|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1522 |
29.7.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1522
tat-28 ta’ Lulju 2025
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1010/2009 li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1447/1999 (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 6(1), 12c, 17(3), u 20(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2008 stabbilixxa sistema tal-Unjoni biex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU, illegal, unreported and unregulated). |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1010/2009 (2) stabbilixxa regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008. |
|
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2008 ġie sussegwentement emendat bir-Regolament (UE) 2023/2842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). |
|
(4) |
Għadd ta’ emendi introdotti bir-Regolament (UE) 2023/2842 huma relatati ma’ dispożizzjonijiet li ġew stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 1010/2009. |
|
(5) |
Għalhekk jixraq li jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 1010/2009 biex jiġi adattat għall-bidliet introdotti fir-Regolament (KE) Nru 1005/2008, kif emendat bir-Regolament (UE) 2023/2842. |
|
(6) |
L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1010/2009 jistabbilixxi formola għan-notifika minn qabel imsemmija fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008. Din il-formola għandha tiġi ssimplifikata biex jiġu evitati duplikazzjonijiet dwar l-informazzjoni li għandha tiġi rrappurtata. Għalhekk, l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1010/2009 u l-Anness korrispondenti tiegħu għandhom jiġu aġġornati. |
|
(7) |
L-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 jipprevedi li l-Istati Membri għandhom iwettqu spezzjonijiet fil-port ta’ mill-inqas 5 % tal-operazzjonijiet ta’ żbark u ta’ trażbord minn bastimenti tas-sajd ta’ pajjiżi terzi f’konformità mal-punti ta’ riferiment iddeterminati abbażi tal-ġestjoni tar-riskju. Dawn il-punti ta’ riferiment huma stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1010/2009. L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1010/2009 jipprevedi li dawn il-punti ta’ riferiment għandhom jiġu aġġornati mill-Kummissjoni, abbażi tar-riżultat tar-rappurtar li għandu jsir mill-Istati Membri dwar l-applikazzjoni tagħhom. Bidliet fil-punti ta’ riferiment ġew introdotti wkoll bir-Regolament (UE) 2023/2842 fl-Artikoli 3, 10 u 11 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008. Għalhekk, l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1010/2009 jeħtieġ li jiġi aġġornat kif xieraq. |
|
(8) |
L-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1010/2009 introduċa formola simplifikata ta’ ċertifikat tal-qbid għal xi prodotti tas-sajd miksuba minn bastimenti tas-sajd żgħar, fid-dawl tar-restrizzjonijiet possibbli tal-kapaċità li jiffaċċjaw tali bastimenti għall-implimentazzjoni xierqa tal-iskema ta’ ċertifikazzjoni. Fin-nuqqas ta’ definizzjoni ġenerali ta’ sajd fuq skala żgħira, l-Artikolu 6 tal-istess Regolament stabbilixxa ċerti kriterji speċifiċi li abbażi tagħhom tista’ tintalab il-validazzjoni ta’ ċertifikat simplifikat tal-qbid mill-esportatur. Dawn il-kriterji jenħtieġ li jqisu l-kapaċità limitata tal-bastimenti tas-sajd ikkonċernati, li min-naħa tagħhom jagħmlu l-obbligu li tiġi applikata l-iskema standard taċ-ċertifikazzjoni tal-qbid piż sproporzjonat. Dawk il-kundizzjonijiet għall-eliġibbiltà għall-użu tal-formola simplifikata jenħtieġ li jiġu emendati sabiex isiru aktar faċli biex jiġu implimentati u biex jiġu vverifikati mill-awtoritajiet kompetenti fl-Unjoni. Barra minn hekk, il-formola simplifikata taċ-ċertifikat tal-qbid jenħtieġ li tiġi adattata għall-użu ta’ CATCH u għall-modifika introdotta bir-Regolament (UE) 2023/2842 fil-formola taċ-ċertifikat tal-qabda li tinsab fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008. Sabiex l-operaturi ekonomiċi u l-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi jingħataw biżżejjed żmien biex jadattaw għall-modifiki għall-formola taċ-ċertifikat simplifikat tal-qbid, jenħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet tranżizzjonali. |
|
(9) |
Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) fost l-oħrajn jistabbilixxi r-regoli biex l-Istati Membri jwettqu l-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra fuq l-annimali u l-oġġetti li jidħlu fl-Unjoni sabiex jiżguraw l-applikazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-katina agroalimentari. Dan jirrikjedi li l-Kummissjoni, b’kollaborazzjoni mal-Istati Membri, tistabbilixxi u tiġġestixxi sistema kompjuterizzata ta’ ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali (IMSOC, information management system for official controls) li tippermetti l-ġestjoni, it-trattament u l-iskambju tad-data, l-informazzjoni u d-dokumenti b’mod awtomatiku b’rabta mal-kontrolli uffiċjali. |
