomiċi.</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>25.</NO.P><TXT>Kif spjegajt hawn fuq fil-punt 14, fl-1999 ġie stabbilit metodu ta’ aċċess għar-reġistru tal-kummerċ u tal-kumpanniji permezz ta’ aġenziji intermedjarji. Dawn jipprovdu aċċess online, bi ħlas, lir-reġistru tal-kummerċ u tal-kumpanniji. Fis-seduta, ir-rappreżentant tal-Awstrija spjega li preżentament, kwalunkwe impriża li tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ servizz u l-kwalitajiet ta’ prestazzjoni tista’ tiġi aċċettata bħala aġenzija intermedjarja. Issa hemm għaxar aġenziji intermedjarji involuti f’din il-kwistjoni, li waħda minnhom hija membru tal-istess grupp ta’ kumpanniji bħal Compass-Datenbank<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Fis-seduta ġie ddikjarat li l-aġenzija intermedjarja hija kumpannija sister ta’ Compass-Datenbank.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>26.</NO.P><TXT>L-aġenziji intermedjarji jistabbilixxu, permezz tal-internet, il-konnessjoni bejn ir-reġistru tal-kummerċ u tal-kumpanniji u l-klijent. Huma pprojbiti milli jużaw mill-ġdid id-data fir-reġistru tal-kummerċ u tal-kumpanniji jew milli jibdlu l-kontenut jew il-preżentazzjoni tal-informazzjoni li ġiet trażmessa. Huma wkoll preklużi milli jespandu l-kontenut permezz ta’ reklamar. Il-klijenti tal-aġenziji intermedjarji huma pprojbiti wkoll milli jużaw mill-ġdid id-data b’tali mod li jiksru d-drittijiet <HT TYPE="ITALIC">sui generis</HT> tal-Awstrija b’rabta mar-reġistru tal-kummerċ u tal-kumpanniji. Dan ifisser li l-projbizzjoni dwar dan l-użu mill-ġdid li hija koperta mid-dritt <HT TYPE="ITALIC">sui generis</HT> hija assoluta u applikata mill-Awstrija b’mod mhux diskriminatorju.</TXT></NP><NP><NO.P>27.</NO.P><TXT>Huwa importanti li wieħed iżomm f’moħħu li, permezz tat-talbiet imressqa quddiem il-qrati nazzjonali, Compass-Datenbank qed titlob mill-Istat Awstrijak dritt ta’ trasferiment bil-kwantità ta’ data ġdida rreġistrata fir-reġistru tal-kummerċ u tal-kumpanniji, bi ħlas raġonevoli, u bid-dritt li tużaha mill-ġdid sabiex tinkludi d-data fis-servizz ta’ informazzjoni ta’ Compass-Datenbank u tqassamha.</TXT></NP><NP><NO.P>28.</NO.P><TXT>L-għan wara l-kisba ta’ din id-deċiżjoni huwa li jippermetti lil Compass- Datenbank jipprovdi servizz li jibni fuq id-data li hija diġà aċċessibbli għal kullħadd permezz tal-aġenziji intermedjarji. Kif ġie indikat minn Compass-Datenbank fis-seduta, hija tixtieq li tipprovdi iktar minn sempliċi kopja tal-informazzjoni pprovduta mill-aġenziji intermedjarji. Hija tixtieq li żżid valur għal din l-informazzjoni billi tissupplimentaha b’materjal ieħor. Barra minn hekk, il-mod ta’ kif topera jirrikjedi li jkollha aċċess għal data ġdida u aġġornata għal prezz li huwa inqas mill-miżata statutorja pagabbli permezz tal-aġenziji intermedjarji. Dan huwa l-eżitu mixtieq fil-proċeduri nazzjonali mibdija minn Compass-Datenbank, li pproponiet ċertu prezz li tqis bħala r-remunerazzjoni xierqa li għandha titħallas lill-Istat Awstrijak.</TXT></NP><NP><NO.P>29.</NO.P><TXT>Huwa importanti li tinżamm perċezzjoni ċara tar-rwol tal-aġenziji intermedjarji għal żewġ raġunijiet. L-ewwel nett, biex jiġi ddeterminat jekk awtorità pubblika taġixxix bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>impriża<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> għall-finijiet tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni, hemm bżonn ta’ analiżi tal-attivitajiet individwali tal-awtorità pubblika kkonċernata. L-awtorità tiġi kklassifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>impriża<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> sa fejn dawn l-attivitajiet huma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>ekonomiċi<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> fin-natura tagħhom<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Ara s-sentenzi tat-<DATE ISO="19910423">23 ta’ April 1991</DATE>, Höfner u Elser, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-41/90" PAGE.ECR="I-1979" YEAR="1991">C-41/90, Ġabra p. I-1979</REF.DOC.ECR>, punt 21; tas-<DATE ISO="20040316">16 ta’ Marzu 2004</DATE>, AOK Bundesverband <HT TYPE="ITALIC">et</HT> <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-264/01+C-306/01+C-354/01+C-355/01" PAGE.ECR="I-2493" YEAR="2004">C-264/01, C-306/01, C-354/01 u C-355/01, Ġabra p. I-2493</REF.DOC.ECR>, punt 59, tad-<DATE ISO="19940119">19 ta’ Jannar 1994</DATE>, SAT Fluggesellschaft, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-364/92" PAGE.ECR="I-43" YEAR="1994">C-364/92, Ġabra p. I-43</REF.DOC.ECR>, punt 18.</P></NOTE>. Għaldaqstant huma l-attivitajiet tal-Istat Awstrijak, iktar milli dawk tal-aġenziji intermedjarji, li huma rilevanti għad-determinazzjoni sa fejn l-Artikolu 102 TFUE huwa applikabbli għat-tilwima inkwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>30.</NO.P><TXT>Id-distinzjoni hija importanti wkoll għax, sabiex jiġi ddeterminat jekk impriża hijiex qed tabbuża mill-pożizzjoni dominanti tagħha billi tirrifjuta l-provvista ta’ prodott jew servizz, jeħtieġ li l-ewwel ikun hemm identifikazzjoni tas-suq li fih l-impriża kkonċernata għandha pożizzjoni dominanti. Din l-analiżi hija għaldaqstant immirata lejn l-Istat Awstrijak iktar milli lejn l-aġenziji intermedjarji.</TXT></NP><NP><NO.P>31.</NO.P><TXT>Fl-opinjoni tiegħi, l-analiżi korretta tal-arranġamenti hija din li ġejja. L-Awstrija tagħti konċessjoni ta’ servizz pubbliku lill-aġenziji intermedjarji. Wasalt għal din il-konklużjoni minħabba l-fatt li l-aġenziji intermedjarji għandhom, suġġett għas-superviżjoni tal-Ministeru tal-Ġustizzja, ċerta libertà limitata li jistabbilixxu l-prezz tal-aċċess online għar-reġistru tal-kummerċ u tal-kumpanniji (ir-remunerazzjoni li<?PAGE NO="9"?> hija supplimentari għall-miżata statutorja tal-qorti) u huma jirċievu din ir-remunerazzjoni minn terzi u mhux mill-awtorità kontraenti li tathom il-kuntratti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Sentenzi tal-<DATE ISO="20090910">10 ta’ Settembru 2009</DATE>, Eurawasser, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-206/08" PAGE.ECR="I-8377" YEAR="2009">C-206/08, Ġabra p. I-8377</REF.DOC.ECR>, punti 53 sa 57; u tal-<DATE ISO="20110310">10 ta’ Marzu 2011</DATE>, Privater Rettungsdienst und Krankentransport Stadler, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-274/09" PAGE.ECR="I-1335" YEAR="2011">C-274/09, Ġabra p. I-1335</REF.DOC.ECR>, punti 24 u 25. Skont il-leġiżlazzjoni sekondarja tal-Unjoni, konċessjoni ta’ servizzi hija kuntratt tal-istess tip bħal kuntratt pubbliku għal servizzi, bl-eċċezzjoni tal-fatt li servizzi jiġu pprovduti biss inkambju għad-dritt li jintuża s-servizz jew f’dan id-dritt flimkien ma’ ħlas.