<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-161/20</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62020CJ0161</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:260">EU:C:2022:260</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>14</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>14</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal-<DATE ISO="20220405">5.4.2022</DATE> – Kawża C-161/20</HT></P><P><HT TYPE="SC">Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill (Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali)</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Awla Manja)</P><P><DATE ISO="20220405">5 ta’ April 2022</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rikors għal annullament</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni tal-Kunsill li tinsab fl-att tal-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti (Coreper) tal-<DATE ISO="20200205">5 ta’ Frar 2020</DATE> li tapprova s-sottomissjoni lill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) dwar l-introduzzjoni tal-linji gwida dwar iċ-ċiklu tal-ħajja għall‑istima tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra well‑to‑tank ta’ karburanti sostenibbli alternattivi</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 17(1) TUE</KEYWORD><KEYWORD>Rappreżentanza esterna tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Trażmissjoni ta’ din is-sottomissjoni lill-IMO mill-Istat Membru li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill, f’isem l-Istati Membri u l-Kummissjoni</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑161/20,</P><P>li għandha bħala suġġett rikors għal annullament skont l-Artikolu 263 TFUE, ippreżentat fl‑<DATE ISO="20200414">14 ta’ April 2020</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, inizjalment irrappreżentata minn J.‑F. Brakeland, S. L. Kalėda, W. Mölls u E. Georgieva, sussegwentement minn J.-F. Brakeland, S. L. Kalėda u E. Georgieva, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea</HT>, irrappreżentat minn N. Rouam, K. Michoel, T. Haas u A. Norberg, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenut,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS><INTERVENERS><P>sostnut minn:</P><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Renju tal-Belġju</HT>, irrappreżentat minn S. Baeyens u P. Cottin, bħala aġenti, assistiti minn V. Van Thuyne u W. Timmermans, advocaten,</P><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika Ċeka</HT>, irrappreżentata minn M. Smolek, J. Vláčil, D. Czechová, K. Najmanová u L. Březinová, bħala aġenti,</P><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Renju tad-Danimarka</HT>, inizjalment irrappreżentat minn J. Nymann-Lindegren, M. Jespersen, V. Pasternak Jørgensen u M. Søndahl Wolff, sussegwentement minn V. Pasternak Jørgensen u M. Søndahl Wolff, bħala aġenti,</P><?PAGE NO="2"?><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja</HT>, irrappreżentata minn D. Klebs u J. Möller, bħala aġenti,</P><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika Ellenika</HT>, irrappreżentata minn S. Chala, bħala aġent,</P><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika Franċiża</HT>, irrappreżentata minn J.-L. Carré, T. Stéhelin u A.‑L. Desjonquères, bħala aġenti,</P><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi</HT>, irrappreżentat minn M. K. Bulterman, H. S. Gijzen J. M. Hoogveld, bħala aġenti,</P><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika tal-Finlandja</HT>, irrappreżentata minn H. Leppo, bħala aġent,</P><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Renju tal-Isvezja</HT>, irrappreżentat minn O. Simonsson, J. Lundberg, C. Meyer‑Seitz, A. M. Runeskjöld, M. Salborn Hodgson, H. Shev, H. Eklinder u R. Shahsavan Eriksson, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>intervenjenti,</PARTY.STATUS></INTERVENERS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja),</P><P>komposta minn K. Lenaerts, President, A. Prechal, C. Lycourgos, E. Regan, S. Rodin, I. Jarukaitis, N. Jääskinen u I. Ziemele, Presidenti ta’ Awla, J.‑C. Bonichot, M. Safjan, P. G. Xuereb, N. Piçarra, L. S. Rossi (Relatriċi), A. Kumin u N. Wahl, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Szpunar,</P><P>Reġistratur: M. Longar, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas‑<DATE ISO="20210907">7 ta’ Settembru 2021</DATE>,</VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal‑<DATE ISO="20211125">25 ta’ Novembru 2021</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni Ewropea titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea li tinsab fl-att tal-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti (Coreper) tal‑<DATE ISO="20200205">5 ta’ Frar 2020</DATE> li tapprova s-sottomissjoni lill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) dwar l-introduzzjoni tal-linji gwida dwar iċ-ċiklu tal-ħajja għall‑istima tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra well‑to‑tank ta’ karburanti sostenibbli alternattivi, sabiex din tiġi trażmessa mill-Presidenza tal-Kunsill lill-IMO f’isem l-Istati Membri u l-Kummissjoni (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Ir‑Riżoluzzjoni 65/276</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Ir-Riżoluzzjoni 65/276 tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tat‑<DATE ISO="20110503">3 ta’ Mejju 2011</DATE> (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Riżoluzzjoni 65/276<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), tistipula:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>L-Assemblea Ġenerali,</P><P>[...]</P><P><HT TYPE="ITALIC">Filwaqt li tirrikonoxxi</HT> li kull organizzazzjoni reġjonali għandha tiddefinixxi l-metodi tar-rappreżentanza esterna tagħha,</P><P><HT TYPE="ITALIC">Filwaqt li tfakkar</HT> ir-Riżoluzzjoni 3208 (XXIX) tagħha tal-<DATE ISO="19741011">11 ta’ Ottubru 1974</DATE> li permezz tagħha hija tat l-istatus ta’ osservatur lill-Komunità Ekonomika Ewropea,</P><P><HT TYPE="ITALIC">Filwaqt li tfakkar ukoll</HT> li, skont id-dispożizzjonijiet legali rilevanti, l-Unjoni Ewropea ssostitwixxiet ruħha għall-Komunità Ewropea, li hija parti f’numru ta’ strumenti konklużi taħt l-awspiċi tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti u li assoċjat ruħha max-xogħlijiet ta’ diversi istituzzjonijiet speċjalizzati u korpi tan-Nazzjonijiet Uniti bħala osservatriċi jew bħala parteċipanti,</P><P>[...]