1965R0079 — MT — 01.01.2008 — 007.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL Nru 79/65/KEE

tal-15 ta’ Ġunju 1965

li jistabbilixxi network għall-ġbir ta’ informazzjoni ta’ kontabilità dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta’ azjendi agrikoli fil-Komunità Ekonomika Ewropea

(ĠU P 109, 23.6.1965, p.1859)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

 M1

REGULATION (EEC) No 2835/72 OF THE COUNCIL of 29 December 1972 (*)

  L 298

47

31.12.1972

►M2

IR-REGOLAMENT (KEE) Nru 2910/73 TAL-KUNSILL tat-23 ta’ Ottubru 1973

  L 299

1

27.10.1973

►M3

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) Nru 2143/81 tas-27 ta’ Lulju 1981

  L 210

1

30.7.1981

►M4

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) Nru 3644/85 tad-19 ta’ Diċembru 1985

  L 348

4

24.12.1985

 M5

COUNCIL REGULATION (EEC) No 3768/85 of 20 December 1985 (*)

  L 362

8

31.12.1985

►M6

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) Nru 3577/90 ta’ l-4 ta’ Diċembru 1990

  L 353

23

17.12.1990

►M7

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 2801/95 tad-29 ta' Novembru 1995

  L 291

3

6.12.1995

►M8

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1256/97 tal-25 ta' Ġunju 1997

  L 174

7

2.7.1997

►M9

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 806/2003 ta' l-14 ta' April 2003

  L 122

1

16.5.2003

►M10

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 2059/2003 tas-17 ta’ Novembru 2003

  L 308

1

25.11.2003

►M11

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 660/2004 tas-7 ta’ April 2004

  L 104

97

8.4.2004

►M12

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1791/2006 ta' l-20 ta’ Novembru 2006

  L 363

1

20.12.2006

►M13

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1469/2007 tat-13 ta’ Diċembru 2007

  L 329

5

14.12.2007


Emendat bi:

 A1

Att ta’ Adeżjoni tad-Danimarka, l-Irlanda u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.

  L 73

14

27.3.1972

 A2

  L 291

17

19.11.1979

 A3

  L 302

23

15.11.1985

►A4

  C 241

21

29.8.1994

►A5

  L 236

33

23.9.2003



(*)

Dan l-att qatt ma ġie ppubblikat bil-Malti.




▼B

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL Nru 79/65/KEE

tal-15 ta’ Ġunju 1965

li jistabbilixxi network għall-ġbir ta’ informazzjoni ta’ kontabilità dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta’ azjendi agrikoli fil-Komunità Ekonomika Ewropea



IL-KUNSILL TAL-KOMUNITÀ EKONOMIKA EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43 tiegħu;

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni;

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 1 );

Billi l-iżvilupp tal-politika komuni dwar l-agrikoltura jitlob li jkun hemm disponibbli informazzjoni oġġettiva u rilevanti dwar id-dħul tad-diversi kategorji ta’ azjendi agrikoli u dwar operazzjonijiet kummerċjali ta’ azjendi li jaqgħu f’kategoriji li jeħtieġu attenzjoni speċjali fuq livell Komunitarju;

Billi l-kontijiet ta’ azjendi agrikoli jikkostitwixxu s-sors ewlieni ta’ l-informazzjoni essenzjali għal kull valutazzjoni tad-dħul ta’ l-azjendi agrikoli u għall-istudju dwar l-operazzjoni kummerċjali tagħhom;

Billi l-informazzjoni miġbura għandha tiġi miksuba minn azjendi agrikoli magħżula b’mod speċjali u addattati skond regoli komuni u trid tkun ibbażata fuq fatti verifikabbli; billi din l-informazzjoni trid tirrifletti l-kondizzjonijiet tekniċi, ekonomiċi u soċjali ta’ l-azjendi involuti, tittieħed minn azjendi individwali, tkun disponibbli malajr kemm jista’ jkun, tkun ibbażata fuq definizzjonijiet uniformi, tkun preżentata b’forma komuni u tkun tista’ tiġi użata f’kull mument u bid-dettalji kollha mill-Kummissjoni;