</P></NOTE>. Ir-riskji kummerċjali marbuta mal-aċċess online għar-reġistru tal-kummerċ u tal-kumpanniji jintrefgħu mill-aġenziji intermedjarji, li tissuġġerixxi wkoll li l-Awstrija tat biss konċessjoni lill-aġenziji<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Sentenza Eurawasser, punti 67 u 68. Sentenza Privater Rettungsdienst und Kranentransport Stadler, punt 26.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>32.</NO.P><TXT>Filwaqt li huwa stabbilit li r-rifjut minn Stat Membru li jipprovdi, permezz ta’ konċessjoni ta’ servizz, liċenzja esklużiva huwa suġġett għal regoli fundamentali tat-Trattat TUE u tat-Trattat TFUE b’mod ġenerali, inkluż l-Artikolu 56 TFUE u, b’mod partikolari, il-prinċipji ta’ trattament ugwali u nondiskriminazzjoni abbażi ta’ nazzjonalità, kif ukoll l-obbligu ta’ trasparenza li minnhom jirriżulta<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Sentenza tat-<DATE ISO="20100603">3 ta’ Ġunju 2010</DATE>, Sporting Exchange, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-203/08" PAGE.ECR="I-4695" YEAR="2010">C-203/08, Ġabra p. I-4695</REF.DOC.ECR>, punt 39.</P></NOTE>, l-obbligi fuq l-Istati Membri jiefqu hemm. Il-kuntratti ta’ konċessjoni ta’ servizz pubbliku ma humiex irregolati mid-direttivi li jirregolaw il-qasam tal-kuntratti pubbliċi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Sentenza Sporting Exchange, punt 39.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>33.</NO.P><TXT>Ninnota, inċidentalment, li tista’ tqum il-kwistjoni dwar jekk il-miżati statutorji tal-qorti u/jew ir-remunerazzjoni supplimentari applikati mill-aġenziji intermedjarji jeċċedux l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>ispiża amministrattiva<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> permissibbli għall-kisba ta’ kopji ta’ dokumenti jew dettalji partikolari li jissemmew fl-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 68/151. Madankollu, il-kwistjoni dwar jekk l-Awstrija hijiex qed taġixxi b’mod inkonsistenti mad-Direttiva 68/151 ma hijiex rilevanti għad-domanda dwar jekk l-Awstrija hijiex qed taġixxi bħala impriża<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Min-naħa l-oħra, id-domanda ta’ jekk il-miżati statutorji għall-konsultazzjoni tar-reġistri tal-kummerċ u tal-kumpanniji stabbiliti mill-Awstrija, abbażi tad-dritt <HT TYPE="ITALIC">sui generis</HT> tagħha għad-data bank, humiex daqstant għolja li jagħtu lill-attività natura ekonomika, tirrikjedi eżami iktar dettaljat.</P></NOTE> billi tirrifjuta aċċess bil-kwantità u użu mill-ġdid tad-data inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>34.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, minkejja li l-attivitajiet tal-aġenziji intermedjarji għandhom jitqiesu li huma ċarament ekonomiċi, din il-kwistjoni hija irrilevanti wkoll għad-domanda dwar jekk l-Awstrija aġixxietx b’mod abbużiv meta rrifjutat li toħroġ liċenzja ta’ aċċess bil-kwantità lil Compass-Datenbank, jew li tippermetti l-użu mill-ġdid ta’ data fir-reġistru tal-kummerċ u tal-kumpanniji. Dan peress li l-aġenziji intermedjarji joperaw f’suq separat u mhux relatat mas-suq li fih Compass-Datenbank tixtieq tinnegozja. Dawn tal-ewwel joperaw fis-suq b’aċċess online għar-reġistru tal-kummerċ u tal-kumpanniji. Fi kliem ieħor, jipprovdu sempliċement mod ta’ aċċess elettroniku u interface għall-klijent deċentralizzat għall-informazzjoni miżmuma mill-Istat Awstrijak.</TXT></NP><NP><NO.P>35.</NO.P><TXT>Compass-Datenbank ma hijiex prekluża minn dan is-suq iżda għandha aċċess għalih abbażi ta’ kundizzjonijiet nondiskriminatorji. Kif diġà semmejt, waħda mill-kumpanniji fi ħdan il-grupp tagħha hija fil-fatt aġenzija intermedjarja li topera f’dan is-suq. Compass-Datenbank ma hijiex qed titlob dritt għall-użu mill-ġdid tal-informazzjoni mill-aġenziji intermedjarji, li huma ugwalment preklużi milli jużawha mill-ġdid, iżda li tingħata mod alternattiv ta’ kif tista’ taċċedi għal din id-data. Compass-Datenbank qed tallega mġiba abbużiva min-naħa tal-Awstrija fil-prevenzjoni tal-ħolqien, jew tal-kontinwazzjoni, tas-suq fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ din id-data.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Ir-rilevanza tad-direttivi</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>36.</NO.P><TXT>Qamet kwistjoni preliminari oħra li teħtieġ li tiġi indirizzata abbażi tal-osservazzjonijiet bil-miktub tal-Gvern Awstrijak u tal-Gvern Olandiż. Din tittratta ma’ kif, jekk inhu l-każ, l-obbligi imposti fuq l-Awstrija mid-Direttivi 68/151 u 2003/98 għandhom impatt fuq id-determinazzjoni ta’ jekk hijiex twettaq attivitajiet ekonomiċi f’sens li huwa rilevanti għall-applikabbiltà tal-Artikolu 102 TFUE.</TXT></NP><?PAGE NO="10"?><NP><NO.P>37.</NO.P><TXT>Ma hemmx dubju li, fil-każ ta’ kunflitt dirett bejn direttiva u dispożizzjoni primarja tat-Trattat UE jew tat-Trattat TFUE, inkluż l-Artikolu 102 TFUE, din tal-aħħar għandha tipprevali. Madankollu, fl-Unjoni Ewropea bħal fi kwalunkwe sistema ta’ gvern ibbażata fuq il-prinċipji tal-kostituzzjonaliżmu u l-istat tad-dritt, huwa kompitu tal-leġiżlatur li jqis u jiżen ir-regoli u prinċipji ġenerali ta’ natura astratta inkorporati fil-kostituzzjoni, jew fil-każ tal-Unjoni Ewropea, fit-Trattati<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Għal din ir-raġuni, l-atti leġiżlattivi tal-UE ma jistgħux jitwarrbu sakemm il-Qorti tal-Ġustizzja ma tkunx ikkonfermat l-eżistenza tal-inkompatibbiltà mat-Trattati tul il-kors tal-proċeduri fejn il-validità ta’ miżura sekondarja hija eżaminata. Ara s-sentenza tat-<DATE ISO="19871022">22 ta’ Ottubru 1987</DATE>, Foto-Frost, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="314/85" PAGE.ECR="4199" YEAR="1987">314/85, Ġabra p. 4199</REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>38.</NO.P><TXT>B’konformità mal-approċċ użat, b’mod partikolari, mill-Gvern Olandiż fl-osservazzjonijiet bil-miktub tiegħu, l-eżistenza u l-kontenut tad-direttivi huma rilevanti daqs id-dispożizzjonijiet legali nazzjonali fid-determinazzjoni ta’ jekk Stat Membru huwiex qed iwettaq attivitajiet ekonomiċi, li huma rregolati bl-Artikolu 102 TFUE, b’differenza milli kieku ma jaqgħux taħtu b’eżerċizzju tas-setgħa pubblika. Il-kriterju li jippermetti li jiġi ddeterminat jekk awtorità pubblika hijiex twettaq attivitajiet ekonomiċi jirrikjedi li jittieħdu inkunsiderazzjoni n-natura u l-għan tal-attività tagħha, kif ukoll <HT TYPE="ITALIC">ir-regoli li għaliha l-attività hija suġġetta</HT> <NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Sentenza tad-<DATE ISO="19940119">19 ta’ Jannar 1994</DATE>, SAT Fluggesellschaft, punt 30. L-enfasi hija miżjuda minni.