</P><P>1. [...]</P><P>2. <HT TYPE="ITALIC">Tiddeċiedi</HT> li tadotta l-modalitajiet stipulati fl-anness tar-riżoluzzjoni preżenti għall-parteċipazzjoni tar-rappreżentanti tal-Unjoni Ewropea, fil-kwalità ta’ osservatriċi, fis-sessjonijiet u fix-xogħol tagħha u f’dawk tal-kummissjonijiet u tal-gruppi ta’ ħidma tagħha, fil-laqgħat u konferenzi internazzjonali organizzati taħt l-awspiċi tagħha, kif ukoll fil-konferenzi tan-Nazzjonijiet Uniti;</P><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">L‑istrumenti relatati mal-IMO</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-IMO, stabbilita permezz tal-Konvenzjoni li toħloq l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali, iffirmata f’Genève fis‑<DATE ISO="19480306">6 ta’ Marzu 1948</DATE> (<HT TYPE="ITALIC">Ġabra tat-Trattati tan-Nazzjonijiet Uniti</HT>, Vol. 289, p. 3), fil-verżjoni tagħha rilevanti għal din il-kawża, (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Konvenzjoni IMO<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>), hija istituzzjoni speċjalizzata tan-Nazzjonijiet Uniti responsabbli, b’mod partikolari, għall-prevenzjoni tat-tniġġis tal-ambjent marittimu u tal-arja mill-vapuri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tal-Konvenzjoni IMO jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>L-Istati kollha jistgħu jsiru Membri tal-Organizzazzjoni, bil-kundizzjonijiet previsti fil-Parti III.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Istati Membri kollha huma partijiet fil-Konvenzjoni IMO.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Unjoni, min-naħa l-oħra, ma hijiex parti f’din il-konvenzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 25(a) ta’ din il-konvenzjoni jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Il-Kunsill [tal-IMO] jista’ jidħol fi ftehimiet jew arranġamenti li jkopru r-relazzjoni tal-Organizzazzjoni ma’ organizzazzjonijiet oħra [...].<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 66 tal-imsemmija konvenzjoni:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>L-[IMO] tista’, fuq kwistjonijiet fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha, tikkoopera ma’ organizzazzjonijiet intergovernattivi oħra li ma humiex aġenziji speċjalizzati tan-Nazzjonijiet Uniti, li madankollu l-interessi u l-attivitajiet tagħhom huma relatati mal-għanijiet tagħha<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="19740628">28 ta’ Ġunju 1974</DATE>, il-Kummissjoni, permezz ta’ skambju ta’ ittri bejn il-President tagħha u s-Segretarju Ġenerali tal-IMO, ikkonkludiet ftehim ta’ kooperazzjoni mal-IMO skont l-Artikolu 229 tat-Trattat KEE (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Ftehim ta’ Kooperazzjoni tal-1974<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>). Dan il-ftehim, li għadu fis-seħħ, jipprovdi, essenzjalment, li s-Segretarjat tal-IMO u l-Kummissjoni għandhom jikkooperaw u jikkonsultaw lil xulxin fl-oqsma ta’ interess komuni skont il-modalitajiet li għandhom jiġu ddefiniti bejniethom fuq bażi ta’ każ b’każ, għandhom jiskambjaw informazzjoni u għandhom iżommu lil xulxin informati dwar l-attivitajiet kollha u l-programmi ta’ ħidma kollha previsti li jistgħu jkunu ta’ interess għal xi waħda mill-partijiet. Barra minn hekk, skont l-imsemmi ftehim, is-segretarjat tal-IMO għandu jistieden lill-Kummissjoni tibgħat osservaturi għall-konferenzi organizzati mill-IMO u għal-laqgħat tal-korpi tal-IMO li jista’ jkollhom effett fuq kwistjonijiet li jikkonċernaw lill-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Minbarra l-korpi prinċipali tagħha, l-Assemblea, il-Kunsill u s-Segretarjat, l-IMO għandha ħames kumitati, fosthom il-Kumitat tal-Protezzjoni tal-Ambjent Marittimu (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>KPAM<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>) u l-Kumitat tas-Sigurtà Marittima, li għandhom setgħat deċiżjonali fl-implimentazzjoni tal-konvenzjonijiet adottati taħt l-awspiċi tagħha jew li barra minn hekk hija responsabbli għalihom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Id-dokument rivedut dwar l-organizzazzjoni tax-xogħol u l-metodi ta’ ħidma tal-Kumitat tas-Sigurtà Marittima u tal-KPAM u tal-korpi sussidjarji tagħhom (MSC‑MEPC.1/Circ.5/Rev.1 tat‑<DATE ISO="20180613">13 ta’ Ġunju 2018</DATE>, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Regoli tal-Proċedura KSM-KPAM<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>) jipprovdi, fil-punt 1.5 tiegħu, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Għanijiet<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Id-dispożizzjonijiet ta’ dan id-dokument għandhom l-għan li jilħqu l-għanijiet li ġejjin:</P><P>[...]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>jiżguraw l-ikbar parteċipazzjoni possibbli mill-Istati Membri kollha u mill-organizzazzjonijiet li għandhom l-istatus ta’ osservatur fix-xogħol tal-Kumitati u tal-korpi sussidjarji tagħhom;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Skont ir-Regola 5(3) tar-Regoli tal-Proċedura tal-KPAM, is-Segretarju Ġenerali ta’ dan il-kumitat għandu jagħmel stedina sabiex jiġu rrappreżentati minn osservaturi, f’kull sessjoni tal-imsemmi kumitat li fiha l-kwistjonijiet li jikkonċernawhom direttament jkunu fuq l-aġenda, l-organizzazzjonijiet intergovernattivi l-oħra li magħhom ġie konkluż ftehim jew arranġament speċjali u l-organizzazzjonijiet internazzjonali mhux governattivi li magħhom l-IMO stabbilixxiet relazzjonijiet.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑fatti li wasslu għall‑kawża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Fost il-konvenzjonijiet konklużi taħt l-awspiċi tal-IMO hemm il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis minn Vapuri, iffirmata f’Londra fit-<DATE ISO="19731102">2 ta’ Novembru 1973</DATE>, kif issupplimentata minn żewġ protokolli adottati matul is-snin 1978 u 1997 (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Konvenzjoni Marpol<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>). L-Istati Membri kollha huma partijiet f’din il-konvenzjoni, filwaqt li l-Unjoni ma hijiex.