|
(10) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1715 (5) jistabbilixxi r-regoli għat-tħaddim tas-sistema ta’ ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali u l-komponenti tas-sistema tagħha (“ir-Regolament IMSOC”). L-IMSOC tintegra u taġġorna kif meħtieġ ċerti sistemi ta’ informazzjoni ġestiti mill-Kummissjoni u taġixxi bħala skema ta’ interoperabbiltà li tikkonnettjahom u, f’ċerti każijiet, anki sistemi nazzjonali eżistenti tal-Istati Membri u sistemi ta’ informazzjoni ta’ pajjiżi terzi u ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali. Wieħed mill-komponenti tal-IMSOC huwa s-Sistema tal-Kontroll tal-Kummerċ u tal-Esperti veterinarji (is-sistema TRACES, Trade Control and Expert System) imsemmija fl-Artikolu 133(4) tar-Regolament (UE) 2017/625 u li bħalissa tintuża għall-ġestjoni tad-data u l-informazzjoni dwar l-annimali u xi prodotti oħra u l-kontrolli uffiċjali fuqhom. |
|
(11) |
Ir-Regolament (UE) 2023/2842 emenda l-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 billi stabbilixxa l-użu obbligatorju għall-importaturi tal-UE u għall-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri ta’ bażi tad-data għall-ġestjoni taċ-ċertifikati tal-qabda u tad-dokumenti relatati bl-isem CATCH. Din il-bażi tad-data ġiet żviluppata mill-Kummissjoni bħala parti mis-sistema TRACES. CATCH tippermetti kontroll ibbażat fuq ir-riskju, tnaqqas ir-riskju ta’ importazzjonijiet frodulenti u tħaffef il-piż amministrattiv għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. |
|
(12) |
CATCH, bħala parti mis-sistema TRACES, tikkonforma mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1715 fejn rilevanti għall-użu u l-funzjonament ta’ CATCH. |
|
(13) |
Għandhom jiġu stabbiliti regoli u struzzjonijiet speċifiċi għall-funzjonament ta’ CATCH, inkluż il-produzzjoni, it-trattament u s-sottomissjoni ta’ ċertifikati tal-qbid u ta’ dokumenti relatati u l-informazzjoni li tinsab fihom f’CATCH. |
|
(14) |
L-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 jipprevedi r-rikonoxximent tal-iskemi tad-dokumentazzjoni tal-qabda adottati mill-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd (minn hawn ’il quddiem imsejħa RFMOs, regional fisheries management organisations) li jitqiesu bħala konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament imsemmi. L-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1010/2009 rrikonoxxa l-iskemi tad-dokumentazzjoni tal-qbid ta’ ċerti RFMOs bħala konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 u elenkahom fl-Anness V, il-Parti I u l-Parti II. Din il-lista għandha tiġi aġġornata sabiex jitqiesu l-iżviluppi ta’ dawn l-iskemi u l-użu ta’ CATCH. |
|
(15) |
L-operaturi ekonomiċi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet biex jiksbu l-istatus ta’ operatur ekonomiku approvat jistgħu jibbenefikaw minn proċedura simplifikata meta jimportaw prodotti tas-sajd fit-territorju tal-Unjoni. Wieħed mill-benefiċċji tal-kisba tal-istatus ta’ operatur ekonomiku approvat, abbażi tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 16(3) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, huwa li jkollu l-possibbiltà li javża lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru bil-wasla tal-prodotti u li jżomm iċ-ċertifikat tal-qabda vvalidat u d-dokumenti relatati, kif imsemmi fl-Artikolu 14, disponibbli għall-awtoritajiet għall-finijiet ta’ kontrolli f’konformità mal-Artikolu 16(1) jew ta’ verifiki f’konformità mal-Artikolu 17 tal-istess Regolament. Madankollu, l-Artikolu 12a(2) ta’ dak ir-Regolament, jistabbilixxi li kull skambju ta’ informazzjoni, data u dokumenti fir-rigward tal-importazzjoni ta’ prodotti tas-sajd u l-kontrolli relatati, il-ġestjoni tar-riskju, il-verifiki u l-kontroll, kif ukoll fir-rigward tad-dokumenti msemmija fil-Kapitolu III tar-Regolament imsemmi dwar l-iskema ta’ ċertifikazzjoni tal-qabda għall-importazzjoni u l-esportazzjoni ta’ prodotti tas-sajd inklużi applikazzjonijiet jew deċiżjonijiet bejn l-importatur u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, għandhom isiru bl-użu ta’ CATCH. Għalhekk, ir-regoli relatati mal-istatus tal-operaturi ekonomiċi approvati għandhom jiġu aġġornati biex jikkonformaw mal-użu obbligatorju ta’ CATCH. B’riżultat ta’ dan, l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1010/2009 għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(16) |
L-Artikolu 17(3) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 jistabbilixxi li l-verifiki skont l-iskema taċ-ċertifikazzjoni tal-qabda jridu jkunu ffukati fuq ir-riskji identifikati abbażi tal-kriterji komuni tal-Unjoni għall-verifiki, li sussegwentement ġew stabbiliti fl-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1010/2009. |
