31976R1513



Official Journal L 169 , 28/06/1976 P. 0022 - 0023
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 7 P. 0148
Greek special edition: Chapter 03 Volume 15 P. 0177
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 7 P. 0148
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 10 P. 0161
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 10 P. 0161


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1513/76

tal-24 ta’ Ġunju 1976

rigward l-importazzjoni ta’ granza, ponot, jew residwi oħra li jiġu mill-għarbil, bit-tħin jew b’xi xogħol ieħor fuq ċertu ċereali li jiġu mit-Tuneżija

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 43 u 113 hemm imsemmija,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Billi l-Ftehim ta’ Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta’ Tuneżija u l-Ftehim Interim [2] fuq l-implimentazzjoni avvanzata ta’ ċerti disposizzjonijiet tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni ġew iffirmati fil-25 ta’ April 1976;

Billi, taħt l-Artikolu 22 tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni u l-Artikolu 15 tal-Ftehim Interim, sakemm it-Tuneżija timponi imposta speċjali fuq esportazzjoni ta’ granza, ponot u residwi meħuda mill-għarbil, bit-tħin jew b’xi xogħol ieħor fuq ċereali, ħlief għall-qamħirrun jew ross, li jaqgħu taħt is-sottotitlu 23.02 A II tat-Tariffi Komuni Doganali, il-komponent varjabbli ta’ imposta ta’ importazzjoni tkun imnaqqsa b’ammont ekwivalenti ta’ 60 % tal-medja tal-komponenti varjabbli ta’ t-taxxi fuq il-prodott ikkonċernat għat-tlett xhur qabel ix-xahar li dan l-ammont jiġi stabbilit u l-komponent fiss ma jiġix impost;

Billi din il-imposta speċjali fuq l-esportazzjoni trid tiġi riflessa fil-prezz ta’ importazzjoni ta’ dawn il-prodotti fil-Komunità;

Billi, sabiex jiżgura li dawn il-Ftehim jitħaddmu kif suppost, għandhom jittieħdu miżuri li jġegħlu l-importatur fil-perjodu li l-granza, ponot u r-residwi l-oħra huma importati, sabiex ifornu prova li l-ħlas speċjali fuq l-esportazzjoni ġie miġbur fit-Tuneżija;

Billi, inter alia għall-Ftehim fil-format ta’ bdil ta’ ittri rigward l-Artikolu 22 tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni u l-Artikolu 15 tal-Ftehim Interim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tat-Tuneżija rigward l-importazzjoni fil-Komunità ta’ granza u ponot li oriġinaw fit-Tuneżija [3], dawn il-Ftehim jinħtieġu regoli ddettaljati għall-applikazzjoni,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-komponent varjabbli ta’ imposta fuq l-importazzjoni fil-Komunità ta’ granza, ponot u residwi meħuda mill-għarbil, bit-tħin jew b’xi xogħol ieħor fuq ċereali, ħlief għall-qamħirrun jew ross, li jaqgħu taħt is-subintestatura 23.02 A. II tat-Tariffi Komuni Dagonali li oriġinaw fit-Tuneżija tkun dik ikkalkulata skond l-Artiklolu 2 tar-Regoloament tal-Kunsill (KEE) Nru 2744/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 fuq l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta’ prodotti pproċessati minn ċereali u ross [4], nieqes ammont ekwivalenti ta’ 60 % tal-medja ta’ komponenti varjabbli fuq taxxi tal-prodott partikolari għat-tliet xhur qabel ix-xahar li t-tali ammont huwa stabbilit.

Artikolu 2

L-Artikolu 1 għandu japplika għall-importazzjoni li tiegħu l-importatur jista’ jforni prova li l-imposta speċjali fuq l-esportazzjoni nġabret mit-Tuneżija skond l-Artikolu 22 tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni jew ma’ l-Artikolu 15 tal-Ftehim Interim.

Artikolu 3

Regoli ddetaljati ta’ l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, partikolarment rigward l-iffissar ta’ l-ammonti li bih il-imposta trid tiġi mnaqqsa, tkun adottata skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 26 tar-Regolament Nru 359/67/KEE.

Artikolu 4

Il-komponent stabbilit ta’ imposta fuq l-importazzjoni fil-Komunità ta’ granza, ponot u residwi meħuda mill-għarbil, bit- tħin jew b’xi xogħol ieħor fuq ċereali, ħlief għall-qamħirrun jew ross, li jaqaw taħt is-sottotitlu 23.02 A. II tat-Tariffi Komuni Dagonali li oriġinaw fit-Tuneżija ma għandux ikun impost.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-24 ta’ Ġunju 1976.

Għall-Kunsill

Il-President

G. Thorn

[1] Opinjoni mogħtija fit-18 ta’ Ġunju 1976 u li għadha mhux ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

[2] ĠU L 141, tat-28.5.1976, p. 195.

[3] Ara paġna 20 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali

[4] ĠU L 281, ta’ l-1.11.1975, p. 65.

--------------------------------------------------