31999D0518



Official Journal L 197 , 29/07/1999 P. 0050 - 0050


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-28 ta’ Lulju 1999

li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/360/KE dwar it-tnaqqis fil-frekwenza tal-kontrolli fiżiċi fuq il-kunsinni ta’ ċerti prodotti li għandhom jiġu importati minn pajjiżi terzi, skond id-Direttiva tal-Kunsill 90/675/KEE

(notifikata taħt id-dokument numru C(1999) 2517)

(Test b’ rilevanza għall-ŻEE)

(1999/518/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi il-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistabilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjonijiet ta’ kontrolli veterinarji fuq il-prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi [1] u b’ mod partikolari l-Artikolu 22(6) tagħha,

(1) Billi l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Isvizzera, fis-16 ta’ Lulju 1999, infurmaw lis-servizzi tal-Kummissjoni li d-diethylstilboestrol (DES) instab f’żewġ okkażjonijiet fil-laħam taċ-ċanga importat minn stabbiliment fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika (USA);

(2) Billi l-użu tad-DES, minħabba l-proprjetajiet tossiċi tiegħu, huwa pprojbit taħt l-Artikolu 2(a) u l-Artikolu 3(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 96/22/KE dwar il-projbizzjoni fuq l-użu ta’ l-istockfarming ta’ ċerti sustanzi li għandhom attività ormonali jew azzjoni thyrostatika ta’ beta agonists [2];

(3) Billi għall-istess raġunijiet, l-użu tad-DES huwa wkoll ipprojbit fil-USA;

(4) Billi s-servizzi tal-Kummissjoni ma rċevewx ebda spjegazzjoni uffiċjali mill-awtoritajiet fl-Istati Uniti tal-Amerika dwar din il-problema jew dwar il-miżuri li ttieħdu biex din is-sitwazzjoni tiġi kkontrollata;

(5) Billi l-miżuri ta’ spezzjoni li jittieħdu fil-posti ta’ l-ispezzjoni fil-fruntieri tal-Komunità għandhom jinkludu l-ittestjar speċifiku għall-istilbenes;

(6) Billi l-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fid-Deċiżjoni 94/360/KE [3], it-tieni inċiż tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 1(a) qed jinbidel bit-test li ġej:

"— żewġ kampjuni uffiċjali għandhom jittieħdu minn kull kunsinna u jiġu eżaminati għar-residwi ta’ kull wieħed mill-ormoni xenobiotiċi melengestrol acetate, trenbolone, zeranol, and stilbenes inkluż id-diethylstilboestrol, u għal livelli anormalment għolja ta’ residwu ta’ l-ormoni naturali 17 beta oestradiol, progesterone u testosterone."

.

Artikolu 2

Din id-deċiżjoni qed tiġi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-28 ta’ Lulju 1999.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 24, tat-30.1.1998, p. 9.

[2] ĠU L 125, tat-23.5.1996, p. 3.

[3] ĠU L 158, tal-25.6.1994, p. 41.

--------------------------------------------------