Billi dawn l-objettivi jistgħu jintlaħqu biss permess ta’ network Komunitarju għall-ġbir ta’ informazzjoni tal-kontabilità ta’ l-irziezet, ibbażata f’uffiċċji tal-kontabilità ta’ l-irziezet li jeżistu f’kull Stat Membru, li jgawdu l-kunfidenzja tal-partijiet konċernati u li jiddependu fuq il-parteċipazzjoni volontarja tagħhom;

Billi l-kumplessità, kemm fil-Komunità u kif ukoll f’livell ta’ Stat Membru, tax-xogħol involut sabiex tinħoloq network fil-Komunità għall-ġbir ta' l-informazzjoni tal-kontabilità ta' l-irziezet hija tali li l-istabbiliment ta' sistema tal-kontabilità għandha timxi bil-mod, b’hekk illi fl-ewwel ftit snin ikun jista’ jsir ammont limitat ta’ stħarriġ;

Billi sabiex jintagħżlu l-azjendi agrikoli u sabiex tiġi analizzata u evalwata l-informazzjoni miġbura, huwa neċessarju li ssir riferenza għal informazzjoni miksuba minn sorsi oħra;

Billi l-bdiewa jridu jiġu assigurati illi l-kontijiet u d-dettalji individwali kollha tagħhom miksuba għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament ma jkunux sejrin jintużaw għal skop ta’ taxxa jew li ma jkunux sejrin jiġu żvelati mill-persuni li jipparteċipaw jew ikunu pparteċipaw fin-network fil-Komunità ta’ data tal-kontabilità ta’ l-irziezet;

Billi, sabiex tissodisfa ruħha dwar l-oġġettività u r-relevanza ta’ l-informazzjoni miġbura, il-Kummissjoni trid tkun f’posizzjoni li tikseb id-dettalji meħtieġa dwar il-mod kif il-korpi li huma fdati bl-għażla ta’ l-azjendi agrikoli u ta’ l-uffiċċji tal-kontabilità li jieħdu sehem fin-network tal-Komunità ta’ data tal-kontabilità fl-irziezet jaqdu d-dmirijiet tagħhom u, jekk ikun meħtieġ, sabiex jintbagħtu esperti biex jaħdmu fuq il-post bil-kollaborazzjoni ta’ l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti;

Billi, sabiex tiġi faċilitata l-implimentazzjoni tad-disposizzjonijiet previsti, għandha tiġi stabbilita proċedura fejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni jkunu jistgħu jikkooperaw mill-qrib fi ħdan kumitat tal-Komunità;

Billi wara li n-network ta’ data tal-kontabilità fl-irziezet tal-Komunità tkun ilha topera għal ftit snin, il-Kummissjoni tkun f’posizzjoni li tirrapporta dwar l-esperjenza li tkun kisbet u li tipproponi kwalunkwe emendi meħtieġa għal dan ir-Regolament;

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:



IL-KAPITOLU 1

L-istabbiliment ta’ network fil-Komunità dwar informazzjoni tal-kontabilità fl-irziezet għall-Komunità Ekonomika Ewropea

Artikolu 1

1.  Sabiex jiġu sodisfatti l-ħtiġiet ta’ politika komuni dwar l-agrikoltura, għandha tiġi stabbilita network fil-Komunità għall-ġbir ta’ informazzjoni dwar il-kontabilità fl-irziezet, iktar ’il quddiem imsejħa “network ta’ informazzjoni”.

2.  L-iskop tan-network ta’ informazzjoni għandu jkun li tinġabar l-informazzjoni tal-kontabilità meħtieġa, b’mod partikolari:

(a) tagħrif annwali tad-dħul ta’ l-azjendi agrikoli li jaqa’ fl-ambitu ta’ l-istħarriġ kif imfisser fl-Artikolu 4; u

(b) analiżi kummerċjali ta’ l-azjendi agrikoli.

 

L-informazzjoni miksuba bis-saħħa ta’ dan ir-Regolament għandha sservi, b’mod partikolari, bħala l-bażi għat-tfassil tar-rapporti li jsiru mill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni ta’ l-agrikoltura u tas-swieq agrikoli kif ukoll dwar l-introjti ta’ l-azjendi agrikoli fil-Komunità; ir-rapporti għandhom jiġu ppreżentati lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew kull sena, speċjalment sabiex jiġu ffissati l-prezzijiet ta’ kull sena tal-prodotti agrikoli.