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Skont il-Konvenzjoni Marpol, l-IMO adottat numru ta’ miżuri obbligatorji intiżi li jnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>GS<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>) mit-trasport marittimu internazzjonali. Bħalissa qed jiġu kkunsidrati miżuri oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Il-KPAM huwa l-korp deċiżjonali responsabbli għall-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni Marpol.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Il-Kunsill tal-IMO approva deċiżjoni tal-KPAM dwar l-istabbiliment ta’ Grupp ta’ Ħidma Intersessjonali dwar it-Tnaqqis tal-Emissjonijiet tal-GS minn vapuri (<HT TYPE="ITALIC">Intersessional Working Group on Reduction of GHG Emissions from Ships</HT>, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>GĦIS-GS<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>), inkarigat milli jirrapporta lill-KPAM matul is-sessjonijiet tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-KPAM ta mandat lill-GĦIS-GS sabiex jifformula proposti konkreti li jinkoraġġixxu l-użu ta’ karburanti alternattivi b’emissjonijiet ta’ karbonju baxx jew mingħajr tali emissjonijiet, u dawn il-proposti kellhom jirrigwardaw b’mod partikolari d-definizzjoni, għat-tipi kollha rilevanti ta’ karburanti, ta’ linji gwida dwar l-intensità tal-GS/karbonju matul iċ-ċiklu tal-ħajja kif ukoll dwar it-tfassil ta’ sistemi ta’ inċentiv għall-użu tal-imsemmija karburanti alternattivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ dan il-mandat, waqt il-laqgħa tiegħu tal-11 sal-<DATE ISO="20191115">15 ta’ Novembru 2019</DATE>, l-GĦIS-GS stieden <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>lill-Istati Membri kkonċernati u lill-organizzazzjonijiet internazzjonali sabiex jippreżentaw proposti għal abbozzi ta’ linji gwida dwar l-intensità taċ-ċiklu tal-ħajja tal-GS/karbonju għat-tipi rilevanti kollha ta’ karburanti<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20191220">20 ta’ Diċembru 2019</DATE>, il-Kummissjoni għaddiet lill-Kunsill dokument ta’ ħidma li joriġina mis-servizzi tagħha, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Union submission to the seventh meeting of the [ISWG-GHG] of the IMO in London from <DATE ISO="20200323">23</DATE> to <DATE ISO="20200327">27 March 2020</DATE> on the introduction of lifecycle guidelines to estimate well-to[-]tank greenhouse gas (GHG) emissions of sustainable alternative fuels to incentivise the uptake of sustainable alternative fuels at global level<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> (Sottomissjoni tal-Unjoni għas-7 laqgħa tal-[GĦIS-GS] tal-IMO f’Londra mit‑23 sas‑<DATE ISO="20200327">27 ta’ Marzu 2020</DATE> dwar l-introduzzjoni ta’ linji gwida dwar iċ-ċiklu tal-ħajja għall-istima tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra (GS) well-to-tank ta’ karburanti sostenibbli alternattivi sabiex tinċentiva l-użu ta’ karburanti sostenibbli alternattivi fil-livell globali” (SWD(2019) 456 final).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>F’dan id-dokument ta’ ħidma, il-Kummissjoni kienet tindika li s-sottomissjoni li kien hemm fl-anness tiegħu kienet taqa’ taħt il-kompetenza esterna esklużiva tal-Unjoni u li din kienet ippreżentata lill-Kunsill sabiex tiġi stabbilita l-pożizzjoni tal-Unjoni fid-dawl tat-trażmissjoni tagħha lill-IMO. Barra minn hekk, in-nota ta’ qiegħ il-paġna 1 tal-imsemmi dokument ta’ ħidma kien jippreċiża dan li ġej: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>Il-proposti jew dokumenti ta’ informazzjoni li huma sottomessi lill-IMO dwar kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza esterna tal-[Unjoni] jikkostitwixxu atti ta’ rappreżentanza esterna. Dawn is-sottomissjonijiet għandhom jiġu ppreżentati minn attur tal-Unjoni li jista’ jirrappreżentaha barra skont it-Trattat, jiġifieri, għall-kwistjonijiet li ma jaqgħux taħt il-[politika estera u ta’ sigurtà komuni (PESK)], il-Kummissjoni jew id-delegazzjoni tal-[Unjoni], skont l-Artikolu 17(1) TUE u l-Artikolu 221 TFUE.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Fl-aħħar, fis-sottotitolu tas-sottomissjoni stess, kien hemm imsemmi li din ġiet <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>ippreżentat mill-Kummissjoni Ewropea f’isem l-Unjoni Ewropea<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>. [traduzzjoni mhux uffiċjali].</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20200131">31 ta’ Jannar 2020</DATE>, il-grupp ta’ ħidma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>Trasport marittimu<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> tal-Kunsill, minn naħa, iddeċieda li jipproponi lill-Coreper li s-sottomissjoni tiġi ppreżentata lill-IMO mhux f’isem l-Unjoni, iżda f’isem is-27 Stat Membru u l-Kummissjoni. Min-naħa l-oħra, wara li emenda, b’mod partikolari, is-sottotitolu tal-abbozz ta’ sottomissjoni tal-Kummissjoni, huwa stieden lill-Coreper japprova s-sottomissjoni hekk emendata, bil-għan tat-trażmissjoni tagħha lill-IMO mill-Presidenza tal-Kunsill.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20200205">5 ta’ Frar 2020</DATE>, permezz tad-deċiżjoni kkontestata, il-Coreper approva s-sottomissjoni kif emendata (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>sottomissjoni kontenzjuża<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>), bil-għan li tiġi trażmessa mill-Presidenza tal-Kunsill lill-IMO f’isem l-Istati Membri u l-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Permezz ta’ posta elettronika tas‑<DATE ISO="20200207">7 ta’ Frar 2020</DATE>, ir-Repubblika tal-Kroazja, li, f’dik id-data, kellha l-presidenza tal-Kunsill, bagħtet is-sottomissjoni kontenzjuża lill-IMO f’isem is-27 Stat Membru u l-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It‑talbiet tal‑partijiet u l‑proċedura quddiem il‑Qorti tal‑Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja tannulla d-deċiżjoni kkontestata u żżomm l-effetti tagħha <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> kif ukoll tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Il-Kunsill jitlob li r-rikors jiġi miċħud u li l-Kummissjoni tiġi kkundannata għall-ispejjeż. Sussidjarjament, fil-każ ta’ annullament tad-deċiżjoni kkontestata, huwa jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja żżomm l-effetti tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjonijiet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal‑15 ta’ Settembru, tal‑24 ta’ Settembru, tal‑25 ta’ Settembru, tal‑1 ta’ Ottubru, tas‑6 ta’ Ottubru, tat‑8 ta’ Ottubru u tat‑<DATE ISO="20201013">13 ta’ Ottubru 2020</DATE>, ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Repubblika Franċiża, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju tal-Isvezja ġew ammessi jintervjenu insostenn tat-talbiet tal-Kunsill.