</P></NOTE>. Dan jinkludi kull direttiva rilevanti, kif intwera fis-sentenza Selex Sistemi Integrati vs Il-Kummissjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Sentenza tat-<DATE ISO="20061212">12 ta’ Diċembru 2006</DATE>, Selex Sistemi Integrati vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-155/04" PAGE.ECR="II-4797" YEAR="2006">T-155/04, Ġabra p. II-4797</REF.DOC.ECR> li kienet is-suġġett ta’ appell li tat lok għas-sentenza tas-<DATE ISO="20090326">26 ta’ Marzu 2009</DATE>, Selex Sistemi Integrati vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-113/07 P" PAGE.ECR="I-2207" YEAR="2009">C-113/07 P, Ġabra p. I-2207</REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, fejn direttiva kienet rilevanti sabiex jiġi ddeterminat jekk l-attività ta’ Eurocontrol kellhiex natura ekonomika jew pubblika.</TXT></NP><NP><NO.P>39.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, minflok inqiegħed id-direttivi fuq naħa waħda abbażi tal-ġerarkija tan-normi, fl-opinjoni tiegħi dawn jifformaw parti importanti mill-evalwazzjoni li l-Qorti tal-Ġustizzja ntalbet tagħmel. Kemm id-Direttiva 68/151 kif ukoll id-Direttiva 2003/98, flimkien mad-Direttiva 96/9, fihom dispożizzjonijiet li huma rilevanti għad-determinazzjoni ta’ jekk l-Awstrija, billi tipprojbixxi l-użu mill-ġdid ta’ data fir-reġistru tal-kummerċ u tal-kumpanniji u tirrifjuta l-liċenzjar għall-aċċess bil-kwantità, hijiex qed twettaq attivitajiet ekonomiċi jew teżerċita setgħat pubbliċi.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel u t-tieni domandi preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>L-għan tad-domandi preliminari</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>40.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ntalbet tiddetermina jekk, fiċ-ċirkustanzi ta’ din il-kawża, l-Awstrija hijiex <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>impriża<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> għall-finijiet tal-Artikolu 102 TFUE, u t-tieni nett, jekk, id-duttrina tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>faċilitajiet essenzjali<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> hijiex rilevanti biex tirriżolvi t-tilwima, fin-nuqqas allegat ta’ suq upstream.</TXT></NP><NP><NO.P>41.</NO.P><TXT>Minkejja dan, fl-opinjoni tiegħi, il-kompitu tal-Qorti tal-Ġustizzja huwa limitat li jipprovdi l-qorti nazzjonali bi gwida dwar jekk l-Awstrija hijiex qed teżerċita setgħat jew prerogattivi pubbliċi b’esklużjoni ta’ attivitajiet ekonomiċi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Ara s-sentenzi SAT Fluggesellschaft, punt 30; tat-<DATE ISO="19970318">18 ta’ Marzu 1997</DATE>, Diego Calì &amp; Figli, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-343/95" PAGE.ECR="I-1547" YEAR="1997">C-343/95, Ġabra p. I-1547</REF.DOC.ECR>, punti 22 u 23, u Selex Sistemi Integrati, punt 70.</P></NOTE>, jew jekk, għall-kuntrarju, mill-inqas waħda mill-attivitajiet inkwistjoni hijiex attività ekonomika li hija diviżibbli mill-attivitajiet pubbliċi tal-Awstrija<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Ara s-sentenzi SAT Fluggesellschaft, punt 28; tat-<DATE ISO="20001212">12 ta’ Diċembru 2000</DATE>, Aéroports de Paris vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-128/98" PAGE.ECR="II-3929" YEAR="2000">T-128/98, Ġabra p. II-3929</REF.DOC.ECR>, punt 108, il-prinċipju tan-natura separabbli ġie affermat mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tal-<DATE ISO="20021024">24 ta’ Ottubru 2002</DATE>, Aéroports de Paris vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-82/01 P" PAGE.ECR="I-9297" YEAR="2002">C-82/01 P, Ġabra p. I-9297</REF.DOC.ECR>, punt 81.</P></NOTE>. Jekk dan tal-aħħar huwa l-każ, il-Qorti tal-Ġustizzja tintalab tipprovdi gwida dwar il-parametri tal-liġi dwar l-abbuż ta’ pożizzjoni dominanti, fil-forma ta’ rifjut ta’ provvista<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Ara s-sentenzi tal-<DATE ISO="19881005">5 ta’ Ottubru 1988</DATE>, CIRCA u Maxicar, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="53/87" PAGE.ECR="6039" YEAR="1988">53/87, Ġabra p. 6039</REF.DOC.ECR>; tal-<DATE ISO="19881005">5 ta’ Ottubru 1988</DATE>, Volvo, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="238/87" PAGE.ECR="6211" YEAR="1988">238/87, Ġabra p. 6211</REF.DOC.ECR>; tas-<DATE ISO="19950406">6 ta’ April 1995</DATE>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>Magill<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>; tas-<DATE ISO="19981126">26 ta’ Novembru 1998</DATE>, Bronner, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-7/97" PAGE.ECR="I-7791" YEAR="1998">C-7/97, Ġabra p. I-7791</REF.DOC.ECR>; tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE>, IMS Health, u tas-<DATE ISO="20070917">17 ta’ Settembru 2007</DATE>, Microsoft vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-201/04" PAGE.ECR="II-3601" YEAR="2007">T-201/04, Ġabra p. II-3601</REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, u b’mod iktar partikolari ċ-ċirkustanzi li fihom ir-rifjut li tingħata liċenzja fil-konfront ta’ materjal protett minn dritt <HT TYPE="ITALIC">sui generis</HT> għal database jaqa’ taħt l-Artikolu 102 TFUE.</TXT></NP><?PAGE NO="11"?><NP><NO.P>42.</NO.P><TXT>Ser neżamina l-ewwel wieħed minn dawn il-punti billi nikkunsidra flimkien l-ewwel u t-tieni domandi preliminari. Se niddiskuti l-aħħar punt, li jikkonċerna r-rifjut li tingħata liċenzja, billi neżamina t-tielet domanda preliminari separatament.</TXT></NP><NP><NO.P>43.</NO.P><TXT>Kif indika l-Gvern Pollakk, dawn il-kwistjonijiet jirrikjedu li l-Qorti tal-Ġustizzja tikkunsidra tliet attivitajiet speċifiċi fid-dawl tal-ġurisprudenza dwar iċ-ċirkustanzi li fihom awtorità pubblika taġixxi bħala impriża, biex b’hekk tintrabat bir-regoli tal-Unjoni li jipprojbixxu l-abbuż ta’ pożizzjoni dominanti taħt l-Artikolu 102 TFUE. Dawn l-azzjonijiet huma:</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>(i)</NO.P><TXT>l-issejvjar f’database (ir-reġistru tal-kummerċ u tal-kumpanniji) ta’ informazzjoni pprovduta mill-impriżi abbażi ta’ obbligi legali ta’ żvelar;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ii)</NO.P><TXT>il-fatt li jiġu permessi il-konsultazzjoni u/jew l-istampar tar-reġistru tal-kummerċ u tal-kumpanniji bi ħlas; u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(iii)</NO.P><TXT>il-fatt li jiġi pprojbit l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni li hemm fir-reġistru tal-kummerċ u tal-kumpanniji.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>44.