 ◄

Artikolu 2

Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament:

(a) “operatur” ifisser il-persuna fiżika responsabbli għat-tmexxija ta’ kuljum ta’ azjendaazjenda agrikola; ++

▼M3

(b) “kategorija ta’ l-azjenda” tfisser grupp ta’ azjendi agrikoli li jappartienu għall-istess kategorija f’dak li għandu x’jaqsam mat-tip tal-biedja u d-daqs ekonomiku kif iddefiniti fit-tipoloġija Komunitarja għall-azjendi agrikoli stabbiliti bid-Deċiżjoni 78/463/KEE ( 2 );

▼B

(ċ) “azjenda prospettanti” tfisser kwalunkwe azjenda agrikola li tagħmel prospett għall-għanijiet tan-network ta’ informazzjoni;

(d) “taqsima” tfisser it-territorju ta’ l-Istat Membru, jew parti minnu, delimitat skond is-selezzjoni ta’ azjendi prospettanti; lista’ ta’ dawn it-taqsimiet tidher fl-Anness ta’ dan ir-Regolament;

(e) “data tal-kontabilità” tfisser kwalunwe informazzjoni ta’ natura teknika, finanzjarja jew ekonomika dwar azjendaazjenda agrikola miksuba minn kontijiet li jikkonsistu fi skrizzjonijiet li jsiru regolarment u sistematikament matul is-sena tal-kontabilità.

▼M10

Artikolu 2a

Fuq talba ta’ Stat Membru l-lista ta’ diviżjonijiet għandha tkun emendata skond il-proċedura preskitta fl-Artikolu 19, sakemm it-talba tikkonċerna d-diviżjonijiet ta’ l-Istat Membru.

▼B



IL-KAPITOLU II

Il-kalkolu tad-dħul minn azjendi agrikoli

Artikolu 3

Id-disposizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu jirrigwardaw il-ġbir ta’ data tal-kontabilità bl-għan li jsir kalkolu annwali tad-dħul minn azjendi agrikoli.

▼M7

Artikolu 4

1.  L-istħarriġ referit fl-Artikolu 1 (2)(a) għandu jkopri l-azjendi agrikoli li għandhom daqs ekonomiku ugwali għal jew ikbar minn għatba espressa fl-unitajiet ta' daqs Ewropew (UDE), kif definita fit-tipoloġija Komunitarja.

2.  Biex tikkwalifika bħala azjenda, azjenda agrikola:

(a) għandha jkollha daqs ugwali għal, jew akbar minn għatba li trid tiġi stabbilita skond il-paragrafu 1;

(b) għandha tinħadem minn bidwi li jżomm il-kontijiet jew li juri r-rieda u kapaċi jżomm il-kontijiet ta' l-azjenda agrikola u li jkun lest li jippermetti l-informazzjoni dwar il-kontabilità li tkun disponibbli għall-Kummissjoni;

(ċ) għandha tkun rappreżentattiva, flimkien ma’ l-azjendi oħra u fil-livell ta’ kull diviżjoni, tal-firxa ta' l-istħarriġ.

▼A5

3.  In-numru massimu ta' azjendi li għandhom iwieġbu għandu jkun ta' 105 000 għall-Komunità.

▼M7

4.  Għandhom jiġu adottati regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat dan l-Artikolu, u b'mod partikolari l-għatba dwar id-daqs ekonomiku u n-numru ta’ l-azjendi li jibagħtu ritorn għal kull diviżjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 19.

▼M3

Artikolu 5

1.  Kull Stat Membru għandu, qabel l-1 ta’ Frar 1982, jistabbilixxi kumitat nazzjonali għan-network ta’ informazzjoni, minn issa ’l quddiem imsejjaħ il-“Kumitat Nazzjonali”. ►A4   L-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja għandhom jistabilixxu l-imsemmi Kumitat f'terminu ta' 6 xhur mill-Adeżjoni tagħhom. ◄ ►A5   Ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja għandhom jistabbilixxu Kumitat Nazzjonali sa mhux aktar tard mill-aħħar tas-sitt xahar wara d-data ta' l-adeżjoni. ◄ ►M12   Il-Bulgarija u r-Rumanija għandhom jistabbilixxu Kumitat Nazzjonali sa mhux aktar tard mit-tmiem is-sitt xahar wara d-data ta’ l-adeżjoni. ◄