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq ir‑rikors</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il‑ġurisdizzjoni tal‑Qorti tal‑Ġustizzja</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Ellenika ssostni essenzjalment li r-rikors tal-Kummissjoni huwa bbażat fuq il-premessa, ikkontestata mill-Kunsill, li l-Unjoni għandha l-istatus ta’ osservatur mal-IMO. Għalhekk, sabiex tiddeċiedi dwar dan ir-rikors, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha, preliminarjament, tinterpreta l-Konvenzjoni IMO sabiex tiddetermina jekk l-Unjoni għandhiex dan l-istatus jew le. Madanollu, il-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex ġurisdizzjoni għal dan il-għan, peress li l-imsemmija konvenzjoni ma tagħmilx parti mid-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat, minn naħa, li, kif irrileva essenzjalment l-Avukat Ġenerali fil-punti 44 sa 46 tal-konklużjonijiet tiegħu, ir-Repubblika Ellenika ma tikkontestax in-natura kontestabbli, fis-sens tal-Artikolu 263 TFUE, tad-deċiżjoni kkontestata. Barra minn<?PAGE NO="7"?> hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà aċċettat l-ammissibbiltà ta’ rikors għal annullament ippreżentat kontra deċiżjoni tal-Coreper li tissottometti dokument ta’ riflessjoni lil kummissjoni stabbilita minn ftehim internazzjonali, sa fejn tali deċiżjoni hija intiża li tipproduċi effetti legali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181120">20 ta’ Novembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill (ŻPB Antartiku)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑626/15 u C‑659/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:925">EU:C:2018:925</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0067">67</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, ir-Repubblika Ellenika ma tikkontestax li l-motivi invokati mill-Kummissjoni insostenn tar-rikors tagħha huma bbażati fuq il-ksur tat-Trattati, peress li dan il-ksur jikkostitwixxi wieħed mill-każijiet ta’ ftuħ tar-rikors għal annullament imsemmija fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE li fuqu l-Qorti tal-Ġustizzja għandha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Ċertament, bħala prinċipju l-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tistħarreġ il-legalità tal-atti tad-dritt tal-Unjoni fid-dawl tad-dispożizzjonijiet ta’ ftehim internazzjonali li l-Unjoni ma hijiex parti fih (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111221">21 ta’ Diċembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Air Transport Association of America <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑366/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:864">EU:C:2011:864</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Madankollu, skont ġurisprudenza stabbilita, meta l-Unjoni tiddeċiedi li teżerċita l-kompetenzi tagħha, eżerċizzju bħal dan għandu jsir b’osservanza tad-dritt internazzjonali rilevanti (sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19921124">24 ta’ Novembru 1992</DATE>, <NAME.CASE>Poulsen u Diva Navigation</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑286/90</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1992:453">EU:C:1992:453</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0009">9</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181120">20 ta’ Novembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il-Kunsill (ŻPB Antartiku)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑626/15 u C‑659/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:925">EU:C:2018:925</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0127">127</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha tieħu inkunsiderazzjoni, fil-kuntest tal-kompetenzi tagħha skont, b’mod partikolari, l-Artikolu 263 TFUE, ir-regoli rilevanti tad-dritt internazzjonali, sa fejn dan it-teħid inkunsiderazzjoni jirriżulta neċessarju sabiex tiġi deċiża l-kawża li tressqet quddiemha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Issa, f’dan il-każ, sabiex tiddeċiedi din it-tilwima, huwa neċessarju li l-Qorti tal-Ġustizzja tieħu inkunsiderazzjoni l-Konvenzjoni IMO sabiex tiddetermina jekk l-Unjoni għandhiex jew le status fi ħdan din l-organizzazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi fuq ir-rikors tal-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il‑mertu</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni tinvoka żewġ motivi. L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 3(2) TFUE, u, għaldaqstant, fuq il-kompetenza esterna eslużiva li għandha l-Unjoni, skont din id-dispożizzjoni, inkwantu l-att li għandu jiġi adottat minn korp maħluq permezz ta’ ftehim internazzjonali <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>[j]ista’ [j]olqot xi regoli komuni jew [i]biddel il-kamp ta’ l-applikazzjoni tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>. Min-naħa tiegħu, it-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tas-sitt sentenza tal-Artikolu 17(1) TUE u, għaldaqstant, tal-prerogattivi istituzzjonali tal-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok għandu jiġi eżaminat it-tieni motiv.