|
(17) |
Dawn il-kriterji komuni għall-verifiki skont l-iskema taċ-ċertifikazzjoni tal-qabda għandhom jippermettu l-identifikazzjoni sistematika tar-riskji u l-implimentazzjoni tal-miżuri meħtieġa biex jiġi limitat l-esponiment għal riskji bħal dawn. Il-kriterji komuni tal-Unjoni għandhom l-għan li jiżguraw approċċ armonizzat għall-verifiki fl-Istati Membri kollha u li jistabbilixxu kundizzjonijiet ekwi għall-operaturi kollha. |
|
(18) |
L-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 1010/2009 jippermetti lill-Kummissjoni taġġorna l-kriterji tal-Unjoni għall-verifika abbażi tal-osservazzjonijiet tagħha stess u tar-rapporti li għandhom jiġu trażmessi kull sentejn mill-Istati Membri dwar l-applikazzjoni ta’ dawk il-kriterji. Għalhekk, jenħtieġ li l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1010/2009 jiġi aġġornat abbażi tar-riżultat tar-rappurtar magħmul mill-Istati Membri dwar l-applikazzjoni tagħhom skont l-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 1010/2009 u l-użu ta’ CATCH. |
|
(19) |
L-obbligi ta’ rappurtar u l-evalwazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 1010/2009 għandhom jiġu aġġornati wkoll sabiex tiġi armonizzata l-informazzjoni li għandha tkun inkluża fir-rapporti trażmessa mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 55(1) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 u sabiex jippermettu lill-Kummissjoni twettaq aġġustamenti possibbli tal-kriterji tal-Unjoni. |
|
(20) |
L-Artikolu 12(4) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 jipprevedi kooperazzjoni amministrattiva bejn il-Kummissjoni u pajjiżi terzi f’oqsma li għandhom x’jaqsmu mal-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-qabda. Fil-qafas tal-Artikolu 20(4) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, iċ-ċertifikat tal-qabda jista’ jiġi stabbilit, ivvalidat jew sottomess b’mezzi elettroniċi jew jista’ jiġi sostitwit b’sistemi elettroniċi ta’ traċċabbiltà li jiżguraw l-istess livell ta’ kontroll mill-awtoritajiet, bi qbil mal-Istati tal-bandiera permezz ta’ arranġamenti amministrattivi. |
|
(21) |
L-arranġamenti amministrattivi stabbiliti fil-qafas tal-kooperazzjoni amministrattiva stipulata fl-Artikolu 20(4) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, huma elenkati fl-Anness IX tar-Regolament (KE) Nru 1010/2009. |
|
(22) |
L-emenda tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, permezz tar-Regolament (UE) 2023/2842, introduċiet l-użu obbligatorju ta’ CATCH, kif ukoll bidliet fil-mudell taċ-ċertifikat tal-qabda, bl-għan li jitnaqqas l-użu frodulenti taċ-ċertifikati tal-qabda u biex l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri jiġu megħjuna bil-kontrolli tagħhom. |
|
(23) |
CATCH se twettaq kontroverifiki abbażi tad-data li tinsab fiċ-ċertifikati tal-qabda l-ġodda. Dawn il-kontroverifiki jistgħu jitwettqu biss jekk tiġi pprovduta d-data kollha meħtieġa fiċ-ċertifikat tal-qabda. Data nieqsa jew data li tiddevja mill-mudell standard se taffettwa l-kontroverifiki u għalhekk se jkollha impatt negattiv fuq il-kontrolli mwettqa mill-awtoritajiet fl-Istati Membri. In-nuqqas ta’ tali data fiċ-ċertifikati tal-qabda jista’ jaffettwa wkoll ir-rekwiżiti l-ġodda ta’ traċċabbiltà stabbiliti f’CATCH. |
|
(24) |
Konsegwentement, l-arranġamenti amministrattivi stabbiliti bejn il-Kummissjoni u seba’ pajjiżi terzi, li jinsabu fl-Anness IX tar-Regolament Nru 1010/2009, ma jibqgħux kompatibbli ma’ CATCH u mar-rekwiżiti tal-iskema ta’ ċertifikazzjoni tal-qbid. Għalhekk jenħtieġ li l-Artikolu 33 ta’ dak ir-Regolament li jistipula dawn l-arranġamenti jitħassar kif xieraq. Il-Kummissjoni infurmat lill-pajjiżi terzi kollha kkonċernati, li l-arranġamenti amministrattivi se jintemmu mill-10 ta’ Jannar 2026. |
|
(25) |
Il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data hija rregolata mir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). Il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-Kummissjoni hija rregolata mir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), b’mod partikolari fir-rigward tar-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità u s-sigurtà tal-ipproċessar, it-trasferiment ta’ data personali mis-sistemi nazzjonali tal-Istati Membri lill-Kummissjoni, il-legalità tal-ipproċessar, u d-drittijiet tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni, l-aċċess għad-data personali tagħhom, ir-rettifika u t-tħassir tagħha. |
|
(26) |