</NO.P><TXT>Qabel ma jiġu indirizzati dawn il-kwistjonijiet, huwa importanti li jiġi osservat li l-leġiżlazzjoni Awstrijaka rilevanti tirrifletti politika restrittiva dwar il-possibbiltajiet għal terzi li jipprovdu servizzi ta’ informazzjoni kummerċjali billi jipproċessaw id-data fir-reġistru tal-kummerċ u tal-kumpanniji. Stati Membri oħra, bħall-Irlanda, adottaw approċċi iktar liberali, u jippermettu, pereżempju, liċenzji li jagħtu l-possibbiltà ta’ aċċess bil-kwantità u ta’ użu mill-ġdid għal skopijiet kummerċjali ta’ din id-data. Ikunu xi jkunu l-merti ta’ dawn l-approċċi differenti, id-dritt tal-Unjoni ser jillimita biss l-għażliet ta’ politika magħmula minn Stat Membru f’ċirkustanzi li fihom jaġixxi bħala impriża.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>L-issejvjar ta’ informazzjoni fir-reġistru tal-kummerċ u tal-kumpanniji</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>45.</NO.P><TXT>Fid-dritt tal-kompetizzjoni, il-kunċett ta’ impriża jinkludi kull korp li jwettaq attività ekonomika, indipendentament mill-istatus legali tal-korp u l-mod li bih jiġi ffinanzjat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Sentenza SAT Fluggesellschaft, punt 18.</P></NOTE>. Dan jinkludi l-Istati Membri. Ma huwiex importanti li l-Istat Membru jkun qed jaġixxi direttament permezz ta’ korp li jifforma parti mill-amministrazzjoni tal-Istat jew permezz ta’ korp li lilu jkun tah drittijiet speċjali jew esklużivi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Ara s-sentenza tat-<DATE ISO="19970318">18 ta’ Marzu 1997</DATE>, Diego Calì &amp; Figli, punt 17.</P></NOTE>. Minflok, jeħtieġ li tiġi kkunsidrata n-natura tal-attivitajiet imwettqa mill-impriża jew mill-korp pubbliku inkwistjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Ara s-sentenza tat-<DATE ISO="19970318">18 ta’ Marzu 1997</DATE>, Diego Calì &amp; Figli, punt 18.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>46.</NO.P><TXT>L-entitajiet pubbliċi ser ikunu preklużi milli jikkwalifikaw bħala impriża biss jekk jeżerċitaw setgħat jew prerogattivi pubbliċi b’esklużjoni tal-attivitajiet ekonomiċi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Sentenzi SAT Fluggesellschaft, punti 27 sa 30; Diego Calì &amp; Figli, punt 22, Selex Sistemi Integrati vs Il-Kummissjoni, punt 70.</P></NOTE>. Jeħtieġ li tiġi kkunsidrata separatament kull attività mwettqa mill-entità fis-settur pubbliku inkwistjoni. Jekk dawn l-attivitajiet huma diviżibbli, entità fis-settur pubbliku tammonta għal impriża sa fejn twettaq attivitajiet ekonomiċi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Sentenza SAT Fluggesellschaft, punt 28.</P></NOTE>. L-attivitajiet ekonomiċi jikkonsistu, skont il-ġurisprudenza, fl-offerta ta’ kwalunkwe oġġetti u servizzi fis-suq<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Sentenza tal-Qorti Ġenerali Aéroports de Paris vs Il-Kummissjoni, punt 107; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja Aéroports de Paris, iċċitata iktar ’il fuq, punt 79; sentenzi tal-<DATE ISO="20060711">11 ta’ Lulju 2006</DATE>, FENIN vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-205/03" PAGE.ECR="I-6295" YEAR="2006">C-205/03, Ġabra p. I-6295</REF.DOC.ECR>, punt 25 u tat-<DATE ISO="20110303">3 ta’ Marzu 2011</DATE>, AG2R Prévoyance, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-437/09" PAGE.ECR="I-973" YEAR="2011">C-437/09, Ġabra p. I-973</REF.DOC.ECR> , punt 42. Anke jekk l-attività titwettaq mingħajr skop ta’ lukru, xorta jista’ jkun hemm parteċipazzjoni rilevanti f’suq. Ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Maduro fil-kawża FENIN vs Il-Kummissjoni, iċċitati iktar ’il fuq, punt 14; sentenza Selex Sistemi Integrati vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 115.</P></NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="12"?><NP><NO.P>47.</NO.P><TXT>Ma hemmx dubju li l-issejvjar f’database, f’dan il-każ fir-reġistru tal-kummerċ u tal-kumpanniji, ta’ informazzjoni pprovduta minn impriżi abbażi ta’ obbligi legali ta’ żvelar huwa, fid-dawl tan-natura tiegħu, tal-għan tiegħu u tar-regoli li għalihom huwa suġġett, konness mal-eżerċizzju ta’ setgħat pubbliċi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Ara s-sentenzi Diego Calì &amp; Figli, punt 23, u SAT Fluggesellschaft, punt 30.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>48.</NO.P><TXT>L-issejvjar ta’ data fir-reġistru tal-kummerċ u tal-kumpanniji, abbażi ta’ obbligu legali li dan isir, hija attività mwettqa fl-interess ġenerali taċ-ċertezza legali. Il-persuni suġġetti għad-dritt imsemmija fl-Artikolu 2 tal-FGB huma obbligati li jipprovdu l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 3 tal-FGB sabiex jikkonformaw ruħhom mar-rekwiżiti ta’ reġistrazzjoni previsti fl-Artikoli 4, 5, 6 u 7. Jeħtieġu wkoll li jikkomunikaw mingħajr dewmien kwalunkwe bidliet fl-informazzjoni li diġà ġiet irreġistrata (ara l-Artikolu 10 tal-FGB). L-Istat Awstrijak jista’ jimponi sanzjonijiet amministrattivi sabiex jiżgura li l-informazzjoni li għandha tiġi ddikjarata hija kkomunikata kollha kemm hi fil-ħin (Artikolu 24 tal-FBG). Dan huwa rilevanti għaliex l-eżistenza ta’ prerogattivi u ta’ setgħat ta’ impożizzjoni li jidderogaw mid-dritt komuni huma indikaturi stabbiliti tal-eżerċizzju tas-setgħat pubbliċi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Sentenza SAT Fluggesellschaft, punt 24.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>49.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, din l-attività hija direttament konnessa mal-obbligi tal-Awstrija taħt id-Direttiva 68/151, u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha. Dan jobbliga lill-Istati Membri jżommu reġistru ċentrali, reġistru kummerċjali, jew reġistru tal-kumpanniji. L-Artikolu 3 jirrikjedi wkoll li l-Istati Membri jiżguraw l-iżvelar tal-informazzjoni li hemm ġo fih, kif ukoll aċċess raġonevoli għaliha.</TXT></NP><NP><NO.P>50.</NO.P><TXT>Għandu jiġi nnutat li minkejja l-fatt li l-partijiet privati għandhom il-kapaċità fiżika li joħolqu, jiġbru u jikkumerċjalizzaw informazzjoni dwar l-impriżi, ma humiex kapaċi li jagħtuha status legali li jikkaratterizza d-data rreġistrata fir-reġistru uffiċjali tal-kummerċ u tal-kumpanniji, jiġifieri n-natura opponibbli tagħha fil-konfront ta’ terzi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Ara l-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 68/151.</P></NOTE>. Dan l-effett legali jista’ jinħoloq biss b’regoli legali speċifiċi. L-għan espress tar-reġistri pubbliċi bħar-reġistru tal-kummerċ u tal-kumpanniji huwa li jinħoloq sors ta’ informazzjoni li wieħed jista’ jibbaża fuqu f’relazzjonijiet legali, u għaldaqstant jipprovdu ċ-ċertezza legali meħtieġa għall-iskambju fis-suq.