<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑291/11</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62011CJ0291</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:459">EU:C:2012:459</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAT-12.7.12 — KAWŻA C-291/11</P><P>TNT FREIGHT MANAGEMENT (AMSTERDAM)</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20120712">12 ta’ Lulju 2012</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Olandiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Tariffa Doganali Komuni</KEYWORD><KEYWORD>Nomenklatura magħquda</KEYWORD><KEYWORD>Intestaturi tariffarji 3002 u 3502</KEYWORD><KEYWORD>Albumina tad-demm ippreparata għal użi terapewtiċi jew profilattiċi</KEYWORD><KEYWORD>Ipproċessar tal-prodott</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-291/11,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20110513">13 ta’ Mejju 2011</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fid-<DATE ISO="20110609">9 ta’ Ġunju 2011</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Staatssecretaris van Financiën</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">TNT Freight Management (Amsterdam) BV,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn K. Lenaerts, President tal-Awla, R. Silva de Lapuerta, E. Juhász, G. Arestis (Relatur) u D. Šváby, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: E. Sharpston,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għall-Gvern Olandiż, minn C. Wissels u B. Koopman, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. van Beek u L. Bouyon, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tikkonċerna l-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-<DATE ISO="19870723">23 ta’ Lulju 1987</DATE>, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni ta’ Dwana (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1789/2003, tal-<DATE ISO="20030911">11 ta’ Settembru 2003</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 14, p. 3, iktar ’il quddiem in-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>NM<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), u b’mod iktar partikolari, tan-Noti 1(g) tal-Kapitolu 30 u 1(b) tal-Kapitolu 35 tan-NM.</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest tal-kawża bejn Staatssecretaris van Financiën (Segretarju tal-Istat għall-Finanzi) u TNT Freight Management (Amsterdam) BV (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>TNT<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) dwar il-ħlas tad-dazji doganali mitluba lil TNT għall-importazzjoni ta’ albumina tad-demm.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Is-sistema armonizzata</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u l-Kodifikazzjoni tal-Merkanzija (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>SA<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), konkluża fi Brussell fl-<DATE ISO="19830614">14 ta’ Ġunju 1983</DATE>, u l-Protokoll li jemendaha tal-<DATE ISO="19860624">24 ta’ Ġunju 1986</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Konvenzjoni fuq is-SA<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>) ġew approvati f’isem il-Komunità Ekonomika Ewropea permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/369/KEE, tas-<DATE ISO="19870407">7 ta’ April 1987</DATE>, dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u l-Kodifika ta’ Oġġetti u tal-Protokoll li Jemendaha (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 288).</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3(1)(a) tal-Konvenzjoni fuq is-SA, kull parti kontraenti tintrabat li n-nomenklaturi tariffarji u tal-istatistika tagħha jkunu konformi mas-SA, li tuża l-intestaturi u s-subintestaturi kollha tagħha, mingħajr żieda jew modifika, kif ukoll il-kodiċijiet konnessi magħhom, u li ssegwi l-ordni numeriku ta’ din is-sistema. L-istess dispożizzjoni tipprovdi li kull parti kontraenti tintrabat ukoll li tapplika r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tas-SA kif ukoll in-noti kollha tat-taqsimiet, tal-kapitoli u tas-subintestaturi tas-SA u li ma timmodifikax il-portata tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Bis-saħħa tal-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-SA, kumitat imsemmi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Kumitat tas-Sistema Armonizzata<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, kompost mir-rappreżentanti ta’ kull parti kontraenti, twaqqaf fi ħdan il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni Doganali. Ix-xogħol tiegħu jikkonsisti, b’mod partikolari, f’li jipproponi emendi għall-imsemmija konvenzjoni u f’li jifformula noti ta’ spjega, opinjonijiet ta’ klassifikazzjoni u opinjonijiet oħra dwar l-interpretazzjoni tas-SA.