<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑83/11</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62011CJ0083</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:519">EU:C:2012:519</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>11</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>11</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20120905">5.9.2012</DATE> — KAWŻA C-83/11</P><P>RAHMAN <HT TYPE="ITALIC">ET</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Awla Manja)</P><P><DATE ISO="20120905">5 ta’ Settembru 2012</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Direttiva 2004/38/KE</KEYWORD><KEYWORD>Dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom li jiċċaqilqu u li jirrisjedu liberament fit-territorju tal-Istati Membri</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 3(2)</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu li jiġu ffaċilitati, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, id-dħul u r-residenza ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>kwalunkwe membri oħrajn tal-familja<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/> dipendenti ta’ ċittadin tal-Unjoni</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-83/11,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Upper Tribunal (Immigration and Asylum Chamber) (ir-Renju Unit), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20110203">3 ta’ Frar 2011</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20110222">22 ta’ Frar 2011</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Secretary of State for the Home Department</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Muhammad Sazzadur Rahman,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Fazly Rabby Islam,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Mohibullah Rahman,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja),</P><P>komposta minn V. Skouris, President, A. Tizzano, J. N. Cunha Rodrigues, K. Lenaerts, J.-C. Bonichot, A. Prechal, Presidenti ta’ Awla, R. Silva de Lapuerta, K. Schiemann, E. Juhász, G. Arestis, M. Ilešič (Relatur), M. Berger u E. Jarašiūnas, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: Y. Bot,</P><P>Reġistratur: L. Hewlett, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20120214">14 ta’ Frar 2012</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għas-Centre for Advice on Individual Rights in Europe (AIRE Centre), minn A. Weiss, kif ukoll minn N. Mole u S. Chaudary, konsulenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern tar-Renju Unit, minn L. Seeboruth, bħala aġent, assistit minn R. Palmer, barrister,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Belġjan, minn T. Materne, bħala aġent,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Gvern Daniż, minn C. Vang u V. Pasternak Jørgensen, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn A. Wiedmann, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn L. D’Ascia, avvocato dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Olandiż, minn C. Wissels u M. Bulterman, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn M. Szpunar, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn C. Tufvesson u M. Wilderspin, bħala aġenti.</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas-<DATE ISO="20120327">27 ta’ Marzu 2012</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE>, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5 Vol. 5, p. 46).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn is-Secretary of State for the Home Department (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Secretary of State<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) u Muhammad Sazzadur Rahman, Fazly Rabby Islam u Mohibullah Rahman, ċittadini Bengaliżi, dwar it-talba ta’ dawn tal-aħħar sabiex jibbenefikaw minn permess ta’ residenza fir-Renju Unit bħala membri tal-familja ta’ ċittadin ta’ Stat fiż-Żona Ekonomika Ewropea (iktar ’il quddiem iż-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>ŻEE<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>).</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2004/38</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessa 6 tad-Direttiva 2004/38 tipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Sabiex tinżamm l-unità tal-familja fis-sens l-aktar wiesgħa u mingħajr diskriminazzjoni minħabba ċ-ċittadinanza, is-sitwazzjoni ta’ dawk il-persuni li mhumiex inklużi fid-definizzjoni ta’ membri ta’ familja taħt din id-Direttiva, u li għalhekk ma jgawdux minn dritt awtomatiku ta’ dħul u ta’ residenza fl-Istat Membru ospitanti, għandha tiġi eżaminata mill-Istat Membru ospitanti skond il-bażi tal-leġislazzjoni nazzjonali tiegħu, sabiex jiddeċiedi jekk id-dħul u r-residenza għandhomx jiġu awtorizzati lil dawn il-persuni, waqt li titqies ir-relazzjoni tagħhom maċ-ċittadin ta’ l-Unjoni jew kwalunkwe ċirkostanzi oħrajn, bħad-dipendenza finanzjarja jew fiżika fuq iċ-ċittadin ta’ l-Unjoni.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2(2), tad-Direttiva 2004/38, għall-finijiet ta’ din id-direttiva, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>membru tal-familja<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> tfisser:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>(a)</NO.P><TXT>ir-raġel jew martu;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>is-sieħeb/sieħba li daħal/daħlet f’kuntratt ta’ unjoni reġistrata maċ-ċittadin/a ta’ l-Unjon […];</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="3"?