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Il-fatt li tiġi permessa l-konsultazzjoni tar-reġistru tal-kummerċ u tal-kumpanniji</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>51.</NO.P><TXT>Din l-attività hija wkoll mingħajr ebda dubju funzjoni pubblika. Huwa evidenti li r-reġistri pubbliċi bħar-reġistru tal-kummerċ u tal-kumpanniji ma jistgħux iwettqu l-iskop essenzjali tagħhom, jiġifieri l-ħolqien ta’ ċertezza legali permezz ta’ disponibbiltà trasparenti ta’ informazzjoni legalment affidabbli, sakemm l-aċċess għalihom ma jingħatax lil kulħadd.</TXT></NP><NP><NO.P>52.</NO.P><TXT>Kif indikat mill-Gvern Olandiż, il-fatt li miżata hija imposta ma twassalx għall-konklużjoni li attività hija ekonomika. Huwa komuni li l-attivitajiet li huma ċarament mhux ekonomiċi fin-natura tagħhom jintabtu magħhom miżata għas-servizzi. Eżempju ċar ta’ dan jikkonsisti fil-miżati imposti mill-qrati jew il-marixxalli. Il-fatt li attività pubblika tista’ tkun ta’ profitt ekonomiku għall-entità pubblika inkwistjoni ma tagħmilhiex ekonomika fin-natura tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>53.</NO.P><TXT>It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 68/151 jipprovdi li l-prezz għall-kisba ta’ kopja ta’ reġistru tal-kummerċ u tal-kumpanniji ma jistax jeċċedi l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>ispiża amministrattiva<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>. Skont l-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha kif ukoll is-sottomissjonijiet orali tagħha fis-seduta, il-Kummissjoni sostniet li l-Istat Awstrijak, billi invoka d-dritt <HT TYPE="ITALIC">sui generis</HT> fil-konfront tad-data fir-reġistru tal-kummerċ u tal-kumpanniji, qed jipproteġi l-interessi ekonomiċi tiegħu.</TXT></NP><?PAGE NO="13"?><NP><NO.P>54.</NO.P><TXT>Fil-preżent, ma hemmx provi li juru li l-miżata statutorja tal-qorti waħedha jew flimkien mar-remunerazzjoni imposta mill-aġenziji intermedjarji teċċedi l-ispiża amministrattiva tal-provvista ta’ kopja ta’ dokumenti jew dettalji partikolari rreġistrati fir-reġistru tal-kummerċ u tal-kumpanniji fis-sens tal-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 68/151. Kieku dan kien il-każ, is-sistema għall-iffissar tal-prezz applikata mill-Awstrija tkun tista’ tiġi kkontestata quddiem il-qrati nazzjonali jew, f’livell ġenerali, fil-kuntest ta’ proċeduri ta’ ksur skont l-Artikolu 258 TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>55.</NO.P><TXT>Anki kieku l-permess li ssir il-konsultazzjoni u/jew l-istampar tar-reġistru tal-kummerċ u tal-kumpanniji kellu jiġi kkunsidrat bħala attività ekonomika, din tkun indiviżibbli mill-funzjonijiet tal-ġbir tad-data. L-attivitajiet ekonomiċi u pubbliċi jkunu separabbli jekk l-attività ekonomika ma tkunx konnessa mill-qrib mal-attività pubblika, u r-relazzjoni bejn it-tnejn hija sempliċement indiretta<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Sentenza Selex Sistemi Integrati vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punti 76 u 77.</P></NOTE>. Kif ikkonkluda l-Avukat Ġenerali Maduro, il-każijiet kollha li jinvolvu l-eżerċizzju tal-awtorità uffiċjali għall-iskop li jiġi rregolat is-suq, u mhux bl-għan li jkun hemm parteċipazzjoni fih, jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-kompetizzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>Ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Maduro fil-kawża FENIN vs Il-Kummissjoni, punt 15.</P></NOTE>. Kif inhu rifless, b’mod partikolari, fit-test tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 68/151, iż-żamma tar-reġistru tal-kummerċ u tal-kumpanniji tintrabat b’mod inseparabbli mal-iżgurar ta’ aċċess raġonevoli għalih.</TXT></NP><NP><NO.P>56.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, b’differenza mill-argumenti fl-osservazzjonijiet bil-miktub tal-Kummissjoni, il-fatt li l-aġenziji intermedjarji, li jipprovdu l-interface għall-aċċess pubbliku online għad-data inkwistjoni, ma jgawdux minn setgħat ta’ impożizzjoni, flimkien mal-eżistenza ta’ xi forma ta’ kompetizzjoni limitata bejn dawn l-aġenziji<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Ara s-sentenza AOK-Bundesverband <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, punt 56.</P></NOTE>, ma jnaqqsux min-natura indiviżibbli tal-aċċess għad-data u l-ġbir tagħha. Barra minn hekk, l-aġenziji intermedjarji huma suġġetti għal kontroll mill-Istat permezz tas-superviżjoni tal-Ministeru tal-Ġustizzja fuq il-miżati li jistgħu jimponu fuq l-utenti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>Ara s-sentenza Diego Calì &amp; Figli, punt 24. Li l-aċċess għal attività pubblika jista’ jiddependi fuq l-użu ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>gate-keepers<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> li l-attività tagħhom hija ekonomika fin-natura tagħhom jintwera <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT> b’dispożizzjonijiet li jirrikjedu li l-partijiet fi proċeduri quddiem il-qorti huma rrappreżentati minn avukati. Ara pereżempju l-Artikolu 19(3) tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.</P></NOTE>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Il-fatt li jiġi pprojbit l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>57.</NO.P><TXT>Il-każ ta’ Compass-Datenbank huwa ġdid, fis-sens li huwa bbażat fuq obbligu għall-Awstrija li taġixxi sabiex tikkonforma ruħha mal-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 102 TFUE, u mhux fuq obbligu li tonqos li taġixxi. Huwa utli hawnhekk li jitfakkru l-limiti fuq l-obbligi tal-Istati Membri li jaġixxu b’mod proattiv sabiex jikkonformaw ruħhom mal-obbligi tagħhom taħt id-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni. Filwaqt li hemm obbligu ġenerali li ma jsir xejn li jikkomprometti l-għanijiet tat-Trattat, inkluża l-politika ta’ kompetizzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037"><P>Sentenza tat-<DATE ISO="19910618">18 ta’ Ġunju 1991</DATE>, ERT, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-260/89" PAGE.ECR="I-2925" YEAR="1991">C-260/89, Ġabra p. I-2925</REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, l-obbligi ta’ natura pożittiva tal-Istati Membri jibqgħu limitati.</TXT></NP><NP><NO.P>58.</NO.P><TXT>Dawn il-prinċipji reċentament ittennew fis-sentenza AG2R Prévoyance<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0038"><P>Punti 24 u 25.