2.  Il-Kumitat Nazzjonali għandu jkun responsabbli mill-għażla ta’ l-azjendi li jibagħtu prospett. Għal dan l-għan, id-dmirijiet tiegħu għandhom, b’mod partikolari, jinkludu l-approvazzjoni ta’:

(a) il-pjan tal-għażla ta’ l-azjendi li jibagħtu prospett, fejn jispeċifikaw b’mod partikolari t-tqassim ta’ l-azjendi li jibagħtu prospett għal kull kategorija ta’ azjenda, u r-regoli dettaljati għall-għażla ta’ l-azjendi msemmija;

(b) ir-rapport dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta’l-għażla ta’ l-azjendi li jibagħtu prospett.

3.  Il-President tal-Kumitat Nazzjonali għandu jiġi maħtur mill-Istat Membru minn fost il-membri ta’ dan il-Kumitat.

Il-Kumitat Nazzjonali għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu b’mod unanimu; fil-każ li ma tinkisibx l-unanimità, id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu minn awtorità maħtura mill-Istat Membru.

4.  L-Istati Membri li jkollhom numru ta’ deċiżjonijiet jistgħu, għal kull diviżjoni taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom, jistabbilixxu kumitat reġjonali għan-network ta’ informazzjoni, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-’“Kumitat Reġjonali”’.

Il-Kumitat Reġjonali għandu b’mod partikolari jkollu d-dmir li jikoopera ma’ l-aġenzija tal-kuntatt riferita fl-Artikolu 6 għall-għazla ta’ l-azjendi li jibagħtu prospett.

5.  Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati sabiex jiġi applikat dan l-Artikolu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 19.

Artikolu 6

1.  Kull Stat Membru għandu jaħtar aġenzija tal-kuntatt li d-dmirijiet tagħha għandhom ikunu:

(a) li tgħarraf lill-Kumitat Nazzjonali, lill-Kumitat Reġjonali u lill-uffiċiiji tal-kontabilità bir-regoli dettaljati ta’ implimentazzjoni li jirrigwardawhom u li tassigura illi dawn ir-regoli jkunu implimentati kif xieraq;

(b) li tfassal u tissottometti lill-Kumitat Nazzjonali għall-approvazzjoni tiegħu, u wara dan tibgħat lill-Kummissjoni:

— il-pjan tal-għażla ta’ l-azjendi li jibagħtu prospett, liema pjan għandu jitfassal fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni statistika l-iktar riċenti, ippreżentata skond it-tipoloġija Komunitarja ta’ l-azjendi agrikoli,

— ir-rapport dwar l-implimentazzjoni tal-pjan għall-għażla ta’ l-azjendi li jibagħtu prospett;

(ċ) li tibni:

— il-lista ta’ l-azjendi li jibagħtu prospett,

— il-lista ta’ l-uffiċċji tal-kontabilità li jkunu disposti u kapaċi li jimlew id-dikjarazzjonijiet ta’ prospett ta’ l-azjendi agrikoli skond it-termini tal-kuntratti pprovduti fl-Artikoli 9 u 14;

(d) li tgħaqqad flimkien id-dikjarazzjonijiet ta’ prospett mill-azjendi agrikoli permezz ta’ l-uffiċċji tal-kontabilità u li tivverifika fuq il-bażi ta’ programm komuni ta’ spezzjoni li dawn ikunu ġew mimlija kif dovut;

(e) li tibgħat id-dikjarazzjonijiet mimlija kif dovut lill-Kummissjoni minnufih wara li tkun saret il-verifika;

(f) li tittrasmetti lill-Kumitat Nazzjonali, lill-Kumitat Reġjonali u lill-uffiċċji tal-kontabilità t-talbiet għat-tagħrif imsemmi fl-Artikolu 16 u twassal it-tweġibiet relevanti lill-Kummissjoni.

2.  Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati sabiex jiġi applikat dan l-Artikolu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 19.

▼B

Artikolu 7

1.  Kull azjenda prospettanti għandha tkun soġġetta għal prospett ta’ razzett individwali u anonimu.

2.  Id-data tal-kontabilità mitluba minn kull azjenda prospettanti għandha tkun tali li jkun possibbli:

— li tiġi karatterizzata l-azjenda trattata fil-kontijiet b’referenza għall-elementi prinċipali tal-fatturi tal-produzzjoni tagħha;

— li ssir stima tad-dħul ta’ l-azjenda fid-diversi forom tagħha;

— li tiġi verifikata permezz ta’ kontrolli għall-għarrieda l-verità ta’ l-informazzjoni mogħtija.