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it‑tieni motiv</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Insostenn tat-tieni motiv tagħha, il-Kummissjoni ssostni li, peress li d-deċiżjoni kkontestata ma tikkonċernax il-PESK, hija għandha f’dan il-każ, konformement mas-sitt sentenza tal-Artikolu 17(1) TUE, is-setgħa ta’ rappreżentanza esterna tal-Unjoni. Huwa għal din ir-raġuni, u fid-dawl tal-kompetenza esklużiva tal-Unjoni fil-qasam li tagħmel parti minnu s-sottomissjoni kontenzjuża, li hija kienet ipproponiet li din tiġi ppreżentata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>mill-Kummissjoni Ewropea f’isem l-Unjoni Ewropea<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni żżid li la r-regoli applikabbli għall-kooperazzjoni mal-IMO, fosthom il-Ftehim ta’ Kooperazzjoni tal-1974, moqrija fid-dawl tar-Riżoluzzjoni 65/276, u lanqas ir-regoli tal-proċedura KSM-KPAM, b’mod partikolari l-punt 1.5.6 tiegħu, ma kienu jipprekludu li l-imsemmija sottomissjoni tiġi ppreżentata f’isem l-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, fir-rigward, minn naħa, tar-Riżoluzzjoni 65/276, din tirrikonoxxi l-qafas interistituzzjonali l-ġdid tal-Unjoni wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona. Din ir-riżoluzzjoni tenfasizza b’mod speċifiku li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>hija kull organizzazzjoni reġjonali li għandha tiddefinixxi l-modalitajiet tar-rappreżentanza esterna tagħha<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Peress li dan ir-rikonoxximent huwa ta’ natura ġenerali, il-fatt li l-imsemmija riżoluzzjoni ma tapplikax għall-istituzzjonijiet speċjalizzati tan-Nazzjonijiet Uniti ma għandu ebda effett fuq ir-rilevanza tagħha sabiex tiġi ddeterminata l-pożizzjoni tal-Unjoni u tal-istituzzjonijiet tagħha fil-konfront ta’ dawn l-istituzzjonijiet speċjalizzati. Barra minn hekk, permezz ta’ nota verbali konġunta tas‑<DATE ISO="20091127">27 ta’ Novembru 2009</DATE>, il-Kunsill u l-Kummissjoni informaw lill-IMO bil-konsegwenzi ġuridiċi li jirriżultaw mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, jiġifieri li, sa mill‑<DATE ISO="20091201">1 ta’ Diċembru 2009</DATE>, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>l-Unjoni Ewropea għandha teżerċita d-drittijiet kollha u għandha tassumi l-obbligi kollha tal-Komunità Ewropea, inkluż l-istatus tagħha fi ħdan l-organizzazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> u li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>l-bidliet li ser jirriżultaw f’dak li jikkonċerna l-modalitajiet tar-rappreżentanza għandhom jiġu kkomunikati fi żmien xieraq<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>. [traduzzjoni mhux uffiċjali].</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-punt 1.5.6 tar-Regoli tal-Proċedura tal-KSM-KPAM jippermetti espressament il-parteċipazzjoni ta’ organizzazzjonijiet li għandhom l-istatus ta’ osservatur fil-ħidma tal-KPAM.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Issa, il-Kummissjoni tirrileva li, wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, is-sottomissjoni kontenzjuża ntbagħtet lill-IMO mill-Presidenza tal-Kunsill f’isem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>l-Istati Membri u l-Kummissjoni<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, u mhux f’isem l-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Kunsill żbalja meta qies li l-kompetenza tal-Unjoni kienet esklużiva għal parti biss mis-sottomissjoni kontenzjuża u li din kellha titqies li hija ibrida min-natura tagħha stess. Barra minn hekk, li kieku l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>Kummissjoni<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> kellha tinftiehem bħala riferiment indirett għall-Unjoni, id-deċiżjoni kkontestata kienet tipprekludi lill-Kummissjoni milli tiżgura r-rappreżentanza esterna tal-Unjoni f’dak li jirrigwarda din il-parti tal-imsemmija sottomissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, is-setgħa ta’ rappreżentanza tal-Unjoni mogħtija lill-Kummissjoni mit-Trattati timplika li l-Presidenza tal-Kunsill ma tista’ qatt tirrappreżenta ġuridikament lill-Unjoni u lanqas teżerċita l-kompetenzi esterni tagħha. Peress li t-trażmissjoni lill-IMO, permezz ta’ posta elettronika, tas-sottomissjoni kontenzjuża tikkostitwixxi att ta’ rappreżentanza esterna, dan twettaq bi ksur tal-Artikolu 17(1) TUE.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Barra minn hekk, is-sempliċi fatt li l-Unjoni mhijiex membru ta’ organizzazzjoni internazzjonali bl-ebda mod ma jawtorizza lil Stat Membru, li jaġixxi individwalment fil-kuntest tal-parteċipazzjoni tiegħu f’din l-organizzazzjoni internazzjonali, jassumi impenji li jistgħu jaffettwaw regoli tal-Unjoni adottati sabiex jitwettqu l-għanijiet tat-Trattat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-emendi introdotti bit-Trattat ta’ Lisbona u li minnhom jirriżultaw, b’mod partikolari, l-Artikolu 1, l-Artikolu 17(1) u l-Artikolu 47 TUE kif ukoll l-Artikolu 220 TFUE, għandhom effett fuq il-mod kif il-Komunità, li saret l-Unjoni, tipparteċipa fix-xogħol tal-istituzzjonijiet speċjalizzati tan-Nazzjonijiet Uniti. B’mod partikolari, mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, l-Unjoni teżerċita d-drittijiet kollha u tassumi l-obbligi kollha tal-Komunità, inklużi dawk marbuta mal-istatus tagħha fi ħdan organizzazzjonijiet internazzjonali li magħhom il-Kummissjoni kienet tiżgura rabtiet skont l-Artikolu 229 tat-Trattat KEE (li sar l-Artikolu 302 KE). Barra minn hekk, dawn l-emendi ġuridiċi minn dak iż-żmien kienu ġeneralment rikonoxxuti fuq livell internazzjonali. L-iktar manifestazzjoni notevoli ta’ dan ir-rikonoxximent hija preċiżament ir-Riżoluzzjoni 65/276.