</P></NOTE>, fejn il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-Artikolu 101 TFUE, moqri flimkien mal-Artikolu 4(3) UE, jimponi fuq l-Istati Membri l-obbligu li ma jieħdux jew li ma jżommux fis-seħħ miżuri, ta’ natura leġiżlattiva jew regolamentari, li jkunu jistgħu jeliminaw l-effetti utli tar-regoli tal-kompetizzjoni applikabbli għall-impriżi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0039"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi AG2R Prévoyance, punt 24; tal-<DATE ISO="19990921">21 ta’ Settembru 1999</DATE>, Brentjens’, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-115/97+C-116/97+C-117/97" PAGE.ECR="I-6025" YEAR="1999">C-115/97 sa C-117/97, Ġabra p. I-6025</REF.DOC.ECR>, punt 65, u Drijvende Bokken, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-219/97" PAGE.ECR="I-6121" YEAR="1999">C-219/97, Ġabra p. I-6121</REF.DOC.ECR>, punt 55.</P></NOTE>. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 106(1) TFUE, fir-rigward tal-impriżi pubbliċi u l-impriżi mogħtija drittijiet speċjali jew esklużivi, l-Istati Membri la għandhom jiddekretaw u lanqas iżommu fis-seħħ miżuri kuntrarji għar-regoli fit-trattati, b’mod partikolari għal dawk li hemm fl-Artikoli 18 TFUE u 101 TFUE sa 109 TFUE inklużi, mingħajr ħsara għall-Artikolu 106(2) TFUE.<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0040"><P>Ara s-sentenza AG2R Prévoyance, punt 25.</P></NOTE></TXT></NP><?PAGE NO="14"?><NP><NO.P>59.</NO.P><TXT>L-ebda wieħed minn dawn il-prinċipji ma huwa utli għall-każ ta’ Compass-Datenbank. Id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi Awstrijaka ma humiex qed jagħmlu r-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni ineffettivi. Ma hemm xejn f’din il-ġurisprudenza li jobbliga Stat Membru jirrilaxxa d-data lill-operaturi ekonomiċi, jew b’xi mod ieħor jiffaċilita l-ħolqien ta’ swieq ġodda, fin-nuqqas ta’ miżuri tas-suq intern li huma intiżi sabiex jiftħu l-kompetizzjoni f’industriji li tradizzjonalment tmexxew bħala monopolji tal-Istat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0041"><P>Bħal, pereżempju, kif seħħ fis-settur tat-telekomunikazzjonijiet.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>60.</NO.P><TXT>Il-fatti ta’ din il-kawża lanqas ma jikkorrispondu mas-sitwazzjoni li fiha impriża tingħata drittijiet speċjali jew esklużivi. Għall-kuntrarju, il-projbizzjoni dwar l-użu mill-ġdid u l-kummerċjalizzazzjoni tad-data miżmuma fir-reġistru tal-kummerċ u tal-kumpanniji, lil hinn mill-attivitajiet tal-aġenziji intermedjarji li jikkonsistu fl-għoti tal-faċilità ta’ aċċess online għad-database, tapplika għal kulħadd u mhux biss għal Compass-Datenbank. Fil-fatt, fl-istat attwali tad-dritt tal-Unjoni, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>il-persuna li tkun bniet database tista’ tirriżerva dritt għal aċċess esklużiv għad-database tagħha għaliha nfisha jew tirriżerva l-aċċess għal din id-database għal persuni speċifiċi [...], jew tissuġġetta dan l-aċċess għal kundizzjonijiet partikolari, pereżempju ta’ natura finanzjarja<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0042"><P>Sentenza tad-<DATE ISO="20081009">9 ta’ Ottubru 2008</DATE>, Directmedia Publishing, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-304/07" PAGE.ECR="I-7565" YEAR="2008">C-304/07, Ġabra p. I-7565</REF.DOC.ECR>, punt 52. Ara wkoll is-sentenza tad-<DATE ISO="20041109">9 ta’ Novembru 2004</DATE>, The British Horseracing Board <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-203/02" PAGE.ECR="I-10415" YEAR="2004">C-203/02, Ġabra p. I-10415</REF.DOC.ECR>, punt 55. Kemm il-premessa 47 kif ukoll l-Artikolu 13 tad-Direttiva 96/9 jagħmluha ċara li d-dritt <HT TYPE="ITALIC">sui generis</HT> huwa mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-UE dwar <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT> l-abbuż ta’ pożizzjoni dominanti (ara s-sentenza Directmedia Publishing, punt 56). Madankollu, peress li kkonkludejt li l-Awstrija ma wettqitx attivitajiet ekonomiċi li jiġġustifikaw li tiġi kkunsidrata bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>impriża<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> taħt id-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni, ma tqum l-ebda kwistjoni ta’ preġudizzju għar-regoli dwar id-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni.</P></NOTE>. Kif diġà semmejt, id-Direttiva 2003/98 <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>ma timponix obbligu<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> fuq l-Istati Membri sabiex <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>jippermettu l-użu mill-ġdid tad-dokumenti<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0043"><P>Ara l-premessa 9 tad-Direttiva 2003/98. Ara wkoll l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2003/98, li jagħmilha ċara li l-kamp ta’ applikazzjoni tad-direttiva huwa limitat għaċ-ċirkustanzi li fihom l-Istat Membru kkonċernat ikun <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>ippermetta<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>, fid-diskrezzjoni libera tiegħu, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>l-użu mill-ġdid tad-dokumenti miżmuma mill-korpi fis-settur pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>. Dan jidher li jindika li l-projbizzjoni dwar l-użu mill-ġdid ta’ data huwa eżerċizzju leġittimu ta’ politika tal-gvern, u għaldaqstant funzjoni tal-Istat, iktar milli attività ekonomika.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>61.</NO.P><TXT>Il-Gvernijiet tal-Awstrija, tal-Olanda u tal-Portugall jinvokaw ukoll l-Artikolu 7 tad-Direttiva 96/9 dwar il-protezzjoni legali tad-databases u d-dritt <HT TYPE="ITALIC">sui generis</HT> għall-protezzjoni ta’ dik id-database<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0044"><P>Dwar il-kamp ta’ applikazzjoni tal-projbizzjoni dwar l-użu mill-ġdid mingħajr awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 96/9, ara s-sentenza The British Horseracing Board <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, punt 61. Għal gwida dwar id-definizzjoni ta’ database protetta, ara s-sentenza The British Horseracing Board <HT TYPE="ITALIC">et</HT> u s-sentenza tad-<DATE ISO="20041109">9 ta’ Novembru 2004</DATE>, Fixtures Marketing, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-46/02" PAGE.ECR="I-10365" YEAR="2004">C-46/02, Ġabra p. I-10365</REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>. Madankollu, fl-opinjoni tiegħi, dan huwa irrilevanti għal kollox biex jiġi ddeterminat jekk projbizzjoni dwar l-użu mill-ġdid tad-data hijiex attività pubblika jew ekonomika skont l-Artikolu 102 TFUE. Jidher ċar li l-entitajiet pubbliċi jistgħu jinvokaw id-drittijiet tagħhom taħt id-dritt privat biex jipproteġu l-kompiti pubbliċi tagħhom, bħall-projbizzjoni, invokata mill-proprjetarju ta’ biċċa art, ta’ dħul mhux permess fi stabbiliment militari. Min-naħa l-oħra, id-dritt <HT TYPE="ITALIC">sui generis</HT> jidħol fis-seħħ fil-kuntest tat-tielet domanda preliminari, fid-determinazzjoni ta’ jekk u meta s-sid tad-dritt ta’ proprjetà intellettwali jistax jiġġiegħel joħroġ liċenzja.