3.  It-tip ta’ data tal-kontabilità li għandha tingħata fi prospett ta’ razzett, il-forma li biha trid tiġi preżentata din l-informazzjoni u d-definizzjonijiet u l-istruzzjonijiet relatati magħhom għandhom jingħataw skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 19.

Artikolu 8

Bidwi li l-azjenda tiegħu hija magħżula bħala azjenda prospettanti għandu jagħżel minn lista magħmula għal dan l-iskop mill-aġenzija intermedjarja, uffiċċju tal-kontabilità li jkun dispost li jagħmel il-prospett għall-azjenda tiegħu skond it-termini tal-kuntratt imsemmi fl-Artikolu 9.

Artikolu 9

1.  Ta’ kull sena, għandu jiġi konkluż kuntratt, fuq l-awtorità ta’ l-Istati Membri, bejn l-awtorità kompetenti nominata minn dan l-Istat Membru u kull uffiċċju tal-kontabilità magħżul kif stabbilit fl-Artikolu 7. Permezz ta’ dan il-kuntratt, l-uffiċċju tal-kontabilità huwa responsabbli, bi ħlas ta’ onorarju stabbilit, li jlesti l-prospetti ta’ l-irziezet b’mod konsistenti mad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7.

2.  Il-kondizzjonijiet ta’ dan il-kuntratt, li għandhom ikunu uniformi fl-Istati Membri kollha, għandhom jiġu stabbiliti b’mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 19

▼M3 —————

▼B

3.  Meta d-dmirijiet ta’ l-uffiċċju tal-kontabilità jiġu mwettqa minn dipartiment amministrattiv, dan ta’ l-aħħar għandu jiġi notifikat dwar id-dmirijiet tiegħu permezz tal-kanali amministrattivi normali.



IL-KAPITOLU III

Ġbir ta’ data tal-kontabilità għall-iskopijiet ta’ analiżi kummerċjali ta’ azjendi agrikoli

Artikolu 10

Id-disposizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu jirrigwardaw il-ġbir ta’ data tal-kontabilità għall-iskopijiet ta’ analiżi kummerċjali ta’ azjendi agrikoli.

Artikolu 11

Għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 19:

— is-suġġetti ta’ l-analiżi msemmija fl-Artikolu 1 (2) (b);

— regoli dettaljati dwar l-għażla u n-numru ta’ azjendi prospettanti, u dawn għandhom jiġu stabbiliti skond l-oġġettivi ta’ kull analiżi partikolari.

Artikolu 12

1.  Kull azjenda prospettanti magħżula skond it-tieni subinċiż ta’ l-Artikolu 11 għandha tkun soġġetta għal prospett ta’ razzett speċjali, li għandu jkun individwali għal dik l-azjenda u anonimu. Dan il-prospett ta’ razzett għandu jinkludi d-data tal-kontabilità mitluba fl-Artikolu 7 (2) u kwalunkwe punti u dettalji oħra tal-kontabilità li kull analiżi partikolari tista’ tiġi bżonn.

2.  It-tip ta’ data tal-kontabilità li għandha tingħata fil-prospett ta’ razzett speċjali, il-mod ta’ kif din l-informazzjoni għandha tiġi preżentata u d-definizzjonijiet u l-istruzzjonijiet relatati miegħu għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 19.

3.  Prospetti speċjali ta’ l-irziezet għandhom jimtlew mid-diversi uffiċċji tal-kontabilità stabbiliti fl-Artikolu 13.

Artikolu 13

Bidwi li l-azjenda tiegħu tkun magħżula skond it-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 11 għandu jagħżel mill-lista miġbura għal dan l-għan mill-aġenzija intermedjarja, uffiċċju tal-kontabilità li huwa dispost li jimla l-prospett speċjali għall-azjenda tiegħu skond il-kondizzjonijiet tal-kuntratt stabbiliti fl-Artikolu 14.