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Skont il-Kunsill, sostnut mill-Istati Membri intervenjenti kollha, it-tieni motiv huwa infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il‑kunsiderazzjonijiet tal‑Qorti tal‑Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni motiv tagħha, il-Kummissjoni ssostni li, f’dan il-każ, l-Artikolu 17(1) TUE jagħti lill-Kummissjoni l-kompetenza esklużiva sabiex tiżgura r-rappreżentanza esterna tal-Unjoni, b’tali mod li hija din l-istituzzjoni li kellha tibgħat is-sottomissjoni inkwistjoni lill-IMO. Barra minn hekk, peress li din is-sottomissjoni seħħet f’qasam li jaqa’ fil-kompetenza esklużiva tal-Unjoni, din kellha tiġi ppreżentata f’isem l-Unjoni u mhux f’isem l-Istati Membri u l-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi ppreċiżat qabel kollox li, sa fejn l-argument tal-Kummissjoni jista’ jinftiehem bħala li jikkritika d-deċiżjoni kkontestata talli awtorizzat il-Presidenza tal-Kunsill tibgħat lill-IMO s-sottomissjoni inkwistjoni mhux biss f’isem l-Istati Membri iżda wkoll f’isem il-Kummissjoni, minkejja li l-Kummissjoni kienet opponiet dan, tali argument huwa manifestament tardiv, peress li tressaq għall-ewwel darba biss fir-replika. Għaldaqstant, dan għandu jiġi kkunsidrat bħala inammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-mertu ta’ dan il-motiv, fl-ewwel lok għandu jitfakkar li, skont il-kliem stess tas-sitt sentenza tal-Artikolu 17(1) TUE, bl-eċċezzjoni tal-PESK u tal-istanzi l-oħra previsti fit-Trattati, li ma humiex rilevanti f’dan il-każ, il-Kummissjoni għandha tiżgura r-rappreżentanza esterna tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Issa, din id-dispożizzjoni ma tintroduċi ebda distinzjoni li skontha l-Unjoni teżerċita l-kompetenza esterna esklużiva tagħha skont l-Artikolu 3(2) TFUE jew teżerċita kompetenza esterna kondiviża mal-Istati Membri, kemm jekk hija tagħmel dan flimkien magħhom jew jekk il-Kunsill jipprevalixxi ruħu mill-possibbiltà li jiġbor fi ħdanu l-maġġoranza meħtieġa sabiex l-Unjoni teżerċita waħedha din il-kompetenza esterna (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181120">20 ta’ Novembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill (ŻPB Antartiku)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑626/15 u C‑659/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:925">EU:C:2018:925</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0126">126</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-kompetenza tal-Kummissjoni sabiex tirrappreżenta lill-Unjoni fl-eżerċizzju, minnha, tal-kompetenza esterna tagħha ma tistax tiddependi min-natura esklużiva jew kondiviża ta’ din il-kompetenza esterna, li hija tapplika biss għar-regoli interni tal-Unjoni li ma jorbtux lill-Istati terzi jew lill-organizzazzjonijiet internazzjonali l-oħra.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għalkemm huwa minnu li, kif essenzjalment issostni l-Kummissjoni, it-Trattati jillimitaw il-kompetenza tagħha sabiex tiżgura r-rappreżentanza esterna tal-Unjoni biss bis-saħħa tad-derogi espressament imsemmija fl-Artikolu 17(1) TUE, xorta jibqa’ l-fatt li, kif diġà tfakkar fil-punt 32 ta’ din is-sentenza, meta l-Unjoni, bħala suġġett tad-dritt internazzjonali, tiddeċiedi li teżerċita l-kompetenzi tagħha, tali eżerċizzju għandu jsir b’osservanza tad-dritt internazzjonali rilevanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Issa, minn naħa, mill-Artikolu 4 tal-Konvenzjoni IMO jirriżulta li huma biss l-Istati li jistgħu jaderixxu magħha. B’hekk, għalkemm l-Istati Membri kollha tal-Unjoni huma membri tal-IMO, l-Unjoni fiha nnifisha ma hijiex.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, huwa minnu li, skont l-Artikolu 25a) ta’ din il-konvenzjoni, il-Kunsill tal-IMO jista’ jikkonkludi ftehimiet jew jadotta dispożizzjonijiet dwar ir-relazzjonijiet mal-organizzazzjonijiet l-oħra, u li, skont l-Artikolu 66 tal-imsemmija konvenzjoni, l-IMO tista’, għal kull kwistjoni li taqa’ taħt il-kompetenza tagħha, tikkollabora ma’ dawn l-organizzazzjonijiet intergovernattivi oħra li, mingħajr ma jkunu istituzzjonijiet speċjalizzati tan-Nazzjonijiet Uniti, ikollhom interessi u attivitajiet li huma relatati mal-għanijiet segwiti minnha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Barra minn hekk huwa f’dan il-kuntest li l-Kummissjoni, abbażi tal-Artikolu 229 tat-Trattat KEE, ikkonkludiet mal-IMO l-Ftehim ta’ Kooperazzjoni tal-1974, li jipprevedi b’mod partikolari l-possibbiltà għall-Kummissjoni li tipparteċipa, bħala osservatriċi, fix-xogħol tal-IMO u li jippermettilha, għaldaqstant, li tittrażmetti, f’isimha stess, sottomissjoni lil din l-organizzazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Madankollu, huwa paċifiku li la l-Komunità u lanqas l-Unjoni, li ssostitwixxietha, ma kkonkludew ftehim mal-IMO, b’tali mod li l-Unjoni ma għandha ebda status fi ħdan din tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Issa, mill-atti tal-proċess u mid-dibattiti waqt is-seduta jirriżulta li l-istanzi tal-IMO jikkunsidraw, abbażi tat-testi applikabbli għal din l-organizzazzjoni, li huma biss l-organizzazzjonijiet intergovernattivi li magħhom hija kkonkludiet ftehimiet li jistgħu jipparteċipaw fix-xogħlijiet tagħha, b’mod partikolari permezz tad-depożitu ta’ sottomissjonijiet li jirrigwardaw l-adozzjoni ta’ atti ġuridiċi. Barra minn hekk, huwa fuq il-bażi ta’ tali kunsiderazzjoni li, fl‑<DATE ISO="20050214">14 ta’ Frar 2005</DATE>, is-Segretarju Ġenerali tal-IMO rrifjuta sottomissjoni ppreżentata mir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, f’isem il-Komunità, b’risposta għal stedina mibgħuta mill-IMO lill-organizzazzjonijiet intergovernattivi, minħabba li l-Komunità ma kinitx membru tal-IMO u lanqas ma kellha l-istatus ta’ osservatur fi ħdan din l-organizzazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, huwa ċertament minnu, l-ewwel, li l-punt 1.5.6 tar-Regoli tal-Proċedura KSM-KPAM jipprevedi l-parteċipazzjoni attiva ta’ organizzazzjonijiet li għandhom l-istatus ta’ osservatur fil-ħidma tal-KPAM, it-tieni, li, konformement mar-Regola 5(3) tar-Regoli tal-Proċedura tal-KPAM, jistgħu jiġu rrappreżentati fi ħdan dan il-kumitat permezz ta’ osservaturi l-organizzazzjonijiet intergovernattivi għajr l-IMO li magħhom ġie konkluż ftehim jew arranġament speċjali u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi li magħhom l-IMO stabbilixxiet relazzjonijiet u, it-tielet, li s-sottomissjoni kontenzjuża ntbagħtet lill-IMO bi tweġiba għall-istedina tal-GĦIS-GS imsemmija fil-punt 18 tas-sentenza preżenti, li kienet indirizzata lill-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>Istati Membri u l-organizzazzjonijiet intergovernattivi kkonċernati<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>. Madankollu, dawn iċ-ċirkustanzi ma jimplikawx li l-Unjoni, li ma kinitx organizzazzjoni internazzjonali li għandha l-istatus ta’ osservatur mal-IMO u li magħha din ma kienet ikkonkludiet ebda ftehim jew arranġament speċjali, kif tfakkar fil-punt 57 ta’ din is-sentenza, kienet awtorizzata tippreżenta s-sottomissjoni kontenzjuża f’isimha stess.