Official Journal L 338 , 22/11/1989 P. 0009 - 0010
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 7 P. 0103
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 7 P. 0103
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3482/89 ta' l-20 ta' Novembru 1989 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-nomenklatura magħquda IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIOET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 [1] dwar in-nomenklatura tat-tariffi u ta' l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni, kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3469/89 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu, Billi, sabiex tiġi assigurata l-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura komuni annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri dwar il-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament; Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 ippreskriva r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura komuni u dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija totalment jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid xi suddiviżjonijiet addizzjonali magħha u li hija stabbilita permezz ta' disposizzjonijiet Komunitarji speċifiċi, bil-għan li jiġu applikati tariffi jew miżuri oħra li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ ta' l-oġġetti; Billi, skond ir-regoli ġenerali msemmija, l-oġġetti deskritti fl-ewwel kolonna tat-tabella annessa mar-Regolament preżenti jridu jiġu klassifikati skond il-kodiċi NM propizji indikati fil-kolonna 2, għar-raġunijiet imsemmija fil-kolonna 3; Billi l-miżuri provduti minn dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tan-Nomenklatura, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-oġġetti deskritti fl-ewwel kolonna 1 tat-tabella annessa issa huma klassifikati fin-nomenklatura komuni skond il-kodiċi NM propizji ndikati fil-kolonna 2 tat-tabella msemmija. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, fl-20 ta' Novembru 1989. Għall-Kummissjoni Christiane Scrivener Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 256, tal-7.9.1987, p. 1. [2] ĠU L 337, tal-21.11.1989, p. 5. -------------------------------------------------- ANNESS Deskrizzjoni ta' l-oġġetti | Klassifikazzjoni tal-Kodiċi NM | Raġunijiet | 1 | 2 | 3 | 1.Il-ġnub tal-lemin jew tax-xellug ta' bakkaljaw immellaħ, mingħajr ir-ras, ix-xewka tad-dahar, galġi jew imsaren, bil-ġilda u x-xewk (epipleuralis), imma mingħajr ebda xewk ieħor, magħrufa bħala flettijiet standard | 03053090 | Il-klassifikazzjoni hija stabbilita skond id-disposizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura komuni u permezz tal-kliem tal-kodiċi NM 0305, 030530 u 03053090. Il-prodott għandu jitqies bħala flett skond it-tifsira tan-noti spjegatorji tal-kodiċi NM 03053011 sa 03053090 u 03042011 sa 03042099, it-tieni paragrafu | 2.Preparazzjoni ta' ikel li jkun fiha:99,2 % zokkor tal-kannammieli0,6 % aspartame0,2 % acesulphame KIl-prodott jiġi ppreżentat bħala kaxxi żgħar u użat bħala sustanza ħelwa għad-dieti | 21069099 | Il-klassifikazzjoni hija stabbilita skond id-disposizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura komuni u permezz tal-kliem tal-kodiċi NM 2106, 210690 u 21069099. Minħabba l-potenzjal għoli tà ħlewwa tas-sustanzi ħelwin sintetiċi li jinsabu fil-prodott, il-prodott tilef il-karattru taz-zokkor tal-Kodiċi NM 1701 u jiġi klassifikat bħala preparazzjoni ta' l-ikel (ara wkoll n-noti spjegatorji HS, titolu 2106, it-tieni subparagrafu, punt 10) | --------------------------------------------------