Artikolu 14

1.  Għandu jiġi konkluż kuntratt fuq l-awtorità ta’ l-Istat Membru bejn l-awtorità kompetenti nnominata minn dan ta’ l-aħħar u kull uffiċċju tal-kontabilità magħżul hekk kif stabbilit mill-Artikolu 13. B’dan il-kuntratt, l-uffiċċju tal-kontabilità jintrabat, bi ħlas ta’ onorarju standard, li jimla l-prospetti speċjali ta’ l-irziezet b’mod konsistenti mad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 12.

2.  Il-kondizzjonijiet ta’ dan il-kuntratt, li għandhom ikunu uniformi fl-Istati Membri kollha, għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 19.

Il-kondizzjonijiet supplimentari li jistgħu jitniżżlu f’dan il-kuntratt mill-Istati Membri għandhom jiġu stabbiliti skond l-istess proċedura.

3.  Meta d-dmirijiet ta’ l-uffiċċju tal-kontabilità jiġu mwettqa minn dipartiment amministrattiv, dan ta’ l-aħħar għandu jiġi nnotifikat dwar id-dmirijiet tiegħu mill-kanali amministrattivi normali.



IL-KAPITOLU IV

Disposizzjonijiet ġenerali

Artikolu 15

▼M8

1.  Għandu jkun ipprojbit l-użu għal skop tat-taxxa ta' kull informazzjoni rigward il-kontabilità individwali jew rigward dettalji individwali oħra miksuba fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jew li tinkixef jew tintuża din l-informazzjoni għal skopijiet oħra għajr dawk speċifikati fl-Artikolu 1.

▼B

2.  Huwa pprojbit għal kwalunkwe persuna li qiegħda tipparteċipa jew li tkun ipparteċipat fin-network ta’ informazzjoni li xxandar xi informazzjoni individwali tal-kontabilità jew xi dettalji individwali oħra meta din l-informazzjoni tkun inkisbet fl-eżerċizzju tad-dmirijiet tagħha jew inkella b’mod inċidentali waqt dan l-eżerċizzju.

3.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jippenalizzaw il-ksur tad-disposizzjonijiet tal-paragrafu 2.

Artikolu 16

▼M3

1.  Il-Kumitat Nazzjonali, il-Kumitati Reġjonali, l-aġenzija tal-kuntatt u l-uffiċċji tal-kontabilità għandhom ikunu marbuta, fil-qofol ta’ l-oqsma tar-reponsabbiltajiet rispettivi tagħhom, li jfornu lill-Kummissjoni kull informazzjoni li din ta’ l-aħħar tista’ titlob mingħandhom rigward l-operat tad-doveri tagħhom skond dan ir-Regolament.

Dawn it-talbiet għal informazzjoni għandhom isiru lill-Kumitat Nazzjonali, lill-Kumitat Reġjonali jew lill-uffiċċji tal-kontabilità u t-tweġibiet relevanti għandhom jitwasslu bil-kitba permezz ta’ l-aġenzija tal-kuntatt.

▼B

2.  Fil-każ li l-informazzjoni mogħtija tkun inadegwata jew jekk din l-informazzjoni tonqos li tasal fi żmien tajjeb, il-Kummissjoni għandha l-fakultà li, bil-kollaborazzjoni ta’ l-aġenzija intermedjarja, tibgħat esperti biex jaħdmu fuq is-sit.

Artikolu 17

Qiegħed jiġi hawnhekk stabbilit Kumitat tal-Komunità għan-Network ta’ Informazzjoni dwar l-Irziezet, hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejjaħ “Il-Kumitat tal-Komunità”.

▼M9

Artikolu 18

Il-Kumitat Komunitarji għandu jikkonsisti minn rappreżentanti ta' l-Istati Membri u jkun ippresjedut mir-rappreżentant tal-Kummissjoni.

Artikolu 19

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Komunitarju tan-Network ta' Informazzjoni dwar il-Kontabbiltà ta' l-Irziezet.

2.  Meta jsir riferiment għal dan l-Artikolu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE ( 3 ).

Il-perjodu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi ffissat għal xahar.

3.  Il-Kumitat Komunitarju għandu jadotta r-Regoli tiegħu ta' Proċedura.'

▼M3

Artikolu 20

1.  Il-Kumitat Komunitarju għandu jiġi kkonsultat:

(a) bl-għan li jivverifika illi l-pjanijiet għall-għażla ta’ l-azjendi li jibagħtu prospett jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4;

(b) bl-għan li jiġu analizzati u evalwati r-riżultati ppeżati ta’ kull sena forniti min-network ta’ informazzjoni, wara li titqies b’mod partikolari l-informazzjoni dderivata minn sorsi oħra fost ħwejjeġ oħra mill-kontijiet ta’ l-azjendi agrikoli u l-istatistika ġenerali u mill-kontijiet nazzjonali.