</TXT></NP><NP><NO.P>62.</NO.P><TXT>Bħala konklużjoni, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha twieġeb fin-negattiv għall-ewwel u t-tieni domandi preliminari.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>C –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">It-tielet domanda preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>63.</NO.P><TXT>Peress li weġibt għall-ewwel żewġ domandi preliminari fin-negattiv, ma jeħtieġx li nwieġeb ukoll għat-tielet domanda preliminari. Madankollu, ser nagħmel ir-rimarki li ġejjin li jistgħu jkunu ta’ għajnuna għall-Qorti tal-Ġustizzja f’każ li tiddeċiedi li l-Awstrija fil-fatt kienet qed twettaq attività ekonomika billi tiġbor id-data li hemm fir-reġistru tal-kummerċ u tal-kumpanniji, jew billi għamlitha disponibbli lill-pubbliku, jew it-tnejn li huma.</TXT></NP><?PAGE NO="15"?><NP><NO.P>64.</NO.P><TXT>Permezz ta’ din id-domanda preliminari, il-Qorti tal-Ġustizzja qed tintalab tipprovdi gwida dwar il-prinċipji kkonstatati fil-sentenzi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>Magill<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> u IMS Health (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>id-duttrina tal-faċilitajiet essenzjali<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>) u teżamina l-applikabbiltà tagħhom fejn ma hemmx <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>suq upstream<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> peress li d-data protetta hija miġbura u maħżuna f’database (ir-reġistru tal-kumpanniji u tal-kummerċ) tul il-kors tal-involviment f’attivitajiet pubbliċi. Din id-domanda preliminari hija rilevanti biss jekk l-Awstrija titqies li aġixxiet bħala impriża fiċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>65.</NO.P><TXT>Jeħtieġ li nibda bl-identifikazzjoni tas-suq upstream<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0045"><P>Ara s-sentenza IMS Health, punt 45: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>[…] huwa determinanti li jistgħu jiġu identifikati żewġ stadji differenti ta’ produzzjoni u li dawn huma interkonnessi, safejn il-prodott upstream huwa indispensabbli għall-provvista tal-prodott downstream<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/>.</P></NOTE>. Dan minħabba li n-nuqqas ta’ dominanza f’dan is-suq ifisser li ma jistax ikun hemm abbuż fis-suq downstream, li xi kultant jissejjaħ is-suq sekondarju jew derivattiv. F’din il-kawża, hemm suq parallel fl-aċċess online għad-data mhux ipproċessata tar-reġistru tal-kumpanniji u tal-kummerċ permezz ta’ aġenziji intermedjarji, iżda ma hemmx suq upstream fl-aċċess bil-kwantità għad-data tar-reġistru tal-kumpanniji u tal-kummerċ li huwa legalment disponibbli għall-użu mill-ġdid, u li minnu Compass-Datenbank tista’ tieħu biex tipproduċi prodott imsaħħaħ. Minflok, hemm żewġ funzjonijiet upstream; wieħed li jwassal għall-ġbir u r-reġistrazzjoni tad-data, u ieħor li jiżgura l-aċċess għalih. Iż-żewġ kawżi li huma essenzjali għar-riżoluzzjoni ta’ din il-kwistjoni, jiġifieri s-sentenzi Magill u IMS Health, kienu pjuttost differenti.</TXT></NP><NP><NO.P>66.</NO.P><TXT>Fis-sentenza Magill, l-impriżi li nstabu li abbużaw mill-pożizzjoni dominanti tagħhom billi rrifjutaw li jipprovdu liċenzja fuq l-iskedi ta’ programmi tagħhom, u b’hekk ipprekludew il-ħolqien ta’ suq fil-gwidi komprensivi tal-programmi televiżivi, kienu bla dubju dominanti fis-suq upstream tal-informazzjoni marbuta mal-programmi televiżivi permezz ta’ monopolju <HT TYPE="ITALIC">de facto</HT> fuq l-informazzjoni użata għall-kumpilazzjoni tal-listi għall-programmi televiżivi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0046"><P>Ara s-sentenza <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>Magill<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/>, punt 47.</P></NOTE>. Din id-dominanza upstream ipprovdiethom b’iżjed qawwa f’suq potenzjalment downstream li fih kien hemm il-kompetizzjoni potenzjali. Fis-sentenza Magill, RTE u ITP riedu jirriżervaw l-esplojtazzjoni kummerċjali tal-iskedi tal-programmi għall-persuni awtorizzati minnhom li jaġixxu fis-suq upstream b’esklużjoni tal-ħolqien tas-suq downstream tal-gwidi komprensivi tal-programmi televiżivi.</TXT></NP><NP><NO.P>67.</NO.P><TXT>B’mod simili, fis-sentenza IMS Health, l-impriża li kontrieha ntalbet liċenzja obbligatorja kienet qed twettaq attività ekonomika u dominanti fis-suq rilevanti, jiġifieri l-preżentazzjoni lil kumpanniji farmaċewtiċi ta’ data tal-bejgħ reġjonali li tikkonċerna l-prodotti farmaċewtiċi. L-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>istrutturi tal-briks<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/> protetti mid-drittijiet tal-awtur, li bihom l-impriża ppreżentat id-data tal-bejgħ, kienu saru l-istandard fl-industrija u kienu poġġew l-impriża f’pożizzjoni dominanti. Il-Qorti tal-Ġustizzja osservat li r-rifjut tal-impriża dominanti li tagħti liċenzja fuq l-istruttura tal-briks lil kompetitur ikun jinvolvi mġiba abbużiva f’ċirkustanzi eċċezzjonali biss<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0047"><P>Sentenza IMS Health, punt 35.</P></NOTE>. Fil-każijiet kollha tal-eżerċizzju ta’ liċenzja esklużiva, jeħtieġ li jiġu sodisfatti tliet kundizzjonijiet kumulattivi: (i) ir-rifjut għandu jipprekludi l-ħolqien ta’ prodott ġdid li għalih hemm domanda potenzjali tal-konsumatur, (ii) li r-rifjut ma għandux ikun iġġustifikat, u (iii) ir-rifjut għandu jkun tali li jeskludi kwalunkwe kompetizzjoni fis-suq sekondarju<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0048"><P>Sentenza IMS Health, punt 38. Ara iktar reċentement is-sentenza Microsoft vs Il-Kummissjoni, punti 331 sa 335, li fiha l-Qorti tal-Prim’Istanza tipprovdi taqsira sinjifikattiva tal-liġi dwar ir-rifjut li tingħata liċenzja u dwar l-abbuż ta’ pożizzjoni dominanti.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>68.</NO.P><TXT>F’din il-kawża, hemm nuqqas ta’ informazzjoni fid-deċiżjoni tar-rinviju dwar is-suq downstream rilevanti. Nafu li Compass-Datenbank tixtieq tikkummerċjalizza u tissupplimenta d-data mhux ipproċessata tar-reġistru tal-kummerċ u tal-kumpanniji miżmum mill-Istat Awstrijak fil-forma ta’ servizz ta’ informazzjoni kummerċjali żviluppata. Madankollu, ma nafu xejn dwar il-pożizzjoni ta’ Compass-Datenbank fis-suq f’servizz hekk żviluppat fl-aspetti fundamentali, fosthom is-sehmhom fis-suq, u kif dan jitqabbel mas-sehem tal-parteċipanti l-oħra, jekk fil-fatt jeżistu. Kif osservat il-Qorti tal-Ġustizzja, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>id-delimitazzjoni tas-suq rilevanti mill-aspett tal-prodott u taż-żona ġeografika, kif ukoll<?PAGE NO="16"?