F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1862 (8), il-Kummissjoni tista’ tipproċessa data personali sabiex timplimenta r-Regolament (KE) Nru 1005/2008. Ġew stabbiliti regoli interni fir-rigward tal-għoti ta’ informazzjoni lis-suġġetti tad-data u r-restrizzjonijiet ta’ wħud mid-drittijiet tagħhom fil-kuntest tal-ipproċessar ta’ data personali mill-Kummissjoni fis-sistema tal-Unjoni għall-prevenzjoni, l-iskoraġġiment u l-eliminazzjoni tas-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat. |
|
(27) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1010/2009 jiġi emendat kif xieraq. |
|
(28) |
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni f’konformità mal-Artikolu 52 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, assistita mill-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura, |
|
(29) |
Il-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura ma tax opinjoni fil-limitu ta’ żmien stipulat mill-President tiegħu, |
|
(30) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 u ta opinjoni fit-13 ta’ Ġunju 2025, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1010/2009 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 2 Formola għan-notifika minn qabel Il-formola għan-notifika minn qabel imsemmija fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 tinsab fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.” |
|
(2) |
L-Artikolu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 4 Punti ta’ riferiment għall-ispezzjoni fil-port 1. Il-punti ta’ riferiment għall-ispezzjonijiet fil-port imsemmija fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 għandhom jikkonsistu mill-kriterji li ġejjin:
2. Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-punt (b) tal-ewwel paragrafu, l-Istati Membri għandhom, wara kull spezzjoni, jirrapportaw mingħajr dewmien lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd l-isem u l-bandiera tal-bastiment ta’ pajjiż terz spezzjonat u d-data tal-ispezzjoni. Il-Kummissjoni jew l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għandhom jagħmlu din l-informazzjoni disponibbli għal Stati Membri oħra.” |
|
(3) |
L-Artikolu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 6 Ċertifikat simplifikat tal-qbid 1. Dan l-Artikolu għandu japplika għal bastimenti tas-sajd ta’ pajjiżi terzi:
2. Qabdiet minn bastimenti tas-sajd ta’ pajjiżi terzi msemmija fil-paragrafu 1 li jinħattu l-art biss fl-Istat tal-bandiera ta’ dawk il-bastimenti, u li flimkien jikkostitwixxu kunsinna waħda jistgħu jkunu akkumpanjati minn ċertifikat simplifikat tal-qbid minflok iċ-ċertifikat tal-qabda msemmi fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008. Iċ-ċertifikat simplifikat tal-qbid għandu jkun fih l-informazzjoni kollha speċifikata fil-mudell muri fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament u għandu jiġi vvalidat mill-awtorità pubblika tal-Istat tal-bandiera li għandha s-setgħat meħtieġa biex tafferma l-akkuratezza tal-informazzjoni. 3. Il-validazzjoni taċ-ċertifikat simplifikat tal-qbid għandha tintalab mill-esportatur tal-konsenja malli tintbagħat lill-awtorità pubblika l-informazzjoni kollha speċifikata fil-kampjun muri fl-Anness IV.” |
|
(4) |
Jiddaħħal l-Artikolu 6a li ġej: “Artikolu 6a CATCH 1. F’konformità mal-Artikolu 12a(2) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, l-importatur, ir-riesportatur u, fejn rilevanti, l-esportatur, għandhom jissottomettu permezz ta’ CATCH id-dokumenti li ġejjin, kif applikabbli, u l-informazzjoni li tinsab fihom lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih il-prodotti tas-sajd huma maħsuba li jiġu rilaxxati f’ċirkolazzjoni libera, jew fil-każ ta’ esportazzjonijiet mill-ġdid lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li minnu jkunu se jseħħu, jew fil-każ ta’ esportazzjonijiet lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera:
2. Id-dokumenti u l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitfasslu f’mill-inqas waħda mil-lingwi uffiċjali tal-UE tal-Istat Membru fejn issir is-sottomissjoni. 3. B’deroga mill-paragrafu 2, l-Istat Membru fejn issir is-sottomissjoni jista’ jagħti l-kunsens tiegħu li jirċievi dokumenti miktuba b’lingwa uffiċjali oħra tal-UE wara talba għal dak l-għan mill-operatur ikkonċernat. 4. Kull Stat Membru għandu jaħtar punt ta’ kuntatt wieħed jew aktar għal CATCH u jikkomunika dik il-ħatra u d-dettalji ta’ kuntatt tagħhom lill-Kummissjoni. L-Istati Membri għandhom jaġġornaw il-punti ta’ kuntatt għal CATCH u jinfurmaw lill-Kummissjoni minnufih bi kwalunkwe bidla f’dan ir-rigward. Il-Kummissjoni għandha żżomm u żżomm aġġornata lista ta’ punti ta’ kuntatt u tagħmilha disponibbli għall-Istati Membri kollha. 