12006M/PRO/07

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (verżjoni konsolidata) - C. Protokolli Annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewopea, t-Trattat li jistabbilixxi l- Komunità Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea dwar l-Enerġija Atomika - Protokoll (Nru 7) Anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattati li jistabbilixxu l-Komunità Ewropea (1992)

Official Journal C 321 E , 29/12/2006 P. 0225 - 0225


Protokoll (Nru 7)

Anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattati li jistabbilixxu l-Komunità Ewropea (1992)

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA

QABLU fuq id-disposizzjoni li ġejja, li għandha tiġi annessa mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattati li jistabbilixxu l-Komunità Ewropea:

Xejn fit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, jew fit-Trattati li jistabbilixxu l-Komunità Ewropea, jew fit-Trattati jew Atti li jimmodifikaw jew jissupplimentaw dawk it-Trattati, ma għandu jeffettwa l-applikazzjoni fl-Irlanda ta' l-Artikolu 40.3.3. tal-Kostituzzjoni ta’ L-Irlanda.

--------------------------------------------------