> il-kalkolu tal-ishma fis-suq miżmuma mid-diversi impriżi li joperaw f’dan is-suq, jikkostitwixxu l-punt tat-tluq ta’ kull evalwazzjoni ta’ sitwazzjoni fid-dawl tad-dritt tal-kompetizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0049"><P>Sentenza tas-<DATE ISO="20050217">17 ta’ Frar 2005</DATE>, Viacom Outdoor, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-134/03" PAGE.ECR="I-1167" YEAR="2005">C-134/03, Ġabra p. I-1167</REF.DOC.ECR>, punt 27.</P></NOTE>. Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja ma hijiex kapaċi tagħmel din l-evalwazzjoni, għandha tiddikjara d-deċiżjoni tar-rinviju inammissibbli<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0050"><P>Sentenza Viacom Outdoor, punt 29.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>69.</NO.P><TXT>Ma hemmx informazzjoni fit-talba għal deċiżjoni preliminari dwar jekk hemmx kompetituri sinjifikattivi għal Compass-Datenbank li qed joffru servizzi ta’ informazzjoni kummerċjali li jikkompetu mad-database ta’ Compass-Datenbank. Jekk dawn ma jeżistux, allura Compass-Datenbank tidher li għandha pożizzjoni dominanti, derivata ovvjament mill-pożizzjoni storika tagħha bħala l-editur tal-Zentralblatt. Compass-Datenbank kienet kapaċi wkoll tirċievi d-data li teħtieġ wara l-ordni tal-Oberster Gerichtshof tal-2002, li l-bażi legali tagħha ma hijiex spjegata fid-deċiżjoni tar-rinviju, għal prezz li l-Awstrija tqis li huwa baxx wisq. Madankollu, f’din il-kawża Compass-Datenbank essenzjalment qed tfittex aċċess privileġġat għad-data fir-reġistru tal-kumpanniji u tal-kummerċ b’kundizzjonijiet ekonomiċi u legali li huma iżjed favorevoli minn dawk applikati għal oħrajn. Għal dawn ir-raġunijiet, hemm ċerta indeterminatezza fattwali f’din il-kawża dwar jekk l-allegat abbuż huwiex marbut mal-iffissar tal-prezz, mar-rifjut li jiġi pprovdut servizz jew mal-aċċess għal faċilità essenzjali.</TXT></NP><NP><NO.P>70.</NO.P><TXT>Tqum ukoll il-problema li jiġi ddeterminat liema hija l-faċilità essenzjali rilevanti miżmuma mill-Istat Awstrijak. Iż-żewġ kandidati ovvji huma d-dritt <HT TYPE="ITALIC">sui generis</HT> għad-data bank tar-reġistru tal-kummerċ u tal-kumpanniji, jew l-aċċess għad-data li għadha ma ġietx żvelata tar-reġistru tal-kummerċ u l-kumpanniji. Fi kwalunkwe każ, il-faċilità li ġiet irrifjutata ma tistax tkun l-aċċess għad-data mhux ipproċessata bħala tali, għaliex din hija pprovduta lil kulħadd taħt kundizzjonijiet mhux diskriminatorji permezz ta’ aġenziji intermedjarji<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0051"><P>F’dan is-sens, il-kawża hija simili għall-kawża Tiercé Ladbroke vs Il-Kummissjoni, sentenza tat-<DATE ISO="19970612">12 ta’ Ġunju 1997</DATE>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-504/93" PAGE.ECR="II-923" YEAR="1997">T-504/93, Ġabra p. II-923</REF.DOC.ECR>, punt 124, fejn il-Qorti Ġenerali osservat li ħadd ma ngħata liċenzja fis-suq ġeografiku rilevanti u għalhekk ma kienet seħħet l-ebda diskriminazzjoni. F’dan il-każ ma hawn l-ebda diskriminazzjoni peress li l-aċċess għar-reġistru tal-kummerċ u tal-kumpanniji huwa disponibbli għal kulħadd permezz tal-aġenziji intermedjarji.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>71.</NO.P><TXT>Diġà kkonkludejt li projbizzjoni nondiskriminatorja dwar l-użu mill-ġdid hija eżerċizzju ta’ politika tal-gvern, u xi ħaġa li hija permessa mill-premessa 9 u mill-Artikolu 3 tad-Direttiva 2003/98. Madankollu, ma jistax jinċaħad li r-rifjut tal-Awstrija li tipprovdi data reċenti u aġġornata u l-projbizzjoni dwar l-użu mill-ġdid effettivament jipprekludu l-provvista ta’ servizz li għalih jidher li hemm domanda evidenti mill-konsumatur. Minkejja dan, kif ikkonkluda l-Avukat Ġenerali Jacobs fis-sentenza Bronner, ordni li tirrikjedi l-għoti ta’ dritt ta’ proprjetà intellettwali, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>kemm jekk mifhum bħala applikazzjoni tad-duttrina tal-faċilitajiet essenzjali jew, b’mod iktar tradizzjonali, bħala reazzjoni għar-rifjut ta’ provvista ta’ oġġetti jew servizzi, tista’ tkun iġġustifikata biss, fuq il-livell tal-politika ta’ kompetizzjoni, f’każijiet li fihom l-impriża dominanti għandha kontroll sħiħ tas-suq relatat<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0052"><P>Ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Jacobs fil-kawża Bronner, punt 65.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>72.</NO.P><TXT>Huwa dubjuż jekk ir-rifjut li jiġi konkluż ftehim u l-projbizzjoni fuq l-użu mill-ġdid jeskludux, f’din il-kawża, kwalunkwe kompetizzjoni fis-suq sekondarju. Teoretikament, kieku l-projbizzjoni dwar l-użu mill-ġdid kellha tiġi effettivament infurzata, li ma jidhirx li kien il-każ s’issa, din tipprekludi l-eżistenza tas-suq sekondarju u b’konsegwenza ta’ dan, kwalunkwe kompetizzjoni li tirriżulta minnu, sakemm dak l-użu mill-ġdid tad-data fir-reġistru tal-kummerċ u tal-kumpanniji kien indispensabbli, fis-sens preskritt mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0053"><P>Sentenzi Bronner, punti 41 sa 46; IMS Health, punti 28, 45 u 49.</P></NOTE>, għall-provvista ta’ kwalunkwe servizz ta’ informazzjoni kummerċjali sinjifikattiv li jikkonċerna l-impriżi. Madankollu, ir-rifjut tal-provvista fil-forma ta’ aċċess bil-kwantità għal data ġdida u aġġornata ma huwiex, fih innifsu, kapaċi li jeskludi l-kompetizzjoni fis-suq sekondarju. Dan jikkawża biss dewmien fil-preżentazzjoni ta’ prodotti aġġornati, bħas-servizz ipprovdut minn Compass-Datenbank, u jżid l-ispiża tal-provvista tagħhom.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="17"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>73.</NO.P><TXT>Abbażi tar-raġunijiet ippreżentati iktar ’il fuq, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għad-domandi preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof kif ġej:</TXT><P>L-Artikolu 102 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li awtorità pubblika ma tkunx qed taġixxi bħala impriża jekk tissejvja f’database (reġistru tal-kummerċ u tal-kumpanniji) l-informazzjoni mogħtija mill-impriżi abbażi ta’ obbligi legali ta’ żvelar. Tali awtorità lanqas ma tkun qed taġixxi bħala impriża meta tippermetti l-konsultazzjoni u l-ħolqien ta’ estratti stampati tar-reġistru, iżda tipprojbixxi kwalunkwe użu iktar estensiv tad-data, kemm jekk tibbaża ruħha fuq drittijiet <HT TYPE="ITALIC">sui generis</HT> għall-protezzjoni bħala dik li ħolqot id-database jew fuq raġunijiet oħra.</P></NP></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>