2.  Il-Kumitat Komunitarju jista’ jeżamina kull materja oħra li titqajjem mill-President, kemm fuq l-inizjattiva tiegħu nnifsu u kemm fuq it-talba ta’ rappreżentant ta’ Stat Membru.

Għandu jeżamina kull sena, f’Ottubru, ix-xejra ta’ l-introjti ta’ l-azjendi agrikoli Komunitarji, b’referenza b’mod partikolari għar-riżultati aġġornati tan-nework ta’ informazzjoni.

Għandu jinżamm regolarment imgħarraf dwar ix-xogħol tan-network ta’ informazzjoni.

▼B

Artikolu 21

Il-President għandu jsejjaħ il-laqgħat tal-Kumitat tal-Komunità.

Is-servizzi segretarjali tal-Kumitat tal-Komunità għandhom jiġu pprovduti mill-Kummissjoni.

Il-Kumitat tal-Komunità għandu jistabbilixxi r-regoli ta’ proċedura tiegħu stess.

Artikolu 22

▼M10

1.  Approprjazzjonijiet li għandhom ikunu inklużi fl-estimi ġenerali ta’ l-Unjoni Ewropea, fit-taqsima tal-Kummissjoni, għandhom ikopru:

(a) dawk l-ispejjeż tas-sistema komplessa tad-data li jkunu attribwiti għall-pagament ta’ ħlasijiet lill-uffiċċji ta’ accountancy għat-twettiq minnhom ta’ dmirijiet li jirreferi għalihom l-Artikoli 9 u 14;

(b) l-ispejjeż kollha tas-sistemi komputerizzati operati mill-Kummissjoni għar-riċeviment, verifika, ipproċessar u analiżi ta’ data ta’ accountancy fornita mill-Istati Membri.

L-ispejjeż li hemm referenza għalihom fil-punt (b) jinkludu, fejn xieraq, l-ispejjeż għat-tixrid tar-riżultati ta’ dawk l-operazzjonijiet u l-ispejjeż ta’ studji fi, u żviluppi ta’, aspetti oħra tas-sistema komplessa tad-data tan-network.

▼M3

2.  L-ispejjeż rigward l-istabbiliment u l-ħidma tal-Kumitat Nazzjonali, il-Kumitati Reġjonali u l-aġenziji tal-kuntatt ma għandhomx jiġu inklużi fl-estimi finanzjarji Komunitarji.

▼B

Artikolu 23

▼M2

Qabel l- ►M3  1 ta’ Jannar 1990 ◄ il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Kunsill rapport sħiħ dwar il-ħidma tan-network ta’ informazzjoni flimkien ma’ kull proposta ta’ emenda għal dan ir-Regolament, kif approprjat.

▼B

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

▼M3




ANNESS

Il-lista tad-diviżjonijiet riferiti fl-Artikolu 2(d)