5. Il-Kummissjoni għandu jkollha aċċess għad-data, l-informazzjoni u d-dokumenti kollha f’CATCH sabiex timmonitora l-iskambju ta’ data, informazzjoni u dokumenti mdaħħla jew prodotti fiha għall-identifikazzjoni ta’ attivitajiet li mhumiex, jew jidhru li mhumiex, f’konformità mar-regoli stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1005/2008. L-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għandu jkollha l-istess drittijiet ta’ aċċess bħall-Kummissjoni, sabiex tassisti lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri fl-applikazzjoni uniformi u effettiva tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, kif previst fir-Regolament (UE) 2019/473 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1), inkluż fir-rigward tal-ġlieda kontra s-sajd IUU. 6. Fir-rigward tal-aċċess għall-utenti għajr il-Kummissjoni u l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għad-data, l-informazzjoni u d-dokumenti f’CATCH, japplikaw ir-regoli ġenerali għal TRACES kif stabbiliti fl-Artikolu 36 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1715. 7. Malli tirċievi applikazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tagħti lill-awtorità kompetenti u lill-operaturi ta’ pajjiż terz aċċess parzjali għall-funzjonalitajiet ta’ CATCH u għal data speċifika rilevanti għal dak il-pajjiż terz għall-produzzjoni u l-validazzjoni taċ-ċertifikati tal-qbid u d-dokumenti relatati f’CATCH, dment li l-applikant juri li jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
L-aċċess parzjali msemmi f’dan il-paragrafu ma għandux jinkludi aċċess għal data personali pproċessata f’CATCH, ħlief meta l-kundizzjonijiet għal trasferimenti legali ta’ data personali stabbiliti bir-Regolamenti (UE) 2016/679 u (UE) 2018/1725 jiġu ssodisfati mill-pajjiż terz applikant. 8. L-iskambji tad-data bejn CATCH u sistemi elettroniċi oħra, inklużi s-sistemi nazzjonali tal-Istati Membri, għandhom ikunu sinkroniċi, reċiproċi u bbażati fuq l-istandards tal-UN/CEFACT. L-iskambji tad-data bejn CATCH u s-sistemi nazzjonali tal-Istati Membri għandhom jagħmlu użu mid-data ta’ referenza pprovduta f’CATCH. 9. F’każ ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ CATCH, l-utenti jistgħu jużaw mudelli stampati jew elettroniċi li jistgħu jimtlew biex jirreġistraw u jiskambjaw informazzjoni. Dawn il-mudelli għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku fuq sit web uffiċjali tal-Kummissjoni. Ladarba s-sistema terġa’ tkun disponibbli, l-importatur għandu jintroduċi f’CATCH l-informazzjoni rreġistrata fil-mudelli stampati jew elettroniċi li jistgħu jimtlew u jehmiżhom f’CATCH bħala dokumenti ta’ sostenn. Dawn id-dokumenti għandu jkollhom it-test prodott waqt kontinġenza. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-utenti permezz ta’ CATCH ġimagħtejn qabel dwar kull nuqqas ta’ disponibbiltà ppjanat, kemm se jdum u r-raġuni għalih. 10. Għall-fini tal-konformità mal-Artikolu 22(4) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, iċ-ċertifikati tal-qbid u d-dokumenti relatati ġġenerati mill-operaturi ta’ pajjiżi terzi u vvalidati b’mod elettroniku mill-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi f’CATCH għandhom jinħażnu minn CATCH għal mill-inqas 3 snin. Id-data personali miċ-ċertifikati tal-qbid u d-dokumenti relatati għandha tinħażen minn CATCH għal mhux aktar minn 10 snin. 11. Fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali f’CATCH, japplikaw ir-regoli ġenerali għall-IMSOC kif stabbiliti fl-Artikoli 10 u 11 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1715. (*1) Ir-Regolament (UE) 2019/473 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2019 dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (ĠU L 83, 25.3.2019, p. 18, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/473/oj).”." |
|
(5) |
L-Artikolu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 7 Skemi rikonoxxuti ta’ dokumentazzjoni tal-qbid fl-RFMOs L-iskemi tad-dokumentazzjoni tal-qbid adottati mill-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd elenkati fl-Anness V ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu rikonoxxuti għall-finijiet tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 bħala konformi mar-rekwiżiti ta’ dak ir-Regolament mingħajr kundizzjonijiet addizzjonali.” |
|
(6) |
L-Artikolu 12 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 12 Ġestjoni tar-reġistri Is-sistema tal-ġestjoni taċ-ċertifikati tal-qbid u, fejn xieraq, tal-ipproċessar tar-rekords, kif imsemmi fl-Artikolu 16(3)(d) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, għandha titqies sodisfaċenti jekk l-informazzjoni li tinsab fiċ-ċertifikati tal-qbid u fid-dokumenti relatati kif imsemmi fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 tkun irreġistrata f’CATCH.” |
|
(7) |
It-Titolu tal-Kapitolu III u l-Artikolu 31 huma sostitwiti b’dan li ġej: “ KAPITOLU III Kontrolli u verifiki Artikolu 31 Kriterji tal-Unjoni għall-verifiki F’konformità mal-Artikolu 17(3) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, l-Istati Membri għandhom jiffukaw il-verifiki fuq ir-riskji identifikati abbażi tal-kriterji tal-Unjoni li ġejjin:
|
|
(8) |
L-Artikolu 32 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 32 Obbligi ta’ rappurtar u evalwazzjoni 1. L-Istati Membri għandhom jinkludu informazzjoni dwar l-applikazzjoni tal-kriterji msemmija fl-Artikolu 31 fir-rapport tagħhom li għandu jintbagħat lill-Kummissjoni kull sentejn skont l-Artikolu 55(1) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008. 2. Fir-rapporti tagħhom, l-Istati Membri għandhom jinkludu l-informazzjoni li ġejja:
3. Abbażi ta’ dawk ir-rapporti u l-osservazzjonijiet tagħha stess, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni u aġġustament possibbli tal-kriterji tal-Unjoni.” |
|
(9) |
L-Artikolu 33 jitħassar. |
|
(10) |
L-Artikolu 36 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 36 Protezzjoni u pproċessar ta’ data personali 1. Ir-Regolamenti (UE) 2016/679 u (UE) 2018/1725 kif ukoll id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2), japplikaw għall-ipproċessar ta’ data personali mwettaq skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2008 u skont dan ir-Regolament mill-Istati Membri, mill-Kummissjoni jew mill-korp maħtur minnha. 2. Id-drittijiet tal-persuni fir-rigward tad-data personali tagħhom ipproċessata fis-sistemi nazzjonali għandhom jiġu eżerċitati f’konformità mal-liġi tal-Istat Membru li jkun ħażen id-data personali tagħhom, u b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/679, u, fir-rigward tad-data personali tagħhom ipproċessata fis-sistemi tal-Unjoni, għandhom jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725. 3. Il-Kummissjoni jew il-korp maħtur minnha u l-Istati Membri jistgħu jipproċessaw id-data personali ta’ persuni fiżiċi, sabiex jaqdu dmirijiethom skont ir-regoli tal-politika komuni tas-sajd, b’mod partikolari għat-twettiq ta’ verifiki u inkjesti skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1005/2008, jew skont ir-regoli ta’ ftehimiet ma’ pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali. 4. Il-Kummissjoni tista’ tirrestrinġi wħud mid-drittijiet tas-suġġetti tad-data fil-kuntest tal-ipproċessar ta’ data personali mill-Kummissjoni fis-sistema tal-Unjoni biex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1862 tas-6 ta’ Novembru 2019. (*2) Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2016/680/oj).”." |
|
(11) |
L-Artikolu 37 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 37 Użu tal-informazzjoni u l-protezzjoni tas-segretezza professjonali u kummerċjali 1. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiżguraw li d-data koperta mis-segretezza professjonali u kummerċjali miġbura, riċevuta u trażmessa fil-qafas ta’ dan ir-Regolament tiġi ttrattata skont regoli applikabbli dwar is-segretezza professjonali u kummerċjali. 2. Id-data msemmija fil-paragrafu 1 skambjata bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni ma tistax tiġi trażmessa lil persuni oħrajn għajr lil dawk li l-funzjonijiet tagħhom fl-Istati Membri jew fil-Kummissjoni jew fil-korp maħtur minnha, jirrikjedu li jkollhom aċċess għal tali data u bil-kunsens tal-Istat Membru jew tal-Kummissjoni jew tal-korp maħtur minnha li jkun ipprovda dik id-data. Fil-każ ta’ rifjut, l-Istat Membru, il-Kummissjoni jew il-korp maħtur minnha għandhom jipprovdu r-raġunijiet għar-rifjut tat-trażmissjoni tad-data. In-nuqqas ta’ tweġiba għal talba għal approvazzjoni f’perjodu ta’ xahar għandu jitqies bħala approvazzjoni. 3. Id-data msemmija fil-paragrafu 1 ma għandha tintuża għall-ebda fini għajr dak previst f’dan ir-Regolament, ħlief bl-approvazzjoni tal-Istat Membru, il-Kummissjoni jew il-korp maħtur minnha li jkun ipprovda dik id-data u bil-kundizzjoni li d-dispożizzjonijiet fis-seħħ fl-Istat Membru tal-awtorità li qed tirċievi d-data ma jipprojbixxux dak l-użu. Fil-każ ta’ rifjut, l-Istat Membru, il-Kummissjoni jew il-korp maħtur minnha għandhom jipprovdu r-raġunijiet għar-rifjut.” |
|
(12) |
Ir-referenza għall-Artikolu 42(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 fir-Regolament (KE) Nru 1010/2009 kollu għandha tiġi sostitwita b’referenza għall-Artikolu 42 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008. |
|
(13) |
L-Anness IIA u l-Anness IIB huma sostitwiti bit-test fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament. |
|
(14) |
L-Anness IV huwa sostitwit bit-test tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament. |
|
(15) |
L-Anness V huwa sostitwit bit-test fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament. |
|
(16) |
L-Anness IX jitħassar. |
Artikolu 2
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali
L-Artikolu 6 u l-Anness II ta’ dan ir-Regolament se jkunu applikabbli mill-10 ta’ Jannar 2027.