</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>In-nota ta’ spjega tas-SA li tikkonċerna l-intestatura 3002 tindika li din il-pożizzjoni tinkludi l-albumina tad-demm (pereżempju, l-albumina umana miksuba mit-tqassim tal-plażma ta’ demm uman) ippreparata għal skopijiet terapewtiċi jew profilattiċi u tippreċiża li l-albumina tad-demm li ma hijiex ippreparata għal dawn l-iskopijiet speċifiċi hija kklassifikata fl-intestatura 3502.</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>In-nota ta’ spjega tas-SA li tikkonċerna l-intestatura 3502 tindika, fil-punt 1 tagħha, li l-albumini kkonċernati f’din l-intestatura huma proteini tal-annimali jew veġetali li jintużaw b’mod partikolari fil-preparazzjoni ta’ adeżivi, ta’ ikel jew ta’ prodotti farmaċewtiċi. Minn din in-nota jidher ukoll li l-albumina tad-demm ippreparata għall-użi terapewtiċi jew profilattiċi hija eskluża mill-intestatura 3502.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">In-nomenklatura magħquda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Ir-Regolament Nru 2658/87 introduċa n-NM, li tirriproduċi l-intestaturi u s-subintestaturi b’sitt figuri tas-SA, peress li huma biss is-seba’ u t-tmien figuri li jifformaw is-subdiviżjonijiet li huma speċifiċi għaliha.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Għall-finijiet tas-soluzzjoni tal-kawża prinċipali, il-verżjonijiet applikabbli tan-NM huma dawk li jirriżultaw mir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2031/2001, tas-<DATE ISO="20010806">6 ta’ Awwissu 2001</DATE>, li jemenda l-Anness I tar-Regolament Nru 2658/87 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382), (KE) Nru 1832/2002, tal-<DATE ISO="20020801">1 ta’ Awwissu 2002</DATE>, li jemenda l-Anness I tar-Regolament Nru 2658/87 (JO L 279, p. 1), u Nru 1789/2003. Għal dak li jikkonċerna l-kawża preżenti, id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dawn it-tliet verżjonijiet huma identiċi.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Sabiex tiżgura, sa fejn huwa possibbli, applikazzjoni uniformi tat-Tariffa Doganali Komuni, l-Organizzazzjoni Dinjija Doganali inkludiet fis-SA numru ta’ dispożizzjonijiet preliminari vinkolanti, li ġew riprodotti fuq livell tal-Unjoni fir-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-NM. Dawn tal-aħħar, li jidhru fl-ewwel parti, Titolu I, Taqsima A, tan-NM jipprovdu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fin-[NM] għanda tkun irregolata mill-prinċipji li ġejjin.</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>It-titoli tat-taqsimiet, kapitoli u subkapitoli huma maħsubin għall-ħeffa ta’ referenza biss; għal għanijiet legali, il-klassifikazzjoni għandha tkun deċiża skond it-termini ta’ l-intestaturi u n-noti ta’ kwalunkwe taqsima jew kapitolu relattiv u, sakemm dawn l-intestaturi jew in-noti ma jkunux jeħtieġu mod ieħor, skond id-dispożizzjonijiet li ġejjin</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>Għal għanijiet legali, il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fis-subintestatura ta’ intestatura għandha tkun deċiża skond it-termini ta’ dawk is-subintestaturi u kwalunkwe noti ta’ subintestaturi relatati u, <HT TYPE="ITALIC">mutatis mutandis</HT> skond ir-regoli ta’ hawn fuq, skond il-kundizzjoni li subintestaturi fl-istess livell biss huma komparabbli. Għall-għanijiet ta’ din ir-regola t-taqsima relattiva u n-noti tal-kapitolu japplikaw ukoll, sakemm il-kuntest ma jitlobx mod ieħor;<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>It-tieni parti tan-NM tinkludi l-Kapitolu 30, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Prodotti farmaċewtiċi<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, li jinkludi l-intestatura 3002, li taqra hekk:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><TBL NO.SEQ="0001" CLASS="GEN" COLS="6"><CORPUS><ROW><CELL COL="1"><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>3002</CELL><CELL COLSPAN="5" COL="2">Demm uman; demm ta’ annimali ppreparat għall-użi terapewtiċi, profilattiċi jew dijanjostiċi; antisera u frazzjonijiet oħrajn tad-demm u prodotti immunoloġiċi modifikati, miksubin permezz ta’ proċessi bijoteknoloġiċi jew le; vaċċini, tossini, kulturi ta’ mikro-organiżmi (ħlief ħmira) u prodotti simili:</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">3002 10</CELL><CELL COLSPAN="5" COL="2">‐ Antisera u frazzjonijiet oħrajn tad-demm u prodotti immunoloġiċi modifikati, miksubin permezz ta’ proċessi bijoteknoloġiċi:</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">3002 10 10</CELL><CELL COLSPAN="5" COL="2">‐ ‐ Antisera</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><IE/></CELL><CELL COLSPAN="5" COL="2">‐ ‐ oħrajn:</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">3002 10 91</CELL><CELL COLSPAN="5" COL="2">‐ ‐ ‐ Emoglobina, globulini tad-demm u globulini tas-serum</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><IE/></CELL><CELL COLSPAN="5" COL="2">‐ ‐ ‐ oħrajn:</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">3002 10 95</CELL><CELL COLSPAN="5" COL="2">‐ ‐ ‐ ‐ ta’ oriġini umana</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">3002 10 99</CELL><CELL COLSPAN="5" COL="2">‐ ‐ ‐ ‐ oħrajn</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">3002 20 00</CELL><CELL COLSPAN="5" COL="2">‐ Vaċċini għall-mediċina umana</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">3002 30 00</CELL><CELL COLSPAN="5" COL="2">‐ Vaċċini għall-mediċina veterinarja</CELL></ROW><?PAGE NO="4"?><ROW><CELL COL="1">3002 90</CELL><CELL COLSPAN="5" COL="2">‐ oħrajn:</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">3002 90 10</CELL><CELL COLSPAN="5" COL="2">‐ ‐ Demm uman</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">3002 90 30</CELL><CELL COLSPAN="5" COL="2">‐ ‐ Demm tal-annimali ppreparat għall-użi terapewtiċi, profilattiċi jew ta’ dijanjosi [...]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></CELL></ROW></CORPUS></TBL></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Min-nota 1(g) tal-Kapitolu 30 tan-NM jirriżulta li din tal-aħħar ma tinkludix l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>albumina tad-demm mhux ippreparata għal użi terapewtiċi jew profilattiċi (titlu 3502)<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>L-intestatura 3502 tal-Kapitolu 35 tan-NM, intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Sustanzi albuminojdali; lamti modifikati; kolol; enzimi<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, taqra kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><TBL NO.SEQ="0002" CLASS="GEN" COLS="6"><CORPUS><ROW><CELL COL="1"><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>3502</CELL><CELL COLSPAN="5" COL="2">Albumini (inklużi konċentrati ta’ iktar proteini tax-xorrox, li fihom bil-piż iktar minn 80 % ta’ proteini tax-xorrox, meqjusin fuq il-materjal xott), albuminati u derivattivi oħrajn ta’ albumina:</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><IE/></CELL><CELL COLSPAN="5" COL="2">‐ Albumina tal-bajd:</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><IE/></CELL><CELL COLSPAN="5" COL="2">[...]</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">3502 20</CELL><CELL COLSPAN="5" COL="2">‐ Albumina tal-ħalib, inklużi konċentrati ta’ żewġ proteini jew iktar tax-xorrox:</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><IE/></CELL><CELL COLSPAN="5" COL="2">[...]</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">3502 90</CELL><CELL COLSPAN="5" COL="2">‐ oħrajn:</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><IE/></CELL><CELL COLSPAN="5" COL="2">‐ ‐ Albumini, ħlief albumina tal-bajd u albumina tal-ħalib</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">3502 90 20</CELL><CELL COLSPAN="5" COL="2">‐ ‐ ‐ Mhux tajbin, jew biex jingħamlu mhux tajbin, għall-konsum uman</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">3502 90 70</CELL><CELL COLSPAN="5" COL="2">‐ ‐ ‐ oħrajn</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><IE/></CELL><CELL COLSPAN="5" COL="2">[...]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></CELL></ROW></CORPUS></TBL></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>B’mod partikolari, min-nota 1(b) tal-Kapitolu 35 tan-NM jirriżulta li din tal-aħħar ma tinkludix il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>frazzjonijiet ta’ demm (ħlief l-albumina tad-demm mhux ippreparata għall-użi terapewtiċi jew profilattiċi), medikamenti jew prodotti oħrajn ta’ Kapitlu 30<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Skont it-tieni inċiż tal-Artikolu 9(1)(a) u l-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 2658/87, il-Kummissjoni Ewropea għandha tadotta n-noti ta’ spjega tan-NM wara li dawn jiġu eżaminati mit-Taqsima tan-Nomenklatura tat-Tariffa u tal-Istatistika tal-Kumitat tal-Kodiċi tad-Dwana. Dawn in-noti ta’ spjega jinkludu l-indikazzjonijiet segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>3002 10 95 oħrajn</P><P>u</P><P>3002 10 99 Dawn is-subtitli jinkludu sera <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>normali<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, plażma, fibrinoġena, fibrina u, sakemm dan kien preparat għal użi terapewtiċi jew profilattiċi, albumina tad-demm (eż., miksub mit-tqassim tal-plażma ta’ demm uman).</P><P>Albumin tad-demm mhux preparat għal użi terapewtiċi jew profilattiċi huma għalhekk esklużi (nota 1(g) għal dan il-kapitlu) (titlu 3502).<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Matul is-snin 2002, 2003 u 2004, TNT ippreżentat numru ta’ dikjarazzjonijiet bil-għan tar-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni libera ta’ merkanzija bl-isem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Bovuminar Cohn Fraction V ph. 7.0<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>. Din tikkonsisti f’albumina tad-demm, meħuda mid-demm tal-bovini u miksuba permezz tat-trasformazzjoni tal-plażma tad-demm b’żieda ta’ etanol u ta’ melħ u bl-adattazzjoni tal-grad ta’ aċidità (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>prodott inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>). Skont l-informazzjoni pprovduta mill-qorti tar-rinviju, dan il-prodott ma huwiex adattat għall-konsum mill-bniedem jew mill-annimali. Dan jintuża bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>bażi<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> għaċ-ċelloli u jikkostitwixxi wieħed mill-erbatax-il komponent fil-preparazzjoni ta’ ċerti proteini speċifiċi, imsejħa wkoll <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>antikorpi<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, li jintużaw fit-trattament ta’ ċertu mard u kundizzjonijiet. Barra minn hekk, min din l-informazzjoni jirriżulta li l-prezz fis-suq tal-prodott imsemmi huwa ta’ madwar USD 600 kull kilo, filwaqt li dak tal-albumina tad-demm użata fl-industrija tal-ikel hija ta’ USD 6 kull kilo.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Fid-dikjarazzjonijiet tagħha, TNT kienet għażlet, f’dak li jikkonċerna l-prodott inkwistjoni, is-Subintestatura 3002 10 10 tan-NM, li b’konsegwenza rriżulta f’eżenzjoni mid-dazji doganali għar-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni libera tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Wara dikjarazzjoni magħmula fid-<DATE ISO="20041219">19 ta’ Diċembru 2004</DATE>, ġie analizzat kampjun tal-imsemmi prodott. Mir-rapport stabbilit abbażi ta’ din l-analiżi jirriżulta li dan il-kampjun kien jikkonsisti f’albumina tad-demm ippreżentata f’forma ta’ trab ta’ kulur beige bil-qxur u ma kien hemm l-ebda indikazzjoni li dan il-prodott ġie ppreparat għal skopijiet terapewtiċi jew profilattiċi. Skont dan ir-rapport, it-tikketta mwaħħla fuq dan il-prodott kienet turi li seta’ jintuża biss għal skopijiet ta’ riċerka u ta’ trasformazzjoni supplimentari u li ma kienx intenzjonat għall-konsum mill-bniedem jew mill-annimali. B’riżultat ta’ din l-analiżi, ġiet applikata s-subintestatura tariffarja 3502 90 70 tan-NM għall-prodott inkwistjoni u għalhekk TNT ġiet mitluba tħallas id-dazji doganali korrispondenti abbażi ta’ kont tat-taxxa tal-<DATE ISO="20050725">25 ta’ Lulju 2005</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Billi l-ilment imressaq kontra dan il-kont tat-taxxa ġie miċħud, TNT ippreżentat rikors quddiem ir-Rechtbank te Haarlem (Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Haarlem).</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Din il-qorti ddikjarat ir-rikors fondat u annullat l-imsemmi kont tat-taxxa. L-awtorità doganali appellat mid-deċiżjoni tar-Rechtbank te Haarlem quddiem il-Gerechtshof te Amsterdam (Qorti tal-Appell ta’ Amsterdam) li kkonfermat din id-deċiżjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Il-Gerechtshof te Amsterdam qieset li l-użu tal-prodott inkwistjoni bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>bażi<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> għall-koltivazzjoni ta’ ċelloli kienet inerenti għal dan il-prodott u li użu ieħor, anki li kieku kien possibbli, ma kienx ikun, fi kwalunkwe każ, ta’ natura u ta’ qies tali li jaffettwa l-klassifikazzjoni tal-imsemmi prodott fin-NM. Din il-qorti kkunsidrat li, għalkemm il-prodott inkwistjoni ma kellux fih innifsu effett terapewtiku jew profilattiku, kien essenzjali għall-produzzjoni tal-antikorpi, li kellhom effett terapewtiku, u li għalhekk kien ippreparat għall-użu terapewtiku, fis-sens tan-nota 1(g) tal-Kapitolu 30 tan-NM. Għalhekk, l-imsemmija qorti kkunsidrat li dan il-prodott kellu jiġi kklassifikat fis-subintestatura 3002 90 tan-NM.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Id-deċiżjoni tal-Gerechtshof te Amsterdam kienet is-suġġet ta’ appell fuq punt ta’ liġi quddiem il-Hoge Raad der Nederlanden. Skont din tal-aħħar, il-ġurisprudenza tal-Qorti Ġenerali dwar dan il-qasam hija kontradittorja. Minn naħa, ċerti sentenzi jindikaw li l-prodotti kklassifikati fil-Kapitolu 30 tan-NM kellhom ikollhom fihom infushom proprjetajiet mediċinali. Min-naħa l-oħra, mis-sentenza tal-<DATE ISO="19950601">1 ta’ Ġunju 1995</DATE>, Thyssen Haniel Logistic (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-459/93" PAGE.ECR="I-1381" YEAR="1995">C-459/93, Ġabra p. I-1381</REF.DOC.ECR>), jirriżulta li prodotti mingħajr proprjetajiet mediċinali li, minħabba l-użu inerenti tagħhom u l-karatteristiċi partikolari tagħhom, huma intiżi sabiex jintużaw għal skopijiet mediċinali, jistgħu jiġu kklassifikati fil-Kapitolu 30 tan-NM.</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Hoge Raad der Nederlanden iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel id-domanda preliminari li ġejja lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>In-nota 1(g) tal-Kapitolu 30 tas-[SA], moqrija flimkien man-nota 1(b) tal-Kapitolu 35 tal-istess [SA], għandha tiġi interpretata fis-sens li l-albumina tad-demm, li fiha nnfisha ma għandha l-ebda effett terapewtiku jew profilattiku, iżda li ġiet ippreparata bil-għan ta’, u hija indispensabbli għall-preparazzjoni tal-prodotti li għandhom effett profilattiku jew terapewtiku, u li, min-natura tagħha, tista’ tintuża biss għal dan il-għan, ġiet ippreparata għal użu terapewtiku jew profilattiku fis-sens ta’ din in-nota?<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Osservazzjonijiet preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Għandu jiġi enfasizzat li l-qorti tar-rinviju, għalkemm tagħmel riferiment għall-intestaturi tariffarji tan-NM fid-deċiżjoni ta’ rinviju, titlob, permezz tad-domanda tagħha, l-interpretazzjoni tan-nota tal-kapitolu tas-SA.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Mingħajr ma hemm bżonn li tittieħed pożizzjoni dwar il-kwistjoni ta’ jekk il-Qorti Ġenerali hijiex kompetenti, fil-kuntest tal-kooperazzjoni bejn din tal-aħħar u l-qrati nazzjonali kif stabbilit fl-Artikolu 267 TFUE, sabiex tiddeċiedi fuq l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tas-SA, għandu jiġi kkonstatat li, fi kwalunkwe każ, ma huwiex neċessarju f’dan il-każ li tipproċedi għal tali interpretazzjoni peress li l-imsemmija dispożizzjonijiet huma applikabbli, fuq livell tal-Unjoni, biss permezz tan-NM, li hija stabbilita fuq il-bażi tas-SA (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<DATE ISO="20011023">23 ta’ Ottubru 2001</DATE>, Tridon, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-510/99" PAGE.ECR="I-7777" YEAR="2001">C-510/99, Ġabra. p. I-7777</REF.DOC.ECR>, punt 24).</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Konsegwentement, din id-domanda għandha tiġi kkunsidrata bħala li tirrigwarda l-interpretazzjoni tan-nota 1(g) tal-Kapitolu 30 tan-NM, li hija identika għan-nota 1(g) tal-Kapitolu 30 tas-SA.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk albumina tad-demm li ma għandhiex, fiha nfisha, effett terapewtiku jew profilattiku, iżda li ġiet immanifatturata għall-preparazzjoni ta’ prodotti li għandhom effett terapewtiku jew profilattiku u hija indispensabbli għal din il-preparazzjoni, u li, min-natura tagħha stess, tista’ tintuża biss għal dan l-iskop, ġietx ippreparata għall-użu terapewtiku jew profilattiku, fis-sens tan-nota 1(g) tal-Kapitolu 30 tan-NM, u li tidħol għalhekk fl-intestatura 3002 tan-NM.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Il-Gvern Olandiż isostni li l-albumina tad-demm għandha jkollha fiha nnifisha effett terapewtiku jew profilattiku sabiex tiġi kklassifikata fl-intestatura 3002. Huwa jqis li din l-interpretazzjoni toħroġ mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, b’mod partikolari mis-sentenzi tal-<DATE ISO="19951214">14 ta’ Diċembru 1995</DATE>, Colin u Dupré (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-106/94+C-139/94" PAGE.ECR="I-4759" YEAR="1995">C-106/94 u C-139/94, Ġabra p. I-4759</REF.DOC.ECR>); tal-<DATE ISO="19981210">10 ta’ Diċembru 1998</DATE>, Glob-Sped (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-328/97" PAGE.ECR="I-8357" YEAR="1998">C-328/97, Ġabra p. I-8357</REF.DOC.ECR>), u tas-<DATE ISO="20020307">7 ta’ Marzu 2002</DATE>, Biochem (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-259/00" PAGE.ECR="I-2461" YEAR="2002">C-259/00, Ġabra p. I-2461</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tqis, min-naħa l-oħra, li albumina tad-demm li ma tistax tintuża direttament għal skopijiet terapewtiċi jew profilattiċi, iżda li hija madankollu intenzjonata għall-istess skopijiet wara li tkun suġġetta għal-preparazzjoni speċifika, tista’ tiġi kklassifikata fl-intestatura tariffarja 3002, madankollu bil-kundizzjoni li dan il-prodott ikun jeħtieġ biss operazzjoni sempliċi sabiex jikseb valur terapewtiku jew profilattiku.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, fl-interess taċ-ċertezza legali u tal-faċilità tal-kontrolli, il-kriterju deċiżiv għall-klassifikazzjoni tariffarja tal-merkanziji għandu jitfittex, b’mod ġenerali, fil-karatteristiċi u l-proprjetajiet oġġettivi tagħhom, hekk kif iddefiniti mill-kliem tal-intestatura tan-NM u tan-noti tat-taqsimiet jew tal-kapitoli. (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tad-<DATE ISO="20001019">19 ta’ Ottubru 2000</DATE>, Peacock, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-339/98" PAGE.ECR="I-8947" YEAR="2000"><?PAGE NO="7"?>C-339/98, Ġabra p. I-8947</REF.DOC.ECR>, punt 9; tas-<DATE ISO="20040916">16 ta’ Settembru 2004</DATE>, DFDS, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-396/02" PAGE.ECR="I-8439" YEAR="2004">C-396/02, Ġabra p. I-8439</REF.DOC.ECR>, punt 27; tal-<DATE ISO="20050915">15 ta’ Settembru 2005</DATE>, Intermodal Transports, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-495/03" PAGE.ECR="I-8151" YEAR="2005">C-495/03, Ġabra p. I-8151</REF.DOC.ECR>, punt 47, u tat-<DATE ISO="20070718">18 ta’ Lulju 2007</DATE>, Olicom, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-142/06" PAGE.ECR="I-6675" YEAR="2007">C-142/06, Ġabra p. I-6675</REF.DOC.ECR>, punt 16).</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Effettivament, mir-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-NM Nru 1 u Nru 6 jirriżulta li l-klassifikazzjoni tal-merkanziji hija ddeterminata legalment kemm mill-kliem tal-intestaturi u tas-subintestaturi kif ukoll min-noti tat-taqsimiet u tal-kapitoli ta’ nomenklatura li għandhom saħħa legali vinkolanti.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Barra minn hekk, in-noti ta’ spjega mfassla, għal dak li jikkonċerna n-NM, mill-Kummissjoni u, għal dak li jikkonċerna s-SA, mill-Organizzazzjoni Doganali Dinjija jikkontribwixxu b’mod sostanzjali għall-interpretazzjoni tal-portata tad-diversi intestaturi tariffarji mingħajr madankollu ma huma legalment vinkolanti (sentenza tas-<DATE ISO="20061026">26 ta’ Ottubru 2006</DATE>, Turbon International, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-250/05" PAGE.ECR="I-10531" YEAR="2006">C-250/05, Ġabra p. I-10531</REF.DOC.ECR>, punt 16).</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar ukoll li l-użu tal-prodott jista’ jikkostitwixxi kriterju oġġettiv ta’ klassifikazzjoni sakemm dan ikun inerenti għall-imsemmi prodott, peress li din in-natura inerenti għandha tkun tista’ tiġi evalwata skont il-karatteristiċi u l-proprjetajiet oġġettivi tiegħu (ara s-sentenzi Thyssen Haniel Logistic, iċċitata iktar ’il fuq, punt 13; tal-<DATE ISO="20070215">15 ta’ Frar 2007</DATE>, RUMA, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-183/06" PAGE.ECR="I-1559" YEAR="2007">C-183/06, Ġabra p. I-1559</REF.DOC.ECR>, punt 36, u Olicom, iċċitata iktar ’il fuq, punt 18).</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-prodott inkwistjoni huwa albumina tad-demm ta’ oriġini bovinali li tikkostitwixxi wieħed mill-erbatax-il komponent fil-preparazzjoni ta’ ċerti proteini speċifiċi, imsejħa wkoll <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>antikorpi<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, li jintużaw fit-trattament ta’ ċertu mard u kundizzjonijiet. Huwa stabbilit li dan il-prodott, indispensabbli għall-produzzjoni ta’ dawn l-antikorpi, huwa intenzjonat għal użu terapewtiku.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat li fin-NM hemm riferiment espliċitu għall-albumina tad-demm. B’hekk, in-nota 1(g) tal-Kapitolu 30 tagħha tiddikjara li dan il-kapitolu ma jinkludix l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>albumina tad-demm mhux ippreparata għal użi terapewtiċi jew profilattiċi (titlu 3502).<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> B’mod parallel, in-nota 1(b) tal-Kapitolu 35 tan-NM jipprovdi li dan tal-aħħar ma jinkludix <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>frazzjonijiet ta’ demm (ħlief albumina ta’ demm mhux ippreparata għal użi terapewtiċi jew profilattiċi), medikamenti jew prodotti oħrajn ta’ Kapitlu 30<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Għalhekk, il-formulazzjoni ta’ dawn in-noti tagħti importanza determinanti lill-użu tal-albumina tad-demm. Din tal-aħħar għandha tkun ippreparata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>għall-użi terapewtiċi jew profilattiċi<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> sabiex tiġi kklassifikata fil-Kapitolu 30 u, b’mod iktar preċiż, fl-intestatura 3002 tan-NM.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li la n-noti tal-kapitoli msemmija iktar ’il fuq u lanqas in-noti ta’ spjega dwar l-intestaturi tariffarji 3002 u 3502 ma jindikaw li l-albumina tad-demm imsemmija fin-nota 1(g) tal-Kapitolu 30 tan-NM għandu jkollha, fiha nnifisha, proprjetajiet terapewtiċi jew profilattiċi.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi kkonstatat li l-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 28 ta’ din is-sentenza tikkonċerna prodotti li jaqgħu taħt il-Kapitolu 30 tan-NM li effettivament għandhom proprjetajiet kurattivi jew preventivi, dan ma jippermettix l-esklużjoni minn dan il-kapitolu ta’ prodotti li, mingħajr ma huma intrinsikament ta’ natura terapewtika jew profilattika, huma intenzjonati għall-skopijiet terapewtiċi jew profilattiċi wara li jiġu suġġetti għal-preparazzjoni speċifika.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Kif jingħad mill-Kummissjoni, l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>ippreparata għal<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> għandha tinftiehem bħala li għandha żewġ aspetti. Għalhekk, prodott jista’ jew, min-natura tiegħu stess, jintuża direttament għal skopijiet terapewtiċi jew profilattiċi, jew ikun ippreparat għal dawn l-istess skopijiet. Konsegwentement, il-fatt li l-prodott inkwistjoni ma jistax jintuża direttament għal tali skopijiet ma jeskludix li, meta jgħaddi mid-dwana, dan jista’ minkejja kollox ikun ikkunsidrat, abbażi tal-karatteristiċi u tal-proprjetajiet oġġettivi tiegħu, bħala li huwa ppreparat għall-użi terapewtiċi jew profilattiċi.</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li, sabiex tikklassifika prodotti fil-Kapitolu 30 tan-NM, il-Qorti tal-Ġustizzja eżaminat jekk dawn il-prodotti kellhomx profil terapewtiku jew profilattiku nettament iddefinit, li l-effett tagħhom jiffoka fuq funzjonijiet preċiżi tal-organiżmu uman jew inkella jekk setgħux jiġu applikati fil-prevenzjoni jew fit-trattament ta’ marda jew kundizzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-<DATE ISO="19971106">6 ta’ Novembru 1997</DATE>, LTM, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-201/96" PAGE.ECR="I-6147" YEAR="1997">C-201/96, Ġabra p. I-6147</REF.DOC.ECR>, punti 37 u 45, kif ukoll tat-<DATE ISO="19980312">12 ta’ Marzu 1998</DATE>, Laboratoires Sarget, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-270/96" PAGE.ECR="I-1121" YEAR="1998">C-270/96, Ġabra p. I-1121</REF.DOC.ECR>, punti 39 u 48).</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Mis-sentenza Thyssen Haniel Logistic, iċċitata iktar ’il fuq, jista’ jiġi wkoll dedott li prodott li, minħabba l-karatteristiċi u l-proprjetajiet oġġettivi tiegħu, huwa naturalment intenzjonat għall-użu mediku, jista’ jiġi kklassifikat fil-kapitolu 30 tan-NM. Fl-imsemmija sentenza, kien hemm inkwistjoni trab sterili kompost minn taħlita ta’ amino aċidi li, wara ż-żieda tal-ilma, kien jiġi amministrat f’forma ta’ soluzzjoni għall-perfużjonijiet, fil-kuntest ta’ trattament mediku. Għalhekk, dan il-prodott kien nieqes, inkwantu tali, minn proprjetajiet mediċinali, iżda madankollu ġie kklassifikat fil-Kapitolu 30 tan-NM minħabba l-użu tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Għandu għalhekk jiġi deċiż li albumina tad-demm li ma għandhiex, fiha nnifisha, effett terapewtiku iżda li tiġi applikata fil-prevenzjoni jew fit-trattament ta’ xi marda jew kundizzjoni, għandha, sakemm hija tkun intenzjonata speċifikament għal dan l-użu, tkun ikkunsidrata bħala ppreparata għall-użi terapewtiċi, fis-sens tan-nota 1(g) tal-Kapitolu 30 tan-NM.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, ma tistax tiġi aċċettata l-pożizzjoni tal-Kummissjoni li tgħid li huwa biss prodott li jkun għadda minn operazzjoni sempliċi sabiex jikseb valur terapewtiku jew profilattiku li jista’ jiġi kklassifikat fl-intestatura tariffarja 3002.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Effettivament, la n-NM applikabbli fid-data ta’ meta seħħew il-fatti fil-kawża prinċipali, la n-noti ta’ spjega dwar l-intestaturi 3002 u 3502, u lanqas il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ma jippermettu d-definizzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>operazzjoni sempliċi<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> u li jiġi ddeterminat sa liema stadju t-trasformazzjoni ta’ prodott tista’ titqies bħala sostanzjali.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kriterju ta’ klassifikazzjoni bħal dak issuġġerit mill-Kummissjoni la jippermetti li tiġi ggarantita ċ-ċertezza legali u lanqas li tiġi żgurata l-faċilità tal-kontrolli. Effettivament, peress li l-introduzzjoni min-naħa tal-Qorti tal-Ġustizzja ta’ kriterji marbuta mat-trasformazzjoni ta’ prodott għal skopijiet terapewtiċi jew profilattiċi, tirrigwarda b’mod partikolari qasam suġġett għall-iżvilupp tat-teknoloġiji, dan jista’ jagħti lok għal evalwazzjonijiet li ma jaqblux bejniethom u għalhekk li jinkludi l-applikazzjoni uniformi tan-NM fl-Unjoni Ewropea.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Hija l-qorti tar-rinviju li għandha, abbażi tal-indikazzjonijiet esposti iktar ’il fuq, tikklassifika l-prodott inkwistjoni, billi tivverifika jekk, waqt id-dikjarazzjoni tad-dwana deherx li, fid-dawl tal-karatteristiċi u tal-proprjetajiet oġġettivi tiegħu, dan il-prodott kien intenzjonat għall-preparazzjoni ta’ prodotti li għandhom effett terapewtiku jew profilattiku.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li n-nota 1(g) tal-Kapitolu 30 tan-NM, moqrija flimkien man-nota 1(b) tal-Kapitolu 35 ta’ din in-nomenklatura, għandha tiġi interpretata fis-sens li albumina tad-demm li fiha nnifisha ma għandha l-ebda effett terapewtiku jew profilattiku, iżda li ġiet prodotta għall-preparazzjoni ta’ prodotti li għandhom effett profilattiku jew terapewtiku u hija indispensabbli għal din il-preparazzjoni, u li, min-natura tagħha stess, tista’ tintuża biss għal dan il-għan, ġiet ippreparata għal użu terapewtiku jew profilattiku, fis-sens ta’ din in-nota.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">In-nota 1(g) tal-Kapitolu 30 tan-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-<DATE ISO="19870723">23 ta’ Lulju 1987</DATE>, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1789/2003, tal-<DATE ISO="20030911">11 ta’ Settembru 2003</DATE>, moqrija flimkien man-nota 1(b) tal-Kapitolu 35 ta’ din in-nomenklatura, għandha tiġi interpretata fis-sens li albumina tad-demm li fiha nnifisha ma għandha l-ebda effett terapewtiku jew profilattiku, iżda li ġiet prodotta għall-preparazzjoni tal-prodotti li għandhom effett profilattiku jew terapewtiku u hija indispensabbli għal din il-preparazzjoni, u li, min-natura tagħha stess, tista’ tintuża biss għal dan il-għan, ġiet ippreparata għal użu terapewtiku jew profilattiku, fis-sens ta’ din in-nota.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>