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, kuntrarjament għall-Kummissjoni, li kkonkludiet mal-IMO l-Ftehim ta’ Kooperazzjoni tal-1974, l-Unjoni ma tgawdi minn ebda titolu li jippermettilha tipparteċipa hija stess fix-xogħol tal-istituzzjonijiet u tal-kumitati ta’ din l-organizzazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Mill-bqija, il-Kummissjoni rrikonoxxiet, fir-rakkomandazzjoni tagħha lill-Kunsill intiża sabiex tawtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ u tmexxi negozjati mal-IMO dwar il-kundizzjonijiet u l-modalitajiet tal-adeżjoni tal-Komunità Ewropea (SEC(2002) 381 final), li l-Komunità ma kellhiex id-dritt tipparteċipa fix-xogħol tal-IMO u li għalhekk kien fl-interess tagħha li taderixxi mal-Konvenzjoni OMI.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Madankollu, il-Kummissjoni ssostni li d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, b’mod partikolari l-introduzzjoni tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 1 u tal-Artikolu 47 TUE kif ukoll tal-Artikolu 220 TFUE, jimplika li l-Unjoni kellha d-dritt li taġixxi f’isimha stess fi ħdan l-IMO.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, fir-rigward, minn naħa, tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 1 u tal-Artikolu 47 TUE, dawn id-dispożizzjonijiet jipprevedu, rispettivament, li l-Unjoni tissostitwixxi u hija s-suċċessur tal-Komunità u li hija għandha personalità ġuridika. Din il-konsegwenza ġuridika marbuta mat-Trattat ta’ Lisbona ġiet ikkomunikata mill-Kunsill u mill-Kummissjoni lill-IMO permezz ta’ nota verbali konġunta tas‑<DATE ISO="20091127">27 ta’ Novembru 2009</DATE> u ttieħdet inkunsiderazzjoni fir-Riżoluzzjoni 65/276 tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Madankollu, minbarra l-fatt li, kif ikkonferma s-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti f’nota tal‑<DATE ISO="20110601">1 ta’ Ġunju 2011</DATE>, din ir-riżoluzzjoni la tapplika għall-istituzzjonijiet speċjalizzati tan-Nazzjonijiet Uniti, la l-imsemmija riżoluzzjoni u lanqas, b’mod partikolari minħabba n-natura unilaterali tagħha, in-nota verbali tas‑<DATE ISO="20091127">27 ta’ Novembru 2009</DATE> ma jistgħu, fi kwalunkwe każ, jagħtu lill-Unjoni status fi ħdan l-IMO li l-Komunità ma kellhiex.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, f’dak li jirrigwarda l-Artikolu 220 TFUE, huwa minnu li dan jagħti lill-Unjoni l-kompetenza sabiex tistabbilixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>l-forom kollha xierqa ta’ koperazzjoni ma’ l-organi tan-Nazzjonijiet Uniti u l-istituzzjonijiet speċjalizzati tagħha<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, filwaqt li l-Artikolu 229 tat-Trattat KEE kien jafda lill-Kummissjoni l-kompitu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>li tiżgura r-rabtiet utli kollha mal-korpi tan-Nazzjonijiet Uniti [u] tal-istituzzjonijiet speċjalizzati tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>. [traduzzjoni mhux uffiċjali]</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Madankollu, l-adozzjoni ta’ dan l-Artikolu 220 TFUE ma kellhiex bħala konsegwenza li l-Unjoni ssostitwixxiet ruħha għall-Kummissjoni bħala parti mill-ftehimiet ta’ kooperazzjoni konklużi minnha abbażi tal-Artikolu 229 tat-Trattat KEE, bħall-Ftehim ta’ Kooperazzjoni tal-1974. Fil-fatt, għalkemm, skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 1 TUE, mad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona l-Unjoni ssostitwixxiet ruħha u saret is-suċċessur tal-Komunità, la din l-aħħar dispożizzjoni u lanqas ebda dispożizzjoni oħra tat-Trattati ma pprevediet li l-Unjoni tista’ tissostitwixxi ruħha għall-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, il-fatt li l-Unjoni ma hijiex membru tal-IMO u ma kkonkludietx ftehimiet speċifiċi ma’ dan tal-aħħar li jippermettulha tipparteċipa fix-xogħol ta’ din l-organizzazzjoni ma jipprekludix li l-kompetenza esterna tagħha tkun tista’ tiġi effettivament eżerċitata f’dan il-qasam.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Għal dawn il-finijiet, minn naħa, għandu jiġi żgurat li l-Unjoni tkun f’pożizzjoni li teżerċita l-kompetenza tagħha fuq il-livell intern u li, fl-eżerċizzju tagħha, hija tiddefinixxi, skont il-proċedura applikabbli għall-qasam ikkonċernat, il-pożizzjoni tagħha stess.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, meta l-Unjoni ma tkunx membru ta’ organizzazzjoni internazzjonali u tkun għalhekk prekluża mid-dritt internazzjonali rilevanti milli teżerċita, fi ħdan tali organizzazzjoni, il-kompetenza tagħha fuq il-livell estern, din il-kompetenza tista’ tiġi eżerċitata, b’mod partikolari, mill-Istati Membri, li jaġixxu flimkien, skont id-dmir ta’ kooperazzjoni leali msemmi fl-Artikolu 4(3) TUE, fl-interess tal-Unjoni. F’dan il-kuntest, l-Istati Membri ma jistgħux jiġu preklużi milli jittrażmettu sottomissjonijiet lil din l-organizzazzjoni, irrispettivament minn jekk jikkonċernawx oqsma li jaqgħu taħt il-kompetenza esklużiva tal-Unjoni jew kompetenza li din tikkondividi mal-Istati Membri (ara, f’dan is-sens, l-Opinjoni 2/91 (Konvenzjoni Nru 170 tal-ILO), tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19930319">19 ta’ Marzu 1993</DATE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1993:106">EU:C:1993:106</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0005">5</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090212">12 ta’ Frar 2009</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Il-Greċja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑45/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:81">EU:C:2009:81</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u l-Opinjoni 1/13 (Adeżjoni ta’ Stati terzi mal-Konvenzjoni ta’ Den Haag), tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141014">14 ta’ Ottubru 