Sal-10 ta’ Jannar 2028 l-importatur jista’ juża ċertifikati simplifikati tal-qbid li jkunu ġew ivvalidati qabel l-10 ta’ Jannar 2027 f’konformità mal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1010/2009 kif applikabbli fiż-żmien tal-validazzjoni tagħhom.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-10 ta’ Jannar 2026.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri f’konformità mat-Trattati.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Lulju 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/1005/oj.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1010/2009 tat-22 ta’ Ottubru 2009 li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (ĠU L 280, 27.10.2009, p. 5, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1010/oj).
(3) Ir-Regolament (UE) 2023/2842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Novembru 2023 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009, u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 u (KE) Nru 1005/2008 u r-Regolamenti (UE) 2016/1139, (UE) 2017/2403 u (UE) 2019/473 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kontroll tas-sajd (ĠU L, 2023/2842, 20.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2842/oj)
(4) Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta' regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/625/oj).
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1715 tat-30 ta’ Settembru 2019 li jistabbilixxi r-regoli għat-tħaddim tas-sistema ta’ ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali u l-komponenti tas-sistema tagħha (ir-Regolament IMSOC) (ĠU L 261, 14.10.2019, p. 37, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/1715/oj.)
(6) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/679/oj).
(7) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1725/oj).
(8) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1862 tas-6 ta’ Novembru 2019 li tistabbilixxi regoli interni dwar l-għoti ta’ informazzjoni lis-suġġetti tad-data u r-restrizzjonijiet ta’ wħud mid-drittijiet tagħhom fil-kuntest tal-ipproċessar ta’ data personali mill-Kummissjoni fis-sistema tal-Unjoni sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat. C/2019/7894 (ĠU L 286, 7.11.2019, p. 17, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/1862/oj).
ANNESS I
“ANNESS II
Formola għan-notifika minn qabel għal bastimenti tas-sajd ta’ pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 2
Il-kampijiet immarkati b’asterisk (*) ma għandhomx għalfejn jimtlew f’każijiet fejn ċertifikat tal-qbid ikun ġie vvalidat biex il-qabda kollha tiġi żbarkata jew tiġi ttrasbordata fl-UE.
Identifikazzjoni tal-bastiment
|
1. |
Isem il-bastiment: |
|
2. |
Tip ta’ bastiment (qbid, trasport jew appoġġ): |
|
3. |
Bandiera (pajjiż ta’ reġistrazzjoni): |
|
4. |
Numru tar-reġistrazzjoni nazzjonali (immarkar estern): |
|
5. |
Kodiċi internazzjonali tar-radju: |
|
6. |
Informazzjoni ta’ kuntatt tal-bastiment: |
|
7. |
In-numru tal-IMO, jekk applikabbli: |
|
8. |
Identifikatur uniku ieħor tal-bastiment (jekk ma jingħatax in-numru tal-IMO): |
|
9. |
VMS (le/iva (nazzjonali) le/iva (RFMO); jekk iva, tip: ) |
|
10. |
Dimensjonijiet tal-bastiment — it-tul: travu: abbozza: |
Port tal-waqfa intenzjonat
|
11. |
Isem il-port (kodiċi tal-pajjiż ISO alpha-2 + kodiċi tal-port bi 3 ittri(1): |
|
12. |
Raġuni għall-waqfa (żbark, trażbord, inkella aċċess għas-servizzi): |
|
13. |
Port u data tal-aħħar waqfa f’port (kodiċi ISO alpha-2 tal-pajjiż + isem il-port/il-kodiċi tal-port bi 3 ittri): |
Awtorizzazzjoni tas-sajd
|
14. |
Numru tal-awtorizzazzjoni tas-sajd, perjodu ta’ validità u data ta’ skadenza (speċifika wkoll iż-żona tas-sajd, l-ispeċi u l-irkaptu)(*): |
|
15. |