><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>id-dixxendenti diretti li għandhom inqas minn 21 sena jew li huma dipendenti u dawk tar-raġel jew tal-mara jew tas-sieħeb/sieħba kif imfissra fil-punt (b);</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>il-qraba diretti dipendenti u dawk tar-raġel jew tal-mara jew tas-sieħeb/sieħba kif imfissra fil-punt (b)<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tad-Direttiva 2004/38 intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Benefiċjarji<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Din id-Direttiva għandha tapplika għaċ-ċittadini kollha ta’ l-Unjoni li jiċċaqilqu jew li jgħixu fi Stat Membru għajr iċ-ċittadini ta’ l-istess Stat Membru, u għall-membri tal-familja tagħhom kif imfissra fil-punt 2 ta’ l-Artikolu 2 li jakkumpanjawhom jew li jingħaqdu magħhom.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dritt ta’ moviment liberu u residenza li l-persuni kkonċernati jista’ jkollhom, l-Istat Membru ospitanti, skond il-leġislazzjoni nazzjonali, għandu jiffaċilita d-dħul u r-residenza tal-persuni li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>kwalunkwe membri oħrajn tal-familja, irrispettivament miċ-ċittadinanza, li ma jaqgħux taħt id-definizzjoni tal-punt 2 ta’ l-Artikolu 2 li, fil-pajjiż li ġejjin minnu huma dipendenti jew membri tad-dar taċ-ċittadin ta’ l-Unjoni li għandu d-dritt primarju ta’ residenza, jew meta raġunijiet serji ta’ saħħa strettament jeħtieġu l-kura personali tal-membru tal-familja miċ-ċittadin ta’ l-Unjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>is-sieħeb li miegħu ċ-ċittadin ta’ l-Unjoni għandu relazzjoni stabbli, debitament ċertifikata.</TXT><P>L-Istat Membru ospitanti għandu jaffettwa eżami estensiv taċ-ċirkostanzi personali u għandu jiġġustifika kwalunkwe tiċħid ta’ dħul jew ta’ residenza lil dawn in-nies.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 10 tad-Direttiva 2004/38 intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Ħruġ tal-karta ta’ residenza<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="010.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Id-dritt ta’ residenza tal-membri tal-familja ta’ ċittadin ta’ l-Unjoni li m’għandhomx ċittadinanza ta’ Stat membru għandu jissaħħaħ bil-ħruġ ta’ dokument imsejjaħ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Karta ta’ residenza ta’ membru ta’ familja taċ-ċittadin ta’ l-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/> mhux aktar tard minn sitt xhur mid-data li fiha jippreżentaw l-applikazzjoni. Għandu immedjatament jinħareġ ċertifikat ta’ applikazzjoni għall-karta ta’ residenza.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="010.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Biex tinħareġ il-karta ta’ residenza, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw id-dokumenti li ġejjin [għandhom jitlobu li jiġu ppreżentati d-dokumenti li ġejjin]:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>fil-każijiet li jaqgħu taħt l-Artikolu 3(2)(a), dokument maħruġ mill-awtorità rilevanti tal-pajjiż ta’ oriġini jew tal-pajjiż li ġejjin minnu li jiċċertifika li huma dipendenti jew membri tan-nukleu familjari taċ-ċittadin ta’ l-Unjoni, jew evidenza ta’ l-eżistenza ta’ raġunijiet serji ta’ saħħa li jeħtieġu l-kura personali tal-membru tal-familja miċ-ċittadin ta’ l-Unjoni</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>.</P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-leġiżlazzjoni nazzjonali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2004/38 ġiet trasposta fir-Renju Unit permezz tar-Regolament tal-2006 fuq l-immigrazzjoni (Żona Ekonomika Ewropea) [Immigration (European Economic Area) Regulations 2006 (S.I. 2006 1003)], hekk kif emendat bir-Regolament tal-2009 fuq l-immigrazzjoni (Żona Ekonomika Ewropea) [Immigration (European Economic Area) (Amendment) Regulations 2009] (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Regolament fuq l-immigrazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>).</TXT></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 tar-Regolament fuq l-immigrazzjoni intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Membru tal-familja<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>(1)</NO.P><TXT>Bla ħsara għas-subparagrafu (2), għall-finijiet ta’ dan ir-regolament, il-persuni segwenti għandhom jitqiesu bħala membri tal-familja ta’ persuna oħra:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>il-konjuġi tagħha jew is-sieħeb jew sieħba ċivili tagħha;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>id-dixxendenti diretti tagħha u dawk tal-konjuġi tagħha jew tas-sieħeb jew tas-sieħba ċivili tagħha li:</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>(i)</NO.P><TXT>jkollhom inqas minn 21 sena; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ii)</NO.P><TXT>ikun dipendenti fuqha jew dipendenti fuq il-konjuġi tagħha, jew fuq is-sieħeb jew is-sieħba ċivili tagħha;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>l-axxendenti diretti tagħha u dawk tal-konjuġi tagħha jew tas-sieħeb jew tas-sieħba ċivili tagħha, li jkunu dipendenti;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>kwalunkwe persuna oħra li għandha titqies bħala membru tal-familja ta’ din il-persuna l-oħra skont is-subparagrafu (3).