2014</DATE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2303">EU:C:2014:2303</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>F’dan il-każ, huwa paċifiku li l-Kunsill approva, fuq proposta tal-Kummissjoni, is-sottomissjoni tal-Unjoni li kellha tiġi ppreżentata lill-IMO, sottomissjoni li l-Kummissjoni, kif ikkonfermat hija stess waqt is-seduta, la tikkontesta l-modalitajiet ta’ approvazzjoni u lanqas il-kontenut tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Madankollu, din is-sottomissjoni, għar-raġunijiet esposti fil-punti 53 sa 66 ta’ din is-sentenza, u irrispettivament mill-fatt li din taqax taħt il-kompetenza esklużiva jew taħt il-kompetenza kondiviża tal-Unjoni, ma setgħetx, fi kwalunkwe każ, tiġi ppreżentata lill-IMO f’isem l-Unjoni mingħajr ma tikser ir-regoli li jirregolaw ix-xogħol ta’ din l-organizzazzjoni. Għaldaqstant, il-Kunsill ġustament ikkunsidra li s-sottomissjoni kontenzjuża kellha tiġi ppreżentata mill-Istati Membri f’isimhom, li jaġixxu b’mod konġunt fl-interess tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>F’dak li jikkonċerna, fir-raba’ u l-aħħar lok, l-argument tal-Kummissjoni li jgħid li r-Repubblika tal-Kroazja ma setgħetx tittrażmetti s-sottomissjoni kontenzjuża mingħajr ma tikser il-kompetenza esterna tal-Unjoni u s-setgħa ta’ rappreżentanza esterna tal-Kummissjoni, huwa minnu li s-sempliċi fatt li l-Unjoni ma hijiex membru ta’ organizzazzjoni internazzjonali ma jawtorizzax lil Stat Membru, li jaġixxi individwalment fil-kuntest tal-parteċipazzjoni tiegħu f’organizzazzjoni internazzjonali, jieħu impenji li jistgħu jaffettwaw regoli tal-Unjoni adottati sabiex jitwettqu l-għanijiet tat-Trattat (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090212">12 ta’ Frar 2009</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Greċja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-45/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:81">EU:C:2009:81</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Madankollu, f’dan il-każ, mill-posta elettronika mibgħuta fis‑<DATE ISO="20200207">7 ta’ Frar 2020</DATE> lill-IMO mir-Repubblika tal-Kroazja jirriżulta li din, f’isem l-Istati Membri u l-Kummissjoni, sempliċement bagħtet lil din l-organizzazzjoni s-sottomissjoni kontenzjuża tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Ċertament, fid-dawl tar-relazzjonijiet stabbiliti mill-Kummissjoni mal-IMO skont il-Ftehim ta’ Kooperazzjoni tal-1974, u sa fejn id-dritt internazzjonali rilevanti ma jidhirx li jipprekludi dan, l-Istati Membri setgħu jagħtu lill-Kummissjoni r-responsabbiltà li tiżgura r-rappreżentanza tagħhom fl-eżerċizzju konġunt tagħhom, fl-interess tal-Unjoni, ta’ kompetenza esterna li hija kienet prekluża milli teżerċita skont ir-regoli applikabbli tal-Konvenzjoni IMO.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Madankollu, l-ebda dispożizzjoni tat-Trattati ma teżiġi li l-Istati Membri jattribwixxu lill-Kummissjoni r-responsabbiltà li tiżgura r-rappreżentanza tagħhom, minkejja li d-dritt internazzjonali rilevanti ma jipprekludix dan.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif irrileva essenzjalment l-Avukat Ġenerali fil-punt 84 tal-konklużjonijiet tiegħu, l-Artikolu 17(1) TUE, minbarra d-derogi li huwa jsemmi espressament, jagħti lill-Kummissjoni l-kompetenza esklużiva sabiex tiżgura biss ir-rappreżentanza tal-Unjoni u mhux tal-Istati Membri, inkluż meta dawn jaġixxu flimkien fl-interess tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Għalhekk, għandu jiġi kkonstatat li l-Istati Membri jibqgħu liberi li jiddeċiedu każ b’każ il-modalitajiet tar-rappreżentanza esterna tagħhom, inkluż meta jintervjenu, flimkien, fl-interess tal-Unjoni. Għal dawn il-finijiet, xejn ma jipprekludi lill-imsemmija Stati milli jinkarigaw, fosthom, lill-Istat Membru li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill, sakemm dan l-Istat Membru ma jaġixxi la individwalment u lanqas f’isem l-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal aktar ’il fuq, it-tieni motiv għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l‑ewwel motiv</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tippreżenta l-ewwel motiv tagħha biss sabiex tistabbilixxi li l-Unjoni kellha f’dan il-każ kompetenza esklużiva u li, għaldaqstant, is-sottomissjoni kontenzjuża kellha tiġi ppreżentata f’isem l-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Issa, għar-raġunijiet indikati fil-punti 51, 52 u 54 ta’ din is-sentenza, tkun xi tkun in-natura, esklużiva jew kondiviża, tal-kompetenza esterna tal-Unjoni li taħtha taqa’ s-sottomissjoni inkwistjoni, l-Unjoni ma setgħetx, fi kwalunkwe każ, tippreżenta hija stess din is-sottomissjoni lill-IMO b’osservanza tad-dritt internazzjonali rilevanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Sussegwentement, kif sostna wkoll essenzjalment l-Avukat Ġenerali fil-punt 97 tal-konklużjonijiet tiegħu, l-ewwel motiv huwa ineffettiv u għalhekk għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Billi ebda wieħed mill-motivi ma ntlaqa’, dan ir-rikors għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l‑ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>L-Artikolu 138(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja jipprovdi li l-parti li titlef il-kawża għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn jintalbu. F’dan il-każ, peress li l-Kummissjoni tilfet, hemm lok li tiġi kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Kunsill, konformement mat-talbiet ta’ dan tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>Barra minn hekk, konformement mal-Artikolu 140(1) tal-istess Regoli tal-Proċedura, l-Istati Membri li intervjenew fil-kawża għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom. Konsegwentement, ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Repubblika Franċiża, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju tal-Isvezja għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.</HT></TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="14"?><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Repubblika Franċiża, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju tal-Isvezja għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>