Awtorizzazzjoni għall-appoġġ tal-operazzjonijiet tas-sajd/tat-trażbord tal-prodotti tas-sajd u d-data ta’ skadenza: |
|
16. |
Awtorità tal-ħruġ: |
|
17. |
ID tal-organizzazzjoni reġjonali tas-sajd, jekk applikabbli: |
Dati
|
18. |
Dati tal-vjaġġ tas-sajd (*): |
|
19. |
Data u ħin previsti tal-wasla fil-port: |
Kwantitajiet ta’ speċijiet miżmuma abbord (inkella rapport żero jekk ma hemmx qabdiet)
|
|
|
|
|
||||||||||
|
|
|
|
|
|
||||||||||
|
|
|
|
|
|
||||||||||
|
|
|
|
|
||||||||||
|
|
|
|
|
|
||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
30. |
Isem u indirizz ta’ sid il-bastiment: |
|
31. |
Isem il-kaptan tal-bastiment/tar-rappreżentant tiegħu: |
|
32. |
Firma: |
|
33. |
Data: |
(1) Kodiċijiet għall-portijiet, għall-istati tal-preservazzjoni tal-ħut u għall-preżentazzjoni tal-ħut huma disponibbli fuq: https://oceans-and-fisheries.ec.europa.eu/fisheries/rules/enforcing-rules_en
ANNESS II
“ANNESS IV
ĊERTIFIKAT TAL-QBID TAL-UNJONI EWROPEA
Formola simplifikata għall-prodotti tas-sajd li jissodisfaw ir-rekwiżiti fl-Artikoli 6 u 6a ta’ dan ir-Regolament
(I) ĊERTIFIKAT TAL-QBID TAL-UNJONI EWROPEA
Formola simplifikata għall-prodotti tas-sajd li jissodisfaw ir-rekwiżiti fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1010/2009
(II) ĊERTIFIKAT TA’ RIESPORTAZZJONI TAL-UNJONI EWROPEA
|
Numru taċ-ċertifikat |
Data |
Stat Membru |
|||
|
|||||
|
Piż (f’kilogrammi) |
Speċi |
Kodiċi tal-prodott |
Bilanċ mill-kwantità totali ddikjarata fiċ-ċertifikat tal-qbid |
||
|
|||||
|
Indirizz |
Firma |
Data |
|||
|
|||||
|
Isem/Titlu |
Firma |
Data |
Siġill/Timbru |
||
|
|||||
|
Post |
Riesportazzjoni awtorizzata (*1) |
Verifika mitluba (*1) |
Numru u data tad-dikjarazzjoni ta’ riesportazzjoni |
||
Appendiċi
Dettalji tat-trasport (1)
|
|
|
||||||||
|
Isem u bandiera tal-bastiment Numru tat-titjira/numru tal-fattura tal-passaġġ bl-ajru Nazzjonalità tat-trakk u numru ta’ reġistrazzjoni Numru tal-fattura tal-passaġġ bil-ferrovija Numru tal-fattura tal-passaġġ tal-merkanzija Dokument/i ieħor/oħra ta’ trasport (eż. polza ta’ kargu, CMR (2), polza tal-vjeġġ bl-ajru) |
Numru/i tal-kontejner(s) lista mehmuża |
Isem |
Indirizz |
Firma |
||||||
(*1) Immarka kif xieraq
(1) Fil-każ ta’ użu ta’ modi ta’ trasport multipli jew konsenji multipli, l-informazzjoni relatata mat-trasport għandha tiġi pprovduta għal kull mod ta’ trasport użat għal kull konsenja.
(2) Kuntratt għat-Trasport Internazzjonali tal-Merkanzija bit-Triq.
ANNESS III
“ANNESS V
Skemi tad-dokumentazzjoni tal-qbid adottati minn organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd, rikonoxxuti bħala konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008
Parti I Skemi tad-dokumentazzjoni tal-qbid rikonoxxuti bħala konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008:
Skema tad-dokumentazzjoni tal-qbid ta’ Dissostichus spp. kif stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1035/2001 (1)
Programm ta’ dokumentazzjoni tal-qabdiet tat-tonn tal-ICCAT kif stipulat fir-Regolament (UE) 2023/2833 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1035/2001 tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi skema tad-dokumentazzjoni tal-qbid ta’ Dissostichus spp (ĠU L 145, 31.05.2001, p.1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/1035/oj).
(2) Ir-Regolament (UE) 2023/2833 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2023 li jistabbilixxi programm ta’ dokumentazzjoni tal-qabdiet tat-tonn (Thunnus thynnus) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 640/2010 (ĠU L 2023/2833, 20.12.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2833/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1522/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)