Il-Ġermanja

1. Schleswig-Holstein

2. Hamburg

3. Niedersachsen

4. Bremen

5. Nordrhein-Westfalen

6. Hessen

7. Rheinland-Pfalz

8. Baden-Württemberg

9. Bayern

10. Saarland

11. Berlin

▼M6

11. Berlin

12. Brandenburg

13. Mecklenburg-Vorpommern

14. Sachsen

15. Sachsen-Anhalt

16. Thüringen

▼M3

Franza

1. Île de France

2. Champagne-Ardenne

3. Picardie

4. Haute-Normandie

5. Centre

6. Basse-Normandie

7. Bourgogne

8. Nord-Pas de Calais

9. Lorraine

10. Alsace

11. Franche-Comté

12. Pays de la Loire

13. Bretagne

14. Poitou-Charentes

15. Aquitaine

16. Midi-Pyrénées

17. Limousin

18. Rhône-Alpes

19. Auvergne

20. Languedoc-Roussillon

21. Provence-Alpes-Côte d'Azur

22. Corse

L-Italja

1. Piemonte

2. Valle d'Aosta

3. Lombardia

4. Alto Adige

5. Trentino

6. Veneto

7. Friuli — Venezia Giulia

8. Liguria

9. Emilia — Romagna

10. Toscana

11. Umbria

12. Marche

13. Lazio

14. Abruzzi

15. Molise

16. Campania

17. Puglia

18. Basilicata

19. Calabria

20. Sicilia

21. Sardegna

▼M11

Il-Belġju

1. Vlaanderen

2. Brussel

3. Wallonie

▼M3

Il-Lussemburgu

Jikkostitwixxi diviżjoni waħda

L-Olanda

Tikkostitwixxi diviżjoni waħda

Id-Danimarka

Tikkostitwixxi diviżjoni waħda

L-Irlanda

Tikkostitwixxi diviżjoni waħda

Ir-Renju Unit

1. L-Ingliterra — ir-reġjun tat-tramuntana

2. L-Ingliterra — ir-reġjun tal-lvant

3. L-Ingliterra — ir-reġjun tal-punent

4. Wales

5. L-Iskozja

6. L-Irlanda ta' Fuq

Il-Greċja

1. Μακεδονία–Θράκη

2. Ήπειρος– Πελοπόννησος–Νήσοι Ιονίου,

3. Θεσσαλία,

4. Στερεά Ελλάς– Νήσοι Ιονίου–Κρήτη.

▼M4

Spanja

1. Galicia

2. Asturias

3. Cantabria

4. País Vasco

5. Navarra

6. La Rioja

7. Aragón

8. Cataluña

9. Baleares

10. Castilla-León

11. Madrid

12. Castilla-La Mancha

13. Comunidad Valenciana

14. Murcia

15. Extremadura

16. Andalucía

17. Canarias

▼M13

Il-Portugall

1. Norte e Centro,

2. Ribatejo-Oeste,

3. Alentego e Algarve,

4. Açores e Madeira

▼M7

L-Awstrija

Tikkostitwixxi diviżjoni waħda

Il-Finlandja

1. Etelä Suomi

2. Sisä-Suomi

3. Pohjanmaa

4. Pohjois-Suomi

L-Isvezja

1. Il-Pjanuri ta' l-Isvezja tan-Nofs in-Nhar u Ċentrali

2. Iż-żoni afforestati u ż-żoni mħallta agrikoli u bil-foresti ta' l-Isvezja tan-Nofs in-Nhar u Ċentrali

3. Iż-żona ta' l-Isvezja tat-Tramuntana

▼A5

Ir-Repubblika Ċeka

Tikkostitwixxi diviżjoni waħda

L-Estonja

Tikkostitwixxi diviżjoni waħda

Ċipru

Jikkostitwixxi diviżjoni waħda

Il-Latvja

Tikkostitwixxi diviżjoni waħda

Il-Litwanja

Tikkostitwixxi diviżjoni waħda

L-Ungerija

1. Közép-Magyarország

2. Közép-Dunántúl

3. Nyugat-Dunántúl

4. Dél-Dunántúl

5. Észak- Magyarország

6. Észak-Alföld

7. Dél-Alföld

Malta

Tikkostitwixxi diviżjoni waħda

Il-Polonja

1. Pomorze et Mazury

2. Wielkopolska et Śląsk

3. Mazowsze et Podlasie

4. Małopolska et Pogórze

Is-Slovenja

Tikkostitwixxi diviżjoni waħda

Is-Slovakkja

Tikkostitwixxi diviżjoni waħda

▼M12

Il-Bulgarija

1. Северозападен

(Severozapaden)

2. Северен централен

(Severen tsentralen)

3. Североизточен

(Severoiztochen)

4. Югозападен

(Yugozapaden)

5. Южен централен

(Yuzhen tsentralen)

6. Югоизточен

(Yugoiztochen)

Madankollu l-Bulgarija tista' tikkostitwixxi diviżjoni unika għas-sentejn ta' wara l-adeżjoni.

Ir-Rumanija

1. Nord-Est

2. Sud-Est

3. Sud-Muntenia

4. Sud-Vest-Oltenia

5. Vest

6. Nord-Vest

7. Centru

8. București-Ilfov



( 1 ) ĠU Nru 157, 30.10.1963, p. 2653/63

( 2 ) ĠU L 148, tal-5.6.1978, p. 1.

( 3 ) ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.