14.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 226/5


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10352 — CNP/UniCredit/Aviva Life/Aviva S.p.A.)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 226/05)

1.   

Fl-4 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

CNP Assurances S.A. (“CNP”, Franza), ikkontrollata minn Caisse des Dépôts et Consignations (“CDC”, Franza),

—

UniCredit S.p.A. (“UniCredit”, l-Italja),

—

Aviva Life S.p.A. (“Aviva Life”, l-Italja), li tappartjeni għall-grupp ta’ Aviva plc,

—

Aviva Italia Servizi, S.c.a.r.l. (“Aviva Servizi”, l-Italja), li tappartjeni għall-grupp ta’ Aviva plc,

—

Aviva S.p.A. (l-Italja), li tappartjeni għall-grupp ta’ Aviva plc.

CNP takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Aviva Life u Aviva Servizi, u CNP u Unicredit jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Aviva S.p.A.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

CNP tiżviluppa, tipprovdi u tiġġestixxi prodotti tal-assikurazzjoni globalment. Fl-Italja, CNP hija prinċipalment attiva fil-forniment ta’ prodotti tal-assikurazzjoni tal-ħajja.

—

UniCredit huwa grupp bankarju Taljan li jipprovdi servizzi bankarji u finanzjarji fl-Italja u f’għadd ta’ Stati Membri tal-UE u pajjiżi mhux tal-UE.

—

Aviva Life tipprovdi prodotti tal-assikurazzjoni tal-ħajja fl-Italja.

—

Aviva Servizi tipprovdi servizzi fiskali, amministrattivi u finanzjarji, teknoloġiji tal-informazzjoni, riżorsi umani, attwarji, kummerċjalizzazzjoni u komunikazzjoni u servizzi legali lill-azzjonisti tagħha fi ħdan il-grupp Aviva plc.

—

Aviva S.p.A. tipprovdi prodotti tal-assikurazzjoni tal-ħajja fl-Italja

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M. 10352 — CNP/UniCredit/Aviva Life/Aviva S.p.A.

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.