</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(3)</NO.P><TXT>[…] kwalunkwe persuna li hija membru tal-familja estiża u li jinħarġilha permess ta’ familja ŻEE, ċertifikat ta’ reġistrazzjoni jew karta ta’ residenza, għandha tiġi kkunsidrata bħala membru tal-familja taċ-ċittadin kkonċernat taż-ŻEE, sakemm tibqa’ tissodisfa l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 8(2), (3), (4) jew (5) fir-rigward ta’ dak iċ-ċittadin taż-ŻEE u sakemm dak il-permess, ċertifikat jew karta jibqa’ validu jew ma jiġix revokat.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 8 tar-Regolament fuq l-immigrazzjoni, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Membru tal-familja estiża<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>(1)</NO.P><TXT>Għall-finijiet tar-regolament preżenti, <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>membru tal-familja estiża<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="2019" ID="QE0017"/> jfisser kull persuna li ma tkunx membru tal-familja ta’ ċittadin taż-ŻEE skont l-Artikolu 7(1) (a), (b), jew (ċ) u li tissodisfa l-kundizzjonijiet previsti fis-subparagrafi (2), (3), (4) jew (5).</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>Persuna tissodisfa l-kundizzjoni prevista f’dan il-paragrafu jekk tkun membru tal-familja ta’ ċittadin taż-ŻEE, tal-konjuġi tiegħu, jew tas-sieħeb jew sieħba ċivili tiegħu u:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>jekk din tirrisjedi fi Stat taż-ŻEE fejn ikun jirrisjedi wkoll iċ-ċittadin taż-ŻEE u jekk din tkun dipendenti fuqu jew tgħix f’daru;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>jekk din kienet tissodisfa l-kundizzjoni prevista fis-subparagrafu (a) u takkompanja ċ-ċittadin taż-ŻEE fir-Renju Unit jew tixtieq tingħaqad miegħu, jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>jekk din kienet tissodisfa l-kundizzjoni prevista fis-subparagrafu (a), akkompanjat iċ-ċittadin taż-ŻEE fir-Renju Unit u tibqa’ tkun dipendenti fuqu jew tgħix f’daru.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(3)</NO.P><TXT>Persuna tissodisfa l-kundizzjoni prevista fis-subparagrafu preżenti jekk din tkun membru tal-familja ta’ ċittadin taż-ŻEE, tal-konjuġi tiegħu, jew tas-sieħeb jew tas-sieħba ċivili tiegħu u jekk, għal raġunijiet serji ta’ saħħa, iċ-ċittadin taż-ŻEE, il-konjuġi tiegħu, jew is-sieħeb jew sieħba ċivili tiegħu, trid bil-fors tieħu ħsiebha b’mod personali.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><?PAGE NO="5"?><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(6)</NO.P><TXT>Għall-finijiet ta’ dan ir-regolament, <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>ċittadin kkonċernat taż-ŻEE<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="2019" ID="QE0018"/> jfisser, fir-rigward ta’ membru tal-familja estiża, iċ-ċittadin taż-ŻEE li jkun, jew hu, jew il-konjuġi tiegħu, jew is-sieħeb jew is-sieħba ċivili tiegħu, ġenitur tal-membru tal-familja estiża għall-finijiet tas-subparagrafi (2), (3), jew (4), jew iċ-ċittadin taż-ŻEE li jkun is-sieħeb jew is-sieħba tal-membru tal-familja estiża għall-finijiet tas-subparagrafu (5).<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 17 tar-Regolament fuq l-immigrazzjoni, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Ħruġ tal-karta ta’ residenza<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(4)</NO.P><TXT>Is-Secretary of State jista’ joħroġ karta ta’ residenza lil membru tal-familja estiża li ma jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 7(3), li ma jkunx ċittadin taż-ŻEE:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>jekk iċ-ċittadin kkonċernat taż-ŻEE jkun, fir-rigward ta’ membru tal-familja estiża, persuna li tissodisfa l-kundizzjonijiet mitluba jew ċittadin taż-ŻEE li jkollu dritt ta’ residenza permanenti skont l-Artikolu 15, u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>jekk, fid-dawl taċ-ċirkustanzi kollha, is-Secretary of State jikkunsidra li jkun opportun li joħroġ karta ta’ residenza.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(5)</NO.P><TXT>Meta s-Secretary of State jirċievi applikazzjoni skont il-paragrafu (4), huwa għandu jagħmel eżami dettaljat tas-sitwazzjoni personali tal-applikant u, jekk huwa jiċħad it-talba, għandu jagħti r-raġunijiet tiegħu għaċ-ċaħda sakemm dan ma jkunx prekluż minħabba raġunijiet marbuta mas-sigurtà tal-Istat.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20060531">31 ta’ Mejju 2006</DATE>, Mahbur Rahman, ċittadin Bengali, iżżewweġ ċittadini Irlandiża li taħdem fir-Renju Unit.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Wara li sar dan iż-żwieġ, Muhammad Sazzadur Rahman, ħuh, Fazly Rabby Islam, ħuh wild l-istess omm iżda mhux l-istess missier jew viċiversa, u Mohibullah Rahman, in-neputi tiegħu, applikaw għal permess ta’ familja ŻEE sabiex jibbenefikaw mid-dritt ta’ residenza fir-Renju Unit bħala persuni dipendenti tal-konjuġi Rahman. Dawn l-applikazzjonijiet ġew miċħuda mill-Entry Clearance Officer f’Bangladexx, fis-<DATE ISO="20060727">27 ta’ Lulju 2006</DATE>, peress li l-konvenuti fil-kawża prinċipali ma setgħux jipprovaw li kienu dipendenti tal-konjuġi Rahman fil-Bangladexx.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-konvenuti fil-kawża prinċipali ppreżentaw rikors kontra din id-deċiżjoni ta’ rifjut quddiem l-Immigration Judge of the Asylum and Immigration Tribunal. Din il-qorti laqgħet ir-rikors tagħhom fid-<DATE ISO="20070619">19 ta’ Ġunju 2007</DATE>. Hija ddeċidiet li setgħu jibbenefikaw mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2004/38 u li, għaldaqstant, id-dħul tagħhom fir-Renju Unit kellu jkun iffaċilitat. Konsegwentement, inħargu permessi ta’ familja ŻEE lill-konvenuti fil-kawża prinċipali u setgħu b’hekk jingħaqdu mal-konjuġi Rahman fir-Renju Unit.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20080109">9 ta’ Jannar 2008</DATE>, il-konvenuti fil-kawża prinċipali talbu li jinħarġulhom karti ta’ residenza sabiex jiġi kkonfermat id-dritt ta’ residenza tagħhom fir-Renju Unit. Dawn it-talbiet ġew miċħuda permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20081224">24 ta’ Diċembru 2008</DATE> tas-Secretary of State, peress li dan tal-aħħar qies li dawn la kienu pprovaw li kienu rrisjedu mal-miżżewġa Rahman, ċittadina tal-Unjoni kkonċernata, fl-istess Stat Membru taż-ŻEE qabel ma hija waslet fir-Renju Unit, u lanqas li huma kienu għadhom dipendenti fuqha jew li kienu għandhom jgħixu f’darha fir-Renju Unit.</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Adit b’rikors kontra din id-deċiżjoni, l-Immigration Judge of the Asylum and Immigration Tribunal iddeċieda, fis-<DATE ISO="20090406">6 ta’ April 2009</DATE>, li l-konvenuti fil-kawża prinċipali kienu effettivament <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>dipendenti<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> u, konsegwentement, qies li l-fajl tagħhom kellu jiġi eżaminat skont l-Artikolu 17(4) u (5) tar-Regolament fuq l-immigrazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Is-Secretary of State talab eżami mill-ġdid ta’ din id-deċiżjoni quddiem l-Upper Tribunal (Immigration and Asylum Chamber). Dan l-eżami mill-ġdid ġie ordnat permezz tad-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20090430">30 ta’ April 2009</DATE> u l-kawża tressqet quddiem l-imsemmija qorti bħala qorti tal-appell.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Upper Tribunal (Immigration and Asylum Chamber), iddeċieda li jissospendi l-proċeduri quddiemu u li jagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(2) tad-[Direttiva 2004/38/KE] jeżiġi li Stat Membru jagħmel dispożizzjonijiet leġiżlattivi sabiex jiffaċilita d-dħul u/jew ir-residenza fi Stat Membru għall-kategorija ta’ membri oħra tal-familja li ma humiex ċittadini tal-Unjoni Ewropea li jistgħu jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 10(2) [ta’ din id-direttiva]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Jista’ membru ieħor tal-familja kif imsemmi fid-Domanda 1 jinvoka l-applikabbiltà diretta tal-Artikolu 3(2) tad-[Direttiva 2004/38] fil-każ li huwa ma jkunx jista’ jissodisfa xi rekwiżiti imposti minn dispożizzjonijiet leġiżlattivi nazzjonali?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Il-kategorija ta’ membri oħra tal-familja li msemmija fl-Artikolu 3(2) u fl-Artikolu 10(2) tad-[Direttiva 2004/38] tirreferi biss għal dawk li rrisjedew fl-istess pajjiż bħaċ-ċittadin tal-Unjoni u l-konjuġi tiegħu jew tagħha, qabel maċ-ċittadin tal-Unjoni jkukn wasal fl-istat ospitanti?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>Id-dipendenza msemmija fl-Artikolu 3(2) tad-[Direttiva 2004/38], li jinvokaw membri oħra tal-familja sabiex jiksbu dħul fl-istat ospitanti trid tkun dipendenza li eżistiet qabel maċ-ċittadin tal-Unjoni ikun mar jgħix fl-istat ospitanti?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>5)</NO.P><TXT>Stat Membru jista’ jimponi rekwiżiti partikolari, fir-rigward tan-natura jew tat-tul taż-żmien tad-dipendenza msemmija fl-Artikolu 3(2) tad-[Direttiva 2004/38] minn tali membru tal-familja, sabiex jipprevjeni tali dependenza milli tiġi simulata jew mhux neċessarja sabiex tagħmilha possibli għal persuna li ma hijiex ċittadin li titħalla tidħol fil-pajjiż jew tkompli tirrisjedi fit-territorju tiegħu?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>6)</NO.P><TXT>Id-dipendenza li l-membru l-ieħor tal-familja jinvoka sabiex jitħalla [jirrisjedi] fl-Istat Membru għandha tkompli għal perijodu, jew b’mod indefinit fl-istat ospitanti, sabiex tinħareġ karta ta’ residenza jew sabiex din tiġġedded skont l-Artikolu 10 tad-[Direttiva 2004/38], u jekk iva kif għandha tiġi pprovata din id-dependenza?<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel u t-tieni domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ewwel u tat-tieni domanda, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, għandu l-ewwel nett jiġi rrilevat li d-Direttiva 2004/38 ma tobbligax lill-Istati Membri jilqgħu kull talba għal dħul jew għal residenza magħmula minn persuni li juru li huma membri tal-familja <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>dipendenti<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> ta’ ċittadin tal-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 3(2)(a) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Fil-fatt, hekk kif sostnew il-Gvernijiet li ssottomettew osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, bl-istess mod bħall-Kummissjoni Ewropea, kemm mill-kliem tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2004/38 kif ukoll mis-sistema ġenerali tagħha jirriżulta li l-leġiżlatur tal-Unjoni stabbilixxa distinzjoni bejn il-membri<?PAGE NO="7"?> tal-familja taċ-ċittadin tal-Unjoni ddefiniti fl-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2004/38 li jibbenefikaw minn dritt ta’ dħul u ta’ residenza fl-Istat Membru ospitanti tal-imsemmi ċittadin, taħt il-kundizzjonijiet imsemmija f’din id-direttiva, u l-membri l-oħrajn tal-familja msemmija fl-Artikolu 3(2)(a) tal-istess direttiva, li d-dħul u r-residenza tagħhom għandhom ikunu biss iffaċilitati minn dan l-Istat Membru.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni hija kkorroborata bil-premessa 6 tad-Direttiva 2004/38 li tipprovdi li, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>[s]abiex tinżamm l-unità tal-familja fis-sens l-aktar wiesgħa […], is-sitwazzjoni ta’ dawk il-persuni li mhumiex inklużi fid-definizzjoni ta’ membri ta’ familja taħt din id-Direttiva, u li għalhekk ma jgawdux minn dritt awtomatiku ta’ dħul u ta’ residenza fl-Istat Membru ospitanti, għandha tiġi eżaminata mill-Istat Membru ospitanti skond il-bażi tal-leġislazzjoni nazzjonali tiegħu, sabiex jiddeċiedi jekk id-dħul u r-residenza għandhomx jiġu awtorizzati lil dawn il-persuni, waqt li titqies ir-relazzjoni tagħhom maċ-ċittadin ta’ l-Unjoni jew kwalunkwe ċirkostanzi oħrajn, bħad-dipendenza finanzjarja jew fiżika fuq iċ-ċittadin ta’ l-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Għalkemm jirriżulta għaldaqstant li l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2004/38 ma jobbligax lill-Istati Membri jirrikonoxxu d-dritt ta’ dħul u ta’ residenza lil persuni li huma membri tal-familja, fis-sens wiesa’ tat-terminu, li huma dipendenti ta’ ċittadin tal-Unjoni, xorta jibqa’ l-fatt, kif jirriżulta mill-użu tal-preżent indikattiv <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>jiffaċilita<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> fl-imsemmi Artikolu 3(2), li din id-dispożizzjoni timponi fuq l-Istati Membri obbligu li jagħtu ċertu vantaġġ lit-talbiet magħmula minn persuni li għandhom rabta ta’ dipendenza partikolari fil-konfront ta’ ċittadin tal-Unjoni, meta mqabbla mat-talbiet għal dħul u għal residenza ta’ ċittadini oħrajn ta’ Stati terzi.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Sabiex jissodisfaw dan l-obbligu, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2004/38, l-Istati Membri għandhom jipprevedu l-possibbiltà li l-persuni msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(2) ikunu jistgħu jiksbu deċiżjoni dwar it-talba tagħhom li tkun ibbażata fuq eżami fid-dettall tas-sitwazzjoni personali tagħhom u li, fil-każ ta’ rifjut, din id-deċiżjoni għandha tkun motivata.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-imsemmi eżami tas-sitwazzjoni personali tal-applikant, hekk kif jirriżulta mill-premessa 6 tad-Direttiva 2004/38, huwa l-obbligu tal-awtorità kompetenti li tieħu inkunsiderazzjoni d-diversi fatturi li jistgħu jkunu rilevanti skont il-każ, bħall-grad ta’ dipendenza ekonomika jew fiżika u r-relazzjoni ta’ parentela bejn il-membru tal-familja u ċ-ċittadin tal-Unjoni li huwa jkun jixtieq jakkumpanja jew jingħaqad miegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Fid-dawl kemm ta’ nuqqas ta’ regoli iktar preċiżi fid-Direttiva 2004/38 u tal-użu tal-kelmiet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>skond il-leġislazzjoni nazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> fl-Artikolu 3(2) tagħha, għandu jiġi kkonstatat li kull Stat Membru għandu marġni ta’ diskrezzjoni wiesa’ fir-rigward tal-għażla ta’ fatturi li jridu jittieħdu inkunsiderazzjoni. Għaldaqstant, l-Istat Membru ospitanti għandu jiżgura li l-leġiżlazzjoni tiegħu tinkludi kriterji li jkunu konformi mat-tifsira normali tal-kelma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>jiffaċilita<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> kif ukoll mal-kliem relatat mad-dipendenza użati fl-imsemmi Artikolu 3(2) u li ma jeliminawx l-effett utli ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett għandu jiġi rrilevat li, anki jekk, bħalma ġustament osservaw il-Gvernijiet li ssottomettew osservazzjonijiet, il-kliem użat fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2004/38 ma huwiex preċiż biżżejjed sabiex jippermetti li persuna li tagħmel talba għal dħul jew għal residenza tuża direttament din id-dispożizzjoni sabiex tinvoka kriterji ta’ evalwazzjoni li fil-fehma tagħha kellhom jiġu applikati għat-talba tagħha, xorta waħda jibqa’ l-fatt li tali persuna għandha d-dritt li titlob li jiġi vverifikat minn qorti jekk il-leġiżlazzjoni nazzjonali u l-applikazzjoni tagħha baqgħux fil-limiti tal-marġni ta’ diskrezzjoni ddefinit mid-direttiva (ara, b’analoġija, is-sentenzi tal-<DATE ISO="19961024">24 ta’ Ottubru 1996</DATE>, Kraaijeveld <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-72/95" PAGE.ECR="I-5403" YEAR="1996">C-72/95, Ġabra p. I-5403</REF.DOC.ECR>, punt 56; tas-<DATE ISO="20040907">7 ta’ Settembru 2004</DATE>, Waddenvereniging u Vogelbeschermingsvereniging, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-127/02" PAGE.ECR="I-7405" YEAR="2004">C-127/02, Ġabra p. I-7405</REF.DOC.ECR>, punt 66, kif ukoll tas-<DATE ISO="20110526">26 ta’ Mejju 2011</DATE>, Stichting Natuur en Milieu <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-165/09+C-166/09+C-167/09" PAGE.ECR="I-4599" YEAR="2011">C-165/09 sa C-167/09, Ġabra p. I-4599</REF.DOC.ECR>, punti 100 sa 103).</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal qabel, ir-risposta għall-ewwel u t-tieni domanda għandha tkun li l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2004/38 għandu jiġi interpretat fis-sens</TXT><?PAGE NO="8"?><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>li l-Istati Membri ma humiex obbligati jilqgħu kull talba għal dħul jew għal residenza magħmula minn membri tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni li ma humiex koperti mid-definizzjoni li tinsab fl-Artikolu 2(2) tal-imsemmija direttiva, anki jekk juru, skont l-Artikolu 10(2) tagħha, li huma dipendenti tal-imsemmi ċittadin.</P></ITEM><ITEM><P>li, madankollu, huwa l-obbligu tal-Istati Membri li jiżguraw li l-leġiżlazzjoni tagħhom tinkludi kriterji li jippermettu li l-imsemmija persuni jiksbu deċiżjoni dwar it-talba tagħhom għal dħul jew għal residenza li tkun ibbażata fuq eżami fid-dettall tas-sitwazzjoni personali tagħhom u li, fil-każ ta’ rifjut, tkun motivata.</P></ITEM></LIST></P><P>— li l-Istati Membri għandhom marġni ta’ diskrezzjoni wiesa’ fl-għażla tal-imsemmija kriterji, filwaqt li dawn tal-aħħar għandhom, madankollu, jkunu konformi mat-tifsira normali tal-kelma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>jiffaċilita<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> kif ukoll mal-kliem relatat mad-dipendenza użati fl-imsemmi Artikolu 3(2) u ma jeliminawx l-effett utli ta’ din id-dispożizzjoni; u</P><P>— li kull applikant għandu d-dritt jitlob li qorti tivverifika jekk il-leġiżlazzjoni nazzjonali u l-applikazzjoni tagħha jissodisfawx dawn il-kundizzjonijiet.</P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet u r-raba’ domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet u r-raba’ domanda tagħha, li għandhom jiġu eżaminati wkoll flimkien, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk, sabiex persuna taqa’ taħt il-kategorija ta’ membri tal-familja <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>dipendenti<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> ta’ ċittadin tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2004/38, huwiex neċessarju li tkun diġà kienet residenti fl-istess Stat bħaċ-ċittadin u li tkun diġà kienet dipendenti ta’ dan tal-aħħar ftit żmien qabel jew fil-mument li huwa jkun mar joqgħod fl-Istat Membru ospitanti.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Hekk kif sostnew b’mod partikolari s-Centre for Advice on Individual Rights in Europe (AIRE Centre), il-Gvern Olandiż u l-Kummissjoni, il-kliem tad-Direttiva 2004/38 ma jippermettix li jiġi konkluż li l-membri tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni li ma humiex koperti mid-definizzjoni li tinsab fl-Artikolu 2(2) ta’ din id-direttiva u li ma wrewx kif xieraq is-sitwazzjoni ta’ dipendenza fir-rigward ta’ dan iċ-ċittadin, jistgħu jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 3(2) ta’ din id-direttiva minħabba s-sempliċi raġuni li ma kinux residenti fl-istess Stat bħall-imsemmi ċittadin.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Skont l-imsemmi Artikolu 3(2), l-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw, skont il-leġiżlazzjoni tagħhom, id-dħul u r-residenza ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>kwalunkwe membri oħrajn tal-familja, […] li, fil-pajjiż li ġejjin minnu huma dipendenti jew membri tad-dar taċ-ċittadin ta’ l-Unjoni li għandu d-dritt primarju ta’ residenza […]<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Bl-istess mod, l-Artikolu 10(2)(e) tad-Direttiva 2004/38, li jirrigwarda l-ħruġ tal-karta ta’ residenza, jawtorizza lill-Istati Membri sabiex jitolbu lill-membri tal-familja msemmija fl-Artikolu 3(2) tal-istess direttiva jippreżentaw <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>dokument maħruġ mill-awtorità rilevanti tal-pajjiż ta’ oriġini jew tal-pajjiż li ġejjin minnu li jiċċertifika li huma dipendenti [ta]ċ-ċittadin ta’ l-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Hekk kif espona l-Avukat Ġenerali fil-punti 91, 92 u 98 tal-konklużjonijiet tiegħu, xejn ma jindika li l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>pajjiż li ġejjin minnu<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> użata f’dawn id-dispożizzjonijiet għandha tinftiehem bħala tirreferi għall-pajjiż li fih iċ-ċittadin tal-Unjoni kien jirrisjedi qabel ma mar joqgħod fl-Istat Membru ospitanti. Bil-kontra, minn qari flimkien tal-imsemmija dispożizzjonijiet jirriżulta li l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>pajjiż li ġejjin minnu<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> huwa, fil-każ ta’ ċittadin tal-Stat terz li jiddikjara li huwa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>dipendenti<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> ta’ ċittadin tal-Unjoni, l-Istat li fih kien jirrisjedi fid-data meta talab li jakkumpanja jew li jingħaqad maċ-ċittadin tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Għal dak li jikkonċerna l-mument li fih l-applikant irid ikun f’sitwazzjoni ta’ dipendenza sabiex jitqies bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>dipendenti<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> fis-sens tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2004/38, għandu jiġi rrilevat li l-għan ta’ din id-dispożizzjoni jikkonsisti, hekk kif jirriżulta mill-premessa 6 ta’ din id-direttiva, f’li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>tinżamm l-unità tal-familja fis-sens l-aktar wiesgħa<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> billi jiġu ffaċilitati d-dħul u r-residenza ta’ persuni li ma humiex<?PAGE NO="9"?> inklużi fid-definizzjoni ta’ membri tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni li tinsab fl-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2004/38 iżda li madankollu għandhom rabta mill-qrib u stabbli ma’ ċittadin tal-Unjoni minħabba ċirkustanzi fattwali speċifiċi, bħal dipendenza ekonomika, bħall-fatt li huma membri tad-dar jew bħal raġunijiet serji ta’ saħħa.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Issa, għandu jiġi kkonstatat li tali rabtiet jistgħu jeżistu mingħajr ma l-membru tal-familja taċ-ċittadin tal-Unjoni jkun irrisjeda fl-istess Stat ta’ dan iċ-ċittadin jew mingħajr ma kien dipendenti ta’ dan tal-aħħar ftit żmien qabel jew fil-mument li dan mar joqgħod fl-Istat Membru ospitanti. Is-sitwazzjoni ta’ dipendenza għandha, min-naħa l-oħra, teżisti fil-pajjiż minn fejn ġej il-membru tal-familja kkonċernat, fil-mument meta jitlob li jingħaqad maċ-ċittadin tal-Unjoni li tiegħu huwa dipendenti.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Fil-kawża prinċipali, huwa l-obbligu tal-qorti tar-rinviju li tivverifika, fuq il-bażi tal-elementi ta’ interpretazzjoni pprovduti iktar ’il fuq, jekk il-konvenuti fil-kawża prinċipali kinux dipendenti taċ-ċittadin tal-Unjoni, f’dan il-każ il-miżżewġa Rahman, fil-pajjiż min fejn ġejjin, il-Bangladexx, fil-mument meta talbu li jingħaqdu magħha fir-Renju Unit. Huwa biss fil-każ li jirnexxilhom jipprovaw din id-dipendenza fil-pajjiż minn fejn ġejjin, skont l-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2004/38, li l-Istat Membru ospitanti jkollu jiffaċilita d-dħul u r-residenza tagħhom skont l-Artikolu 3(2) tal-imsemmija direttiva, kif interpretat fil-punti 22 sa 25 tas-sentenza preżenti.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dan li ntqal qabel, ir-risposta għat-tielet u r-raba’ domanda magħmula għandha tkun li, sabiex jaqgħu taħt il-kategorija tal-membri tal-familja <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>dipendenti<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> ta’ ċittadin tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2004/38, is-sitwazzjoni ta’ dipendenza għandha teżisti fil-pajjiż minn fejn ġej il-membru tal-familja kkonċernat, u dan għall-inqas fil-mument meta jitlob li jingħaqad maċ-ċittadin tal-Unjoni li tiegħu huwa dipendenti.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-ħames domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Permezz tal-ħames domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk Stat Membru jistax jimponi xi rekwiżiti partikolari dwar in-natura jew it-tul taż-żmien tad-dipendenza fis-sens tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2004/38, sabiex jiżgura ruħu li tali dipendenza hija reali u stabbli u ma hijiex ikkawżata biss bl-għan li jinkisbu d-dħul u r-residenza fit-territorju tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward għandu jitfakkar, hekk kif ġie spjegat b’risposta għall-ewwel u t-tieni domanda, li l-Istati Membri għandhom marġni ta’ diskrezzjoni wiesa’ rigward l-għażla tal-fatturi li jridu jittieħdu inkunsiderazzjoni matul l-eżami tal-applikazzjonijiet għal dħul u għal residenza ppreżentati minn membri tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2004/38.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Hekk kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 105 tal-konklużjonijiet tiegħu, l-Istati Membri jistgħu, fl-eżerċizzju ta’ dan il-marġni ta’ diskrezzjoni, jipprovdu rekwiżiti partikolari fil-leġiżlazzjoni tagħhom dwar in-natura u t-tul ta’ żmien tad-dipendenza u dan sabiex jiżguraw ruħhom, b’mod partikolari, li din is-sitwazzjoni ta’ dipendenza hija reali, stabbli u ma ġietx ikkawżata biss bl-għan li jinkisbu d-dħul u r-residenza fl-Istat Membru ospitanti.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Madankollu, huwa importanti, bħalma ġie deċiż fil-punt 24 tas-sentenza preżenti, li r-rekwiżiti jkunu konformi mat-tifsira normali tal-kliem relatat mad-dipendenza msemmija fl-Artikolu 3(2)(a) tad-Direttiva 2004/38 u li dawn ma jeliminawx l-effett utli ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-risposta għal ħames domanda magħmula għandha tkun li l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2004/38 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Istati Membri jistgħu, fl-eżerċizzju tal-marġni ta’ diskrezzjoni tagħhom, jimponu rekwiżiti partikolari li jirrigwardaw in-natura u t-tul taż-żmien tad-dipendenza, sakemm dawn ir-rekwiżiti jkunu konformi mat-tifsira normali tal-kliem relatat mad-dipendenza msemmija fl-Artikolu 3(2)(a) tad-Direttiva 2004/38 u li dawn ma jeliminawx l-effett utli ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="10"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq is-sitt domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Permezz tas-sitt domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk il-ħruġ tal-karta ta’ residenza msemmija fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 2004/38 jistax jiġi suġġett għar-rekwiżit li s-sitwazzjoni ta’ dipendenza fis-sens tal-Artikolu 3(2)(a) ta’ din id-direttiva tkun kompliet fl-Istat Membru ospitanti.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward għandu jiġi rrilevat li, għal dak li jikkonċerna l-ħruġ tal-karta ta’ residenza msemmija mid-Direttiva 2004/38, il-leġiżlatur tal-Unjoni essenzjalment sempliċement elenka, fl-Artikolu 10 ta’ din id-direttiva, id-dokumenti li għandhom jiġu ppreżentati sabiex tinkiseb tali karta, liema karta mbagħad għandha tiġi pprovduta mhux iktar tard minn sitt xhur wara li tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Għal dak li jikkonċerna l-applikanti msemmija fl-Artikolu 3(2)(a) tad-Direttiva 2004/38, l-imsemmi Artikolu 10 jipprovdi li dawn l-applikanti għandhom jippreżentaw fost oħrajn <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>dokument maħruġ mill-awtorità rilevanti tal-pajjiż ta’ oriġini jew tal-pajjiż li ġejjin minnu li jiċċertifika [d-dipendenza] miċ-ċittadin ta’ l-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li l-leġiżlatur la rregola permezz ta’ din id-dispożizzjoni u lanqas permezz ta’ dispożizzjonijiet oħrajn tad-Direttiva 2004/38, il-kwistjoni dwar jekk membri tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni, li ma humiex koperti bid-definizzjoni li tinsab fl-Artikolu 2(2) tal-imsemmija direttiva, li jitolbu tinħarġilhom karta ta’ residenza filwaqt li jippreżentaw dokument maħruġ mill-pajjiż minn fejn ikunu ġejjin u li jiċċertifika li huma dipendenti ta’ dan iċ-ċittadin tal-Unjoni, jistgħux jiġu rrifjutati l-ħruġ ta’ din il-karta ta’ residenza minħabba li, wara li jkunu daħlu fl-Istat Membru ospitanti, ma jkunux baqgħu dipendenti tal-imsemmi ċittadin.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-risposta għas-sitt domanda għandha tkun li l-kwistjoni dwar jekk il-ħruġ tal-karta ta’ residenza msemmija fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 2004/38 jistax jiġi suġġett għar-rekwiżit li s-sitwazzjoni ta’ dipendenza fis-sens tal-Artikolu 3(2)(a) ta’ din id-direttiva tkun kompliet fl-Istat Membru ospitanti, ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2004/38 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE>, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE, għandu jiġi interpretat fis-sens:</HT></TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">li l-Istati Membri ma humiex obbligati jilqgħu kull talba għal dħul jew għal residenza magħmula minn membri tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni li ma humiex koperti mid-definizzjoni li tinsab fl-Artikolu 2(2) tal-imsemmija direttiva, anki jekk juru, skont l-Artikolu 10(2) tagħha, li huma dipendenti tal-imsemmi ċittadin;</HT></P></ITEM><?PAGE NO="11"?><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">li, madankollu, huwa l-obbligu tal-Istati Membri li jiżguraw li l-leġiżlazzjoni tagħhom tinkludi kriterji li jippermettu li l-imsemmija persuni jiksbu deċiżjoni dwar it-talba tagħhom għal dħul jew għal residenza li tkun ibbażata fuq eżami fid-dettall tas-sitwazzjoni personali tagħhom u li, fil-każ ta’ rifjut, tkun motivata;</HT></P></ITEM><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">li l-Istati Membri għandhom marġni ta’ diskrezzjoni wiesa’ fl-għażla tal-imsemmija kriterji, filwaqt li dawn tal-aħħar għandhom, madankollu, ikunu konformi mat-tifsira normali tal-kelma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>jiffaċilita<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> kif ukoll mal-kliem relatat mad-dipendenza użat fl-imsemmi Artikolu 3(2) u ma jeliminawx l-effett utli ta’ din id-dispożizzjoni; u</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">li kull applikant għandu d-dritt jitlob li qorti tivverifika jekk il-leġiżlazzjoni nazzjonali u l-applikazzjoni tagħha jissodisfawx dawn il-kundizzjonijiet.</HT></P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Sabiex jaqgħu taħt il-kategorija tal-membri tal-familja <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>dipendenti<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> ta’ ċittadin tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2004/38, is-sitwazzjoni ta’ dipendenza għandha teżisti fil-pajjiż minn fejn ġej il-membru tal-familja kkonċernat, u dan għall-inqas fil-mument meta jitlob li jingħaqad maċ-ċittadin tal-Unjoni li tiegħu huwa dipendenti.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2004/38 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Istati Membri jistgħu, fl-eżerċizzju tal-marġni ta’ diskrezzjoni tagħhom, jimponu rekwiżiti partikolari li jirrigwardaw in-natura u t-tul taż-żmien tad-dipendenza, sakemm dawn ir-rekwiżiti jkunu konformi mat-tifsira normali tal-kliem relatat mad-dipendenza msemmija fl-Artikolu 3(2)(a) tad-Direttiva 2004/38 u li dawn ma jeliminawx l-effett utli ta’ din id-dispożizzjoni.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">4)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kwistjoni dwar jekk il-ħruġ tal-karta ta’ residenza msemmija fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 2004/38 jistax jiġi suġġett għar-rekwiżit li s-sitwazzjoni ta’ dipendenza fis-sens tal-Artikolu 3(2)(a) ta’ din id-direttiva tkun kompliet fl-Istat Membru ospitanti, ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija direttiva.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>