12008E210

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea - IL-ĦAMES PARTI L-AZZJONI ESTERNA TA' L-UNJONI - TITOLU III: IL-KOPERAZZJONI MAL-PAJJIŻI TERZI U L-GĦAJNUNA UMANITARJA - Kapitolu 1: Il-koperazzjoni fl-iżvilupp - Artikolu 210 (ex Artikolu 180 TKE)

Official Journal 115 , 09/05/2008 P. 0142 - 0142


Artikolu 210

(ex Artikolu 180 TKE)

1. Sabiex tippromwovi l-komplementarità u l-effikaċja ta' l-azzjoni tagħhom, l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jikkoordinaw il-linji ta' politika tagħhom dwar il-koperazzjoni għall-iżvilupp u għandhom jikkonsultaw lil xulxin dwar il-programmi tagħhom ta' għajnuna, ukoll fl-organizzazzjonijiet internazzjonali u f'konferenzi internazzjonali. Huma jistgħu jieħdu azzjoni konġunta. Jekk ikun meħtieġ, l-Istati Membri għandhom jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-programmi ta' għajnuna ta' l-Unjoni.

2. Il-Kummissjoni tista’ tieħu kull inizjattiva utli sabiex tippromwovi l-koordinazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

--------------------------------------------------