24.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 47/4


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 147/2010

tat-23 ta’ Frar 2010

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Pemento do Couto (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, u skont l-Artikolu 17(2) tal-istess Regolament, l-applikazzjoni ta' Spanja għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Pemento do Couto” ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2).

(2)

Ġaladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tkun irreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament b’dan hija rreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Frar 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)   ĠU C 140, 20.6.2009, p. 9.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.6.   Frott, ħaxix u ċereali friski jew ipproċessati

